EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02006R1713-20140109

Consolidated text: Regolament tal-Kummissjoni  (KE) Nru 1713/2006 ta' l- 20 ta' Novembru 2006 li jabolixxi l-prefinanzjament ta’ rifużjonijiet għall-esportazzjoni fir-rigward ta’ prodotti agrikoli

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1713/2014-01-09

2006R1713 — MT — 09.01.2014 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1713/2006

ta' l-20 ta' Novembru 2006

li jabolixxi l-prefinanzjament ta’ rifużjonijiet għall-esportazzjoni fir-rigward ta’ prodotti agrikoli

(ĠU L 321, 21.11.2006, p.11)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1359/2007 tal-21 ta’ Novembru 2007

  L 304

21

22.11.2007

►M2

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 376/2008 tat-23 ta’ April 2008

  L 114

3

26.4.2008

►M3

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 612/2009 tas-7 ta' Lulju 2009

  L 186

1

17.7.2009

►M4

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1178/2010 tat-13 ta' Diċembru 2010

  L 328

1

14.12.2010

►M5

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 90/2011 tat-3 ta’ Frar 2011

  L 30

1

4.2.2011

►M6

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 282/2012 tat-28 ta’ Marzu 2012

  L 92

4

30.3.2012

►M7

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1373/2013 tad-19 ta’ Diċembru 2013

  L 346

29

20.12.2013




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1713/2006

ta' l-20 ta' Novembru 2006

li jabolixxi l-prefinanzjament ta’ rifużjonijiet għall-esportazzjoni fir-rigward ta’ prodotti agrikoli



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella ( 1 ), b’mod partikolari l-Artikolu 33 tiegħu, u d-dispożizzjonijiet korrispondenti tar-Regolamenti l-oħra dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq rigward prodotti agrikoli,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta’ Diċembru 1993 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli ( 2 ), b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Fiż-żmien tal-introduzzjoni tas-sistema ta’ prefinanzjament għal rifużjonijiet għall-esportazzjoni, kien ikkunsidrat meħtieġ li jkun segwit il-prinċipju li permezz tiegħu jkun żgurat bilanċ bejn l-użu tal-prodotti bażiċi Komunitarji bil-ħsieb tal-esportazzjoni proċessata lejn pajjiżi terzi u l-użu ta’ prodotti bażiċi minn dawn il-pajjiżi mdaħħlin taħt arranġamenti ta’ proċessar ’il ġewwa. Għal dan il-għan ammont ugwali għar-rifużjoni għall-esportazzjoni kellu jitħallas hekk kif il-prodotti bażiċi tal-Komunità, li minnha jkunu akkwistati prodotti proċessati jew merkanzija intenzjonata għall-esportazzjoni, ikunu tpoġġew taħt il-kontroll doganali.

(2)

Fiż-żmien kien ukoll ikkunsidrat meħtieġ li tkun ipprovduta l-possibbiltà li meta prodotti koperti minn organizzazzjoni tas-suq komuni u importati minn pajjiżi terzi jkunu jistgħu jinġiebu, taħt ċerti kondizzjonijiet, taħt proċedura ta’ ħżin doganali jew ta’ żona libera, fejn il-ġbir tad-dazji tal-importazzjoni kienu sospiżi, sabiex tkun introdotta dispożizzjoni magħmula għal ħlas ta’ ammont ugwali għar-rifużjoni għall-esportazzjoni hekk kif il-prodotti jew merkanzija Komunitarja intenzjonata għall-esportazzjoni tinġieb taħt proċedura bħal din.

(3)

Is-sistema ta’ prefinanzjament minn dakinhar evolviet mill-intenzjoni inizjali tagħha li tpoġġi l-merkanzija Komunitarja fuq bażi ta’ prezz ugwali ma’ merkanzija aktar irħisa mhux Komunitarja importata temporanjament taħt arranġamenti ta’ Rilaxx tal-Ipproċessar Intern, f’sistema kumplessa b’għanijiet differenti fejn ir-raġunijiet tal-introduzzjoni tal-prefinanzjament mhumiex dawk primarji għall-użu preżenti tagħha.

(4)

Is-sistema ta’ prefinanzjament issa hija użata primarjament biex iżżid il-kontroll fuq l-esportazzjonijiet taċ-ċanga, filwaqt li l-ħtieġa ta’ aktar kontrolli, fiha nnifisha, mhijiex ġustifikazzjoni suffiċjenti għall-ħlas ta’ rifużjonijiet bil-quddiem taħt l-arranġamenti ta’ prefinanzjament. Huwa kkunsidrat li mhux adatt l-użu tal-arranġamenti ta’ prefinanzjament biex jintlaħqu dawn l-għanijiet l-oħra.

(5)

Is-sitwazzjoni fis-swieq tal-prodotti agrikoli konċernati nbidlet; bħala konsegwenza mhemm l-ebda ġustifikazzjoni ekonomika kontinwata biex titkompla s-sistema ta’ rifużjonijiet ta’ prefinanzjament għall-esportazzjoni.

(6)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KEE) Nru 32/82 tas-7 ta’ Jannar 1982 li jistabilixxi l-kondizzjonijiet għall-għoti ta' fondi speċjali ta' esportazzjoni għall-laħam taċ-ċanga u tal-vitella ( 3 ), (KEE) Nru 1964/82 tal-20 ta’ Lulju 1982 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-għoti tar-rifużjonijiet speċjali tal-esportazzjoni fuq ċerti qatgħat ta’ laħam dissussat tal-annimali bovini ( 4 ), (KEE) Nru 2220/85 tat-22 ta’ Lulju 1985 jistabilixxi r-regoli komuni ddettaljati sabiex tiġi applikata s-sistema tal-garanziji għall-prodotti agrikoli ( 5 ), (KEE) Nru 2723/87 tal-10 ta’ Settembru 1987 li jistabbilixxi regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet tal-esportazzjoni fuq ċereali esportati fil-għamla ta’ prodotti tal-għaġin li jaqgħu taħt l-intestatura Nru 19.03 tat-Tariffa Doganali Komuni ( 6 ), (KE) Nru 3122/94 tal-20 ta’ Diċembru 1994 li jistabbilixxi kriterji għall-analiżi ta’ riskji rigward il-prodotti tal-agrikoltura li jirċievu rifużjonijiet ( 7 ), (KE) Nru 1445/95 tas-26 ta’ Ġunju 1995 dwar regoli għall-applikazzjoni ta’ liċenzi ta’ importazzjoni u ta’ esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2377/80 ( 8 ), (KE) Nru 800/1999 tal-15 ta’ April 1999 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' prodotti agrikoli ( 9 ), (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta’ Ġunju 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta' ċertifikati ta' ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli ( 10 ), (KE) Nru 1623/2000 tal-25 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq tal-inbid fir-rigward tal-mekkaniżmi tas-suq ( 11 ), (KE) Nru 2090/2002 tas-26 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati biex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 386/90 rigward verifiki fiżiċi mwettqa meta jiġu esportati prodotti agrikulturali li jikkwalifikaw għar-rifużjoni ( 12 ), (KE) Nru 1342/2003 tat-28 ta’ Lulju 2003 li jistabbilixxi regoli speċjali u dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' liċenzi tal-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' ċereali u ross ( 13 ), (KE) Nru 1518/2003 tat-28 ta’ Awwissu 2003 li jniżżel ir-regoli dettaljati biex jimplimenta s-sistema tal-liċenzi ta' esportazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal ( 14 ), (KE) Nru 2236/2003 tat-23 ta’ Diċembru 2003 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1868/94 li jistabbilixxi sistema ta’ kwoti fir-rigward tal-produzzjoni tal-lamtu mill-patata ( 15 ), (KE) Nru 596/2004 tat-30 ta’ Marzu 2004 li jniżżel regoli dettaljati għall-implementazzjoni tas-sistema tal-liċenzi ta’ esportazzjoni fis-settur tal-bajd ( 16 ), (KE) Nru 633/2004 tat-30 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implementazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur ( 17 ) u (KE) Nru 1043/2005 tat-30 ta’ Ġunju 2005 tat-30 ta’ Ġunju 2005 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 f’dak li jirrigwarda s-sistema ta’ rifużjonijiet għall-esportazzjoni fuq xi prodotti agrikoli esportati fil-forma ta’ prodotti li ma jaqgħux taħt l-Anness I tat-Trattat, u l-kriterji biex jiġu ffissati l-ammonti ta’ dawn ir-rifużjonijiet ( 18 ) għandhom għalhekk ikunu emendati.

(7)

Għall-istess raġunijiet, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 565/80 tal-4 ta’ Marzu 1980 fuq il-ħlas bil-quddiem ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni rigward prodotti agrikoli ( 19 ) u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2388/84 tal-14 ta’ Awwissu dwar ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-rifużjonijiet ta’ esportazzjoni fil-każi ta’ ċerti prodotti ppriservati taċ-ċanga u l-vitella ( 20 ), Nru 456/2003 tat-12 ta’ Marzu 2003 li jistabbilixxi regoli speċjali għal-pre-finanzjament tar-rifużjoni tal-esportazzjoni għal ċerti prodotti taċ-ċanga u l-vitella mqiegħda taħt il-proċedura tal-magazzinaġġ doganali jew ta’ żona-ħielsa ( 21 ), (KE) Nru 500/2003 tad-19 ta’ Marzu 2003 dwar il-perijodi li dwarhom ċerti prodotti taċ-ċereali u r-ross jistgħu jibqgħu taħt il-kontroll tal-arranġamenti għal pagamenti bil-quddiem ta’ rifużjonijiet ( 22 ) u (KE) Nru 1994/2005 tas-7 ta’ Diċembru 2005 li jistabbilixxi l-prodotti bażiċi li ma jikkwalifikawx għal ħlas minn qabel ta’ rifużjonijiet għall-esportazzjoni ( 23 ) għandhom ikunu revokati.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjonijiet tal-Kumitati ta‘ Ġestjoni kollha konċernati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KEE) Nru 32/82, it-tieni subparagrafu jitħassar.

▼M1 —————

▼M6 —————

▼B

Artikolu 4

It-tieni inċiż tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2723/87 jitħassar.

Artikolu 5

L-ewwel inċiż tal-Artikolu 1, punt 7, tar-Regolament (KE) Nru 3122/94 jitħassar.

Artikolu 6

L-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1445/95, il-paragrafu 2 jitħassar.

▼M3 —————

▼M2 —————

▼B

Artikolu 9

L-Artikolu 26(4) tar-Regolament (KE) Nru 1623/2000 jitħassar.

Artikolu 10

Fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 2090/2002, il-punt 10 jitħassar.

Artikolu 11

Fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1342/2003, it-tielet subparagrafu jitħassar.

▼M7 —————

▼B

Artikolu 13

L-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 2236/2003 jitħassar.

▼M4 —————

▼M5 —————

▼B

Artikolu 16

L-Artikolu 54(2) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 jitħassar.

Artikolu 17

Ir-Regolamenti (KEE) Nru 565/80, (KEE) Nru 2388/84, (KE) Nru 456/2003, (KE) Nru 500/2003 u (KE) Nru 1994/2005 huma revokati.

Artikolu 18

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2007.

Id-dispożizzjonijiet revokati jew imħassra b’dan ir-Regolament għandhom ikomplu japplikaw rigward il-prodotti mpoġġija taħt ir-reġim ta’ prefinanzjament qabel l-1 ta’ Jannar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS




“ANNESS Ia

Entrati msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1):

Bl-Ispanjol

:

Certificado válido durante cinco días hábiles

Biċ-Ċek

:

Licence platná pět pracovních dní

Bid-Daniż

:

Licens, der er gyldig i fem arbejdsdage

Bil-Ġermaniż

:

Fünf Arbeitstage gültige Lizenz

Bl-Estonjan

:

Litsents kehtib viis tööpäeva

Bil-Grieg

:

Πιστοποιητικό που ισχύει για πέντε εργάσιμες ημέρες

Bl-Ingliż

:

Licence valid for five working days

Bil-Franċiż

:

Certificat valable cinq jours ouvrables

Bit-Taljan

:

Titolo valido cinque giorni lavorativi

Bil-Latvjan

:

Licences derīguma termiņš ir piecas darba dienas

Bil-Litwen

:

Licencijos galioja penkias darbo dienas

Bl-Ungeriż

:

Öt munkanapig érvényes tanúsítvány

Bl-Olandiż

:

Certificaat met een geldigheidsduur van vijf werkdagen

Bil-Pollakk

:

Pozwolenie ważne pięć dni roboczych

Bil-Portugiż

:

Certificado de exportação válido durante cinco dias úteis

Bl-Islovakk

:

Licencia platí päť pracovných dní

Bl-Isloven

:

Dovoljenje velja 5 delovnih dni

Bil-Finlandiż

:

Todistus on voimassa viisi työpäivää

Bl-Iżvediż

:

Licensen är giltig fem arbetsdagar”



( 1 ) ĠU L 160, 26.6.1999, p. 21. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

( 2 ) ĠU L 318, 20.12.1993, p. 18 Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2580/2000 (ĠU L 298, 25.11.2000, p. 5).

( 3 ) ĠU L 4, 8.1.1982, p. 11. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 744/2000 (ĠU L 89, 11.4.2000, p. 3).

( 4 ) ĠU L 212, 21.7.1982, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2772/2000 (ĠU L 321, 19.12.2000, p. 35).

( 5 ) ĠU L 205, 3.8.1985, p. 5. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 673/2004 (ĠU L 105, 14.4.2004, p. 17).

( 6 ) ĠU L 261, 11.9.1987, p. 11. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 1054/95 (ĠU L 107, 12.5.1995, p. 5).

( 7 ) ĠU L 330, 21.12.1994, p. 31

( 8 ) ĠU L 143, 27.6.1995, p. 35. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1118/2004 (ĠU L 217, 17.6.2004, p. 10)

( 9 ) ĠU L 102, 17.4.1999, p. 11. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 671/2004 (ĠU L 105, 14.4.2004, p. 5).

( 10 ) ĠU L 152, 4.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 410/2006 (ĠU L 71, 10.3.2006, p. 7).

( 11 ) ĠU L 194, 31.7.2000, p. 45. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1221/2006 (ĠU L 221, 12.8.2006, p. 3).

( 12 ) ĠU L 322, 27.11.2002, p. 4. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1454/2004 (ĠU L 269, 17.8.2004, p. 9).

( 13 ) ĠU L 189, 29.7.2003, p. 12. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 945/2006 (ĠU L 173, 27.6.2006, p. 12).

( 14 ) ĠU L 217, 29.8.2003, p. 35. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1361/2004 (ĠU L 253, 29.7.2004, p. 9).

( 15 ) ĠU L 339, 24.12.2003, p. 45. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1950/2005 (ĠU L 312, 29.11.2005, p. 18).

( 16 ) ĠU L 94, 31.3.2004, p. 33. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1475/2004 (ĠU L 271, 19.8.2004, p. 31)

( 17 ) ĠU L 100, 6.4.2004, p. 8. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1498/2004 (ĠU L 275, 25.8.2004, p. 8)

( 18 ) ĠU L 172, 5.7.2005, p. 24. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 544/2006 (ĠU L 94, 1.4.2006, p. 24).

( 19 ) ĠU L 62, 7.3.1980, p. 5.

( 20 ) ĠU L 221, 18.8.1984, p. 28.

( 21 ) ĠU L 69, 13.3.2003, p. 18.

( 22 ) ĠU L 74, 20.3.2003, p. 19.

( 23 ) ĠU L 320, 8.12.2005, p. 30.

Top