EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 01998D0508-20021008
Council Decision of 18 June 1998 on the conclusion of an Agreement on mutual recognition in relation to conformity assessment, certificates and markings between the European Community and Australia (98/508/EC)
Consolidated text: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 18 ta' Ġunju 1998 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim dwar rikonoxximent reċiproku rigward assessment ta' konformità, ċertifikati u marki bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja (98/508/KE)
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 18 ta' Ġunju 1998 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim dwar rikonoxximent reċiproku rigward assessment ta' konformità, ċertifikati u marki bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja (98/508/KE)
1998D0508 — MT — 08.10.2002 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL tat-18 ta' Ġunju 1998 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim dwar rikonoxximent reċiproku rigward assessment ta' konformità, ċertifikati u marki bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja (ĠU L 229, 17.8.1998, p.1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
L 278 |
19 |
16.10.2002 |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-18 ta' Ġunju 1998
dwar il-konklużjoni ta' Ftehim dwar rikonoxximent reċiproku rigward assessment ta' konformità, ċertifikati u marki bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja
(98/508/KE)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 flimkien ma' l-Artikolu 228(2), l-ewwel sentenza, u (3), l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 228(4) ta' l-istess,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi l-Ftehim dwar rikonoxximent reċiproku rigward assessment ta' konformità, ċertifikati u marki bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja ġie nnegozjat u inizjalat fid-19 ta' Lulju 1996 u għandu jiġi approvat;
Billi ċerti responsabbilitajiet għall-implimentazzjoni ġew attribwiti lill-Kumitat Konġunt imwaqqaf mill-Ftehim, u b' mod partikolari l-poter li jemendata ċerti aspettti ta' l-Anness Settorali għall-istess;
Billi għandhom jitwaqqfu proċeduri interni xierqa sabiex jassikuraw il-funzjonament tajjeb tal-Ftehim, u billi huwa meħtieġ li l-Kummissjoni tingħata l-poter li tagħmel ċerti emendi tekniċi għall-Ftehim u tieħu ċerti deċiżjonijiet sabiex jiġi implimentat,
IDDEĊIDA DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Ftehim dwar rikonoxximent reċiproku rigward assessment ta' konformità, ċertifikati u marki bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja, inklużi l-Anness ta' miegħu u d-Dikjarazzjonijiet Konġunti mehmuża miegħu, huma b'dan approvati f'isem il-Komunità Ewropea.
It-testi tal-Ftehim, l-Annessi u d-Dikjarazzjonijiet Konġunti huma mehmuża ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat sabiex jaħtar lill-persuni mogħtija l-jedd li jiffirmaw il-Ftehim sabiex jorbtu l-Komunità u jittrasmettu, f'isem il-Komunità, in-nota li għaliha jiddisponi l-Artikolu 14 tal-Ftehim ( 1 ).
Artikolu 3
1. Il-Kummissjoni sejra tgħaddi, wara konsultazzjoni ma’ dan il-Kumitat speċjali, għall-appuntamenti, notifikazzjonijiet, għoti reċiproku ta’informazzjoni u talb għal informazzjoni speċifkata fil-Ftehim.
2. Il-qagħda tal-Komunità fil-Kumitat Imħallat tiġi determinata mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni ma’ l-Kumitat speċjali msemmi fil-paragrafu 1.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
( 1 ) Id-data tal-bidu fis-seħħ tal-Ftehim se tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej.