1998D0508 — MT — 08.10.2002 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta' Ġunju 1998

dwar il-konklużjoni ta' Ftehim dwar rikonoxximent reċiproku rigward assessment ta' konformità, ċertifikati u marki bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja

(98/508/KE)

(ĠU L 229, 17.8.1998, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL tat-8 ta’ Ottubru 2002

  L 278

19

16.10.2002




▼B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta' Ġunju 1998

dwar il-konklużjoni ta' Ftehim dwar rikonoxximent reċiproku rigward assessment ta' konformità, ċertifikati u marki bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja

(98/508/KE)



IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 flimkien ma' l-Artikolu 228(2), l-ewwel sentenza, u (3), l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 228(4) ta' l-istess,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi l-Ftehim dwar rikonoxximent reċiproku rigward assessment ta' konformità, ċertifikati u marki bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja ġie nnegozjat u inizjalat fid-19 ta' Lulju 1996 u għandu jiġi approvat;

Billi ċerti responsabbilitajiet għall-implimentazzjoni ġew attribwiti lill-Kumitat Konġunt imwaqqaf mill-Ftehim, u b' mod partikolari l-poter li jemendata ċerti aspettti ta' l-Anness Settorali għall-istess;

Billi għandhom jitwaqqfu proċeduri interni xierqa sabiex jassikuraw il-funzjonament tajjeb tal-Ftehim, u billi huwa meħtieġ li l-Kummissjoni tingħata l-poter li tagħmel ċerti emendi tekniċi għall-Ftehim u tieħu ċerti deċiżjonijiet sabiex jiġi implimentat,

IDDEĊIDA DAN LI ĠEJ:



Artikolu 1

Il-Ftehim dwar rikonoxximent reċiproku rigward assessment ta' konformità, ċertifikati u marki bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja, inklużi l-Anness ta' miegħu u d-Dikjarazzjonijiet Konġunti mehmuża miegħu, huma b'dan approvati f'isem il-Komunità Ewropea.

It-testi tal-Ftehim, l-Annessi u d-Dikjarazzjonijiet Konġunti huma mehmuża ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat sabiex jaħtar lill-persuni mogħtija l-jedd li jiffirmaw il-Ftehim sabiex jorbtu l-Komunità u jittrasmettu, f'isem il-Komunità, in-nota li għaliha jiddisponi l-Artikolu 14 tal-Ftehim ( 1 ).

▼M1

Artikolu 3

1.  Il-Kummissjoni sejra tgħaddi, wara konsultazzjoni ma’ dan il-Kumitat speċjali, għall-appuntamenti, notifikazzjonijiet, għoti reċiproku ta’informazzjoni u talb għal informazzjoni speċifkata fil-Ftehim.

2.  Il-qagħda tal-Komunità fil-Kumitat Imħallat tiġi determinata mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni ma’ l-Kumitat speċjali msemmi fil-paragrafu 1.

▼B

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej.



( 1 ) Id-data tal-bidu fis-seħħ tal-Ftehim se tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej.