EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01988L0407-20050101

Consolidated text: Id-Direttiva tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Ġunju 1988 li tistabilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa ta’ l-annimali applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju u għal importazzjonijiet ta’ annimali domestiċi ta’ l-ispeċi tal-bovini (88/407/KEE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1988/407/2005-01-01

1988L0407 — MT — 01.01.2005 — 007.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

ta’ l-14 ta’ Ġunju 1988

li tistabilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa ta’ l-annimali applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju u għal importazzjonijiet ►M3  —————deep frozensemen  ◄ ta’ annimali domestiċi ta’ l-ispeċi tal-bovini

(88/407/KEE)

(ĠU L 194, 22.7.1988, p.10)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

 M1

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 90/120/KEE tal-5 ta’ Marzu 1990

  L 71

37

17.3.1990

►M2

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990

  L 224

29

18.8.1990

►M3

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 93/60/KEE tat-30 ta’ Ġunju 1993

  L 186

28

28.7.1993

 M4

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 806/2003 ta' l-14 ta' April 2003

  L 122

1

16.5.2003

►M5

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2003/43/KE tas-26 ta' Mejju 2003

  L 143

23

11.6.2003

►M6

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tas-6 ta’ Jannar 2004

  L 30

15

4.2.2004


Emendat bi:

 A1

  C 241

21

29.8.1994




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

ta’ l-14 ta’ Ġunju 1988

li tistabilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa ta’ l-annimali applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju u għal importazzjonijiet ►M3  —————deep frozensemen  ◄ ta’ annimali domestiċi ta’ l-ispeċi tal-bovini

(88/407/KEE)



IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 2 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 3 ),

Billi d-dispożizzjonijiet relatati mal-problemi ta’ saħħa ta’ l-annimali fil-kummerċ intra-Komunitarju f’annimali ta’ l-ifrat u majjali jidhru fid-Direttiva 64/432/KEE ( 4 ), kif l-aħħar emendata b’Regolament (KEE) Nru 3768/85 ( 5 ); billi b’żieda, id-Direttiva 72/462/KEE ( 6 ), kif l-aħħar emendata f’Regolament (KEE) Nru 3768/85 fiha dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-problemi ta’ spezzjoni veterinarja fuq l-importazzjoni ta’ annimali ta’ l-ifrat u majjali minn pajjiżi terzi;

Billi d-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq kienu assiguraw, f’dak li jirrigwarda l-kummerċ intra-Komunitarju u importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali ta’ l-ifrat u majjali minn pajjiżi terzi, li l-pajjiż tal-provenjenza jiggarantixxi li l-kriterja tas-saħħa ta’ l-annimal tkun ġiet imwettqa sabiex ir-riskju ta’ tixrid ta’ mard ta’ l-annimali jkun ġie virtwalment eliminat; billi hemm b’dankollu ċertu riskju ta’ tixrid ta’ mard bħal dan fil-każ ta’ kummerċ tas-semen;

Billi fil-kuntest tal-politika tal-Komunità li tarmonizza d-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar is-saħħa ta’ l-annimali, li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju f’annimali u prodotti ta’ l-annimali, issa huwa meħtieġ li tinħoloq sistema armoniżżata għal kummerċ intra-Komunitarju u importazzjoni fil-Komunità ta’ semen ta’ annimali ta’ l-ifrat;

Billi, fil-kuntest ta’ kummerċ intra-Komunitarju tas-semen, l-Istat Membru fejn ikun miġbur is-semen għandu jkollu l-obbligu li jassigura li dan is-semen ikun ġie miġbur u pproċessat f’ċentri ta’ ġbir tas-semen li jkunu approvati u taħt sorveljanza, jkun ġie akkwistat minn annimali li l-istat tas-saħħa tagħhom ikun tali li jassigura li r-riskju tat-tixrid ta’ mard ta’ l-annimali jkun eliminat, ikun inġabar, ġie pproċessat, maħżun u ttrasportat skond ir-regoli li jippreservaw l-istat tas-saħħa tiegħu u li jkun akkumpanjat matul it-trasport lejn il-pajjiż tad-destinazjoni b’ċertifikat ta’ saħħa ta’ l-annimal sabiex jiġi assigurat li dan l-obbligu jiġi sodisfatt;

Billi d-differenza fil-politiċi segwiti fil-Komunità f’dak li jirrigwarda l-vaċċinazjoni kontra ċerti mard tiġġustifika li jinżammu derogi, limitati fiż-żmien, li jawtorizzaw il-ħtieġa mill-Istati Membri, f’dak li jirrigwarda ċerti mard, ta’ protezzjoni addizzjonali kontra dak il-mard;

Billi għall-importazzjoni tas-semen fil-Komunità minn pajjiżi terzi għandha tkun imħejjija lista ta’ pajjiżi terzi biex tieħu kont tal-kriterja ta’ saħħa ta’ l-annimali; billi mingħajr preġudizzju għal din il-lista, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ semen minn ċentri ta’ ġbir tas-semen biss li jkunu laħqu ċertu livell u li huma taħt sorveljanza uffiċjali; billi, b’żieda, fir-rigward ta’ pajjiżi f’ dik il-lista, kondizzjonijiet speċifiċi tas-saħħa ta’ l-annimali għandhom ikunu stabbiliti skond iċ-ċirkostanzi; billi, sabiex tkun ivverifikata l-konformità ma dawn l-istandards, verifiki fuq il-post għandhom jitwettqu;

Billi proċedura għandha tkun ipprovduta għall-iskop li jkunu solvuti xi kwistjonijiet li joriġinaw bejn l-Istati Membri dwar jekk l-approvazzjoni ta’ ċentru ta’ ġbir tkunx iġġustifikata;

Billi l-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw kunsinna ta’ semen meta jkun ġie stabbilit li dan ma jkunx konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva; billi għandu jkun possibli li dan is-semen jintbagħat lura jekk dan ma jkunx kuntrarju għall-konsiderazzjonijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali u jekk il-kunsinnatarju jew ir-rappreżentant tiegħu jitlob hekk; billi l-kunsinnatarju jew ir-rappreżentant tiegħu għandhom ikunu infurmati bir-raġunijiet għall-projbizzjoni jew restrizzjoni u jakkwistaw l-opinjoni ta’ espert;

Billi sabiex jiġi pprevenut it-trasmissjoni ta’ ċertu mard li jittieħed, kontrolli ta’ importazzjoni għandhom jitwettqu meta kunsinna ta’ semen tasal fit-territorju tal-Komunità, ħlief fil-każ ta’ transitu estern;

Billi wara dan il-kontroll, fil-każ ta’ transitu intern, il-miżuri li jkunu ser jittieħdu mill-Istati Membri għandhom ikunu spjegati;

Billi Stat Membru għandu jkollu l-permess li jieħu miżuri ta’ emerġenza fil-każ li tfaqqa’ marda li tittieħed fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz; billi l-perikoli assoċjati ma dan il-mard u l-miżuri protettivi li huma jeħtieġu għandhom ikunu studjati bl-istess mod madwar il-Komunità kollha; billi għal dak l-iskop, proċedura ta’ emerġenza tal-Komunità li permezz tagħha l-miżuri meħtieġa għandhom jittieħdu, għandha tkun institwita fil-Kumitat Veterinarju Permanenti;

Billi l-Kummissjoni għandha tkun fdata bit-teħid ta’ ċerti miżuri għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva; billi għal dan l-iskop, proċedura għandha tkun stabbilita għal kooperazjoni mill-qrib u effettiva bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri fil-Kumitat Veterinarju Permanenti;

Billi din id-Direttiva m’għandhiex taffetwa l-kummerċ tas-semen magħmul qabel id-data li fiha l-Istati Membri għandhom ikunu konformi magħha.

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:



IL-KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet ġenerali

L-Artikolu 1

Din id-Direttiva tistabbilixxi l-ħtiġiet ta’ saħħa ta’ l-annimali applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju fil- u importazjoni minn pajjiżi terzi ta’ semen ►M3  ————— ◄ ta’ annimali domestiċi ta’ l-ispeċi ta’ l-ifrat.

▼M5

Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa d-dispożizzjonijiet taż-zootechnical tal-Komunità u/jew nazzjonali li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' l-inseminazzjoni artifiċjali ġenerali u partikolarment id-distribuzzjoni ta' l-isperma.

▼B

L-Artikolu 2

Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, id-definizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 64/432/KEE u l-Artikolu 2 tad-Direttiva 72/462/KEE għandhom japplikaw kif meħtieġ.

Aktar minn hekk:

(a) semen” tfisser t-tnixxija mħejjija jew imħallta ta’ annimal domestiku ta’ l-ispeċi ta’ l-ifrat;

▼M5

(b) 

 “ċentru ta' kollezzjoni ta' l-isperma” tfisser stabbiliment uffiċċjalment approvat u uffiċjalment issorveljat sitwat fit-territorju ta' Stat Membru jew f'terzi pajjiżi, fejn l-isperma hija prodotta għall-użu ta' inseminazzjoni artifiċjali;

 “ċentri ta' ħażna ta' l-isperma” tfisser stabbiliment uffiċjalment approvat u uffiċjalment issorveljat sitwat fit-teritorju ta' Stat Membru jew f'terzi pajjiżi fejn tinħażen l-isperma għall-użu ta' l-inseminazzjoni artifiċjali;

▼B

(ċ) “veterinarju uffiċjali” tfisser veterinarju innominat mill-awtorità ċentrali kompetenti ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż terz;

(d) “ċentru veterinarju” ifisser il-veterinarju responsabbli għall-konformità minn jum għal jum fiċ-ċentru mal-ħtiġiet stabbiliti f’din id-Direttiva;

(e) “kunsinna” tfisser kwantita ta’ semen koperta b’ċertifikat wieħed;

(f) “pajjiż ta’ ġbir” ifisser l-Istat Membru jew pajjiż terz li fih is-semen jinġabar u li minnu jkun intbagħat lejn Stat Membru;

(g) “laboratorju approvat” ifisser laboratorju li jinstab fit-territorju ta’ Stat Membru jew pajjiż terz innominat mill-awtorità veterinarja kompetenti biex iwettaq it-testijiet stabbiliti f’din id-Direttiva;

(h) “ġbir” ifisser kwantita ta’ semen meħudha minn donatur fi kwalunkwe żmien.



IL-KAPITOLU II

Il-Kummerċ Intra-Komunitarju

L-Artikolu 3

Kull Stat Membru għandu jassigura li semen li jilħaq il-kondizzjonijiet ġenerali li ġejjin jintbagħat mit-territorju tiegħu lejn it-territorju ta’ Stat Membru ieħor;

▼M5

(a) trid tkun inġabret u proċessata u/jew maħżuna jekk ikun hemm bżonn f'ċentru ta' kollezzjoni jew ħażna jew ċentri approvati skond l-għan ta' l-Artikolu 5(1), bil-ħsieb ta' inseminazzjoni artifiċjali u għall-għanijiet tal-kummerċ intrakomunitarji;

▼B

(b) għandu jinġabar minn annimali domestiċi ta’ l-ispeċi ta’ l-ifrat li l-istat tas-saħħa tagħhom ikun konformi ma’ l-Anness B;

(ċ) għandu jinġabar, jiġi pproċessat, maħżun u ttrasportat skond l-Annessi A u Ċ;

(d) għandu jkun akkumpanjat, matul it-trasport lejn il-pajjiż ta’ destinazzjoni, b’ ċertifikat ta’ saħħa ta’ l-annimali li jkun konformi ma l-Artikolu 6(1).

L-Artikolu 4

▼M5 —————

▼M3

3.  L-Istati Membri m’għandhomx jopponu d-dħul ta’ semen minn barrin imlaqqma kontra l-mard ta’ l-ilsien u d-dwiefer. B’dankollu, meta s-semen ikun ġie akkwistat minn barri li kien imlaqqam kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer matul l-aħħar perjodu ta’ tnax-il xahar qabel il-ġbir, 5 % tas-semen minn kull ġbir (b’minimu ta’ ħames tubi) intenzjonati biex jintbagħtu lejn Stat Membru ieħor għandhom ikunu suġġetti għal, f’laboratorju ta’ l-Istat Membru tad-destinazzjoni jew f’laboratorju maħtur minnha, għat-test ta’ l-iżolament tal-virus għal marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer, b’riżultati negattivi.

▼B

L-Artikolu 5

1.  L-Istat Membru li fit-territorju tiegħu ċ- ►M5  ċentru ta' kollezzjoni jew ħażna ta' l-isperma ◄ jkun jinsab għandu jassigura li l-approvazzjoni prevista fl-Artikolu 3(a) tingħata biss meta d-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness A jkunu osservati u meta ċ- ►M5  ċentru ta' kollezzjoni jew ħażna ta' l-isperma ◄ jkun jista’ jissodisfa d-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ din id-Direttiva.

L-Istat Membru għandu jassigura wkoll li l-veterinarju uffiċjali jagħmel sorveljanza dwar l-osservanza ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u għandu jirtira l-approvazjoni meta xi waħda jew aktar mid-dispożizzjonijiet ma jkunux osservati aktar.

2.  Iċ- ►M5  ċentri ta' kollezzjoni jew ħażna ta' l-isperma ◄ għandhom ikunu rreġistrati, u kull ċentru jingħata numru ta’ reġistrazzjoni veterinarja. Kull Stat Membru għandu jibgħat lista ta’ ►M5  ċentri ta' kollezzjoni jew ħażna ta' l-isperma ◄ u n-numri tar-reġistrazzjoni veterinarja tagħhom lejn l-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni u għandu jinnotifikahom b’kull approvazzjoni li tkun irtirata.

▼M2 —————

▼B

Ir-regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu addottati skond ►M5  il-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 18(2) ◄ .

L-Artikolu 6

1.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu d-dħul tas-semen kondizzjonata fuq is-sottomissjoni ta’ ċertifikat ta’ saħħa ta’ l-annimal imħejji minn veterinarju uffiċjali ta’ l-Istat Membru tal-ġbir skond l-Anness D.

Dan iċ-ċertifikat għandu:

(a) ikun imħejji f’mill-anqas waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ l-Istat Membru ta’ ġbir u waħda minn dawk ta’ l-Istat Membru ta’ destinazzjoni;

(b) jakkompanja l-kunsinna lejn id-destinazzjoni fl-għamla oriġinali tiegħu;

(ċ) ikun imħejji fuq karta waħda;

(d) ikun magħmul għal riċevitur wieħed.

2.  

(a) L-Istat Membru ta’ destinazzjoni jista’ jipprojbixxi d-dħul ta’ kunsinni jekk verifika tad-dokumentazzjoni tiżvela li l-Artikolu 3 ma jkunx ġie osservat.

(b) L-Istat Membru ta’ destinazzjoni jista’ jieħu l-miżuri meħtieġa, inkluża l-ħażna fi kwarantina, sabiex jakkwista prova definittiva f’każi meta s-semen ikun issuspettat li jkun infettat jew ikkontaminat b’organiżmi patoġeniċi.

(ċ) Id-Deċiżjonijiet meħudha permezz ta’ (a) jew (b) għandhom, fuq talba tal-kunsinnatarju jew ir-rappreżentant tiegħu, jawtorizzaw ir-ritorn tas-semen, sakemm dan ma jkunx kuntrarju għall-konsiderazzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimal.

3.  Jekk id-dħul tas-semen ikun ġie pprojbit fuq kwalunkwe bażi kif stabbilita fil-paragrafu 2 (a) u (b) u l-iStat Membru tal-ġbir ma jkunx fi żmien 30 jum awtorizza r-ritorn tas-semen, l-awtorità veterinarja kompetenti ta’ l-iStat Membru tad-destinazzjoni tista’ tordna li din tkun meqruda.

4.  Id-deċiżjonijiet meħuda mill-awtorità veterinarja kompetenti permezz tal-paragrafi 2 u 3 għandhom jiġu kkomunikati lill-kunsinnatarju jew ir-rappreżentant tiegħu, flimkien mar-raġunijiet għal dan.

▼M2 —————

▼B



IL-KAPITOLU III

L-Importazjoni minn pajjiżi terzi

L-Artikolu 8

1.  Stat Membru jista’ jawtorizza importazzjoni tas-semen minn dawk il-pajjiżi terzi biss li jidhru fuq il-lista mħejjija skond ►M5  il-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 18(2) ◄ .

Dik il-lista tista’ tkun issupplimentata jew emendata skond ►M5  il-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 18(2) ◄ .

2.  Fid-deċiżjoni jekk pajjiż terz ikunx jista’ jidher fuq il-lista msemmija fil-paragrafu 1, kont partikolari għandu jittieħed ta’:

(a) l-istat ta’ saħħa tal-bhejjem, annimali domestiċi oħra u annimali selvaġġi fil-pajjiż terz, b’referenza partikolari għall-mard eżotiku ta’ l-annimali, u s-sitwazzjoni fis-saħħa ambjentali f’dak il-pajjiż, li tista tipperikola s-saħħa ta’ l-annimali fl-Istati Membri;

(b) ir-regolarità u l-ħeffa ta’ l-informazzjoni ippreżentata mill-pajjiż terz li tikkonċerna l-eżistenza tal-mard li jittieħed ta’ l-annimali fit-territorju tiegħu, partikolarment dak il-mard imsemmi fil-lista A u B ta’ l-Uffiċju Internazzjonali ta’ Mard Epiżotiku;

(ċ) ir-regoli ta’ dak il-pajjiż dwar prevenzjoni u kontroll ta’ mard ta’ annimali;

(d) l-istruttura tas-servizzi veterinarji fil-pajjiż u l-poteri tagħhom;

(e) l-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ miżuri biex jipprevienu u jikkontrollaw mard ta’ l-annimali li jittieħed; u

(f) il-garanziji li l-pajjiż terz ikun jista’ jagħti fir-rigward tal-konformità ma din id-Direttiva.

3.  Il-lista msemmija fil-paragrafu 1 u l-emendi kollha għaliha għandhom ikunu ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 9

▼M5

1.  Il-lista ta' ċentri ta' kollezzjoni u ħażna ta' l-isperma minn liema l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta' l-isperma oriġinata f'terzi pajjiżi għandha titħejja u tkun aġġornata skond dan l-Artikolu.

Stabbiliment jista' jitqiegħed biss f'din il-lista jekk l-awtorità kompetenti ta'pajjiżi terzi tigarantixxi li ntlaħqu l-kondizzjonijiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 2 u 3(b) sa (e).

L-awtoritajiet kompetenti ta' terzi pajjiżi li jidhru fuq il-lista miktuba u aġġornata skond l-Artikolu 8 għandhom jiggarantixxu li l-lista taċ-ċentri ta' ġbir u ħażna ta' l-isperma minn fejn l-isperma tista' tkun trasmessa għall-Komunità huma miktuba, miżmuma aġġornati u kkomunikati lill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-punti ta' kuntatt nominati mill-Istati Membri b'notifikazzjonijiet regolari dwar listi ġodda jew aġġornati li hi tkun irċeviet mill-awtoritajiet kompetenti tat-terzi pajjjiżi konċernati skond is-subparagrafu 3.

Jekk fi żmien 20 jum ta' xogħol min-notifika tal-Kummissjoni l-ebda Stat Membru ma joġġezzjona għal-lista ġdida jew aġġornata, l-importazzjoni għandha tkun awtorzzata mill-istabbilimenti li jidhru fuq il-lista 10 ijiem ta' xogħol wara li l-Kummissjoni tagħmilha disponibbli għall-pubbliku.

Meta ta' l-anqas Stat Membru jagħmel kummenti bil-miktub jew kull meta hija tħoss il-ħtieġa li l-lista għandha tkun emendata fid-dawl ta' informazzjoni relevanti bħar-rapport ta' spezzjoni tal-Kummissjoni jew ir-riżultati tal-kontrolli mwettqa taħt l-Artikolu 12, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membri kollha u tinkludi l-kwistjoni lis-settur relevanti fl-aġenda tal-laqgħa li jkun imiss tal-Kumitat Permanenti tal-Food Chain u s-Saħħa ta' l-Annimali għad-deċiżjoni skond il-proċedura li hemm imniżżla fl-Artikolu 18(2).

Il-Kummissjoni għandha tirranġa l-verżjonijiet aġġornati tal-listi kollha sabiex ikunu disponibbli għall-pubbliku.

▼B

2.  Fid-deċiżjoni dwar jekk iċ- ►M5  ċentri ta' kollezzjoni jew ħażna ta' l-isperma ◄ f’pajjiż terz ikunx jista’ jidher fil-lista msemmija fil-paragrafu 1, għandu jittieħed kont partikolari tas-sorveljanza veterinarja tas-sistema tal-produzzjoni ta’ semen fil-pajjiż terz, il-poteri tas-servizzi veterinarji u s-sorveljanza li għaliha ċ- ►M5  ċentri ta' kollezzjoni jew ħażna ta' l-isperma ◄ ikunu suġġetti.

3.   ►M5  Ċentru ta' kollezzjoni jew ħażna ta' l-isperma ◄ jista’ jidher fil-lista prevista fil-paragrafu 1 biss jekk:

(a) ikun jinsab f’wieħed mill-pajjiżi fil-lista msemmija fl-Artikolu 8(1);

(b) jissodisfa il-ħtiġiet tal-Kapitoli I u II ta’ l-Anness A;

(ċ) ikun ġie uffiċjalment approvat għall-esportazzjoni lejn il-Komunità mis-servizzi veterenarji tal-pajjiż terz konċernat;

(d) ikun taħt is-sorveljanza ta’ ċentru veterinarju tal-pajjiż terz konċernat; u

(e) ikun suġġett għal spezzjoni regolari minn veterinarju uffiċjali tal-pajjiż terz konċernat mill-anqas darbtejn fis-sena.

L-Artikolu 10

1.  Is-semen għandu jiġi minn annimali li, immedjatament qabel il-ġbir tas-semen tagħhom, ikunu nżammu mill-anqas għal sitt xhur fit-territorju tal-pajjiż terz fuq il-lista mħejjija skond l-Artikolu 8(1).

2.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8(1) u paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri m’għandhomx jawtorizzaw l-importazzjoni tas-semen minn pajjiż terz ta’ fuq il-lista sakemm is-semen ma jikkonformax mal-ħtiġiet ta’ saħħa adottati, skond ►M5  il-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 18(2) ◄ , għall-importazjoni tas-semen minn dak il-pajjiż.

Fl-adozzjoni tal-ħtiġiet imsemmija fis-subparagrafu preċedenti għandha tingħata konsiderazzjoni għal:

(a) is-sitwazzjoni tas-saħħa fiż-żona ta’ madwar iċ-ċentru ta’ ġbir tas-semen, b’referenza partikolari għall-mard li jidher fil-lista A ta’ l-Uffiċju Internazzjonali ta’ Mard Epiżootiku;

(b) l-istat ta’ saħħa tal-merħla fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen, inkluż il-ħtiġiet ta’ testijiet;

(ċ) l-istat ta’ saħħa ta’ l-annimal donatur u l-ħtiġiet ta’ testijiet;

(d) ħtiġiet ta’ testijiet f’dak li jirrigwarda s-semen.

3.  Il-bażi ta’ referenza biex ikunu stabbiliti l-kondizzjonijiet ta’ saħħa ta’ l-annimal skond il-paragrafu 2 rigward tuberkolożi ta’ l-ifrat u l-bruċellosi għandhom ikunu standards stabbiliti fl-Anness A tad-Direttiva 64/432/KEE. Jista’ jiġi deċiż, skond ►M5  il-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 18(2) ◄ , fuq bażi ta’ każ b’każ, li jitwarrbu dawn il-kondizzjonijiet meta l-pajjiż terz konċernat jipprovdi garanziji simili dwar is-saħħa ta’ l-annimal; f’dak il-każ, il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimal li huma mill-anqas ekwivalenti għal dawk fl-Anness A ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu stabbiliti skond l-istess proċedura sabiex jippermettu d-dħul ta’ annimali bħal dawk fiċ-ċentri ta’ ġbir.

4.  L-Artikoli 4 għandu japplika mutatis mutandis.

L-Artikolu 11

1.  L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ semen fuq il-preżentazzjoni ta’ ċertifikat tas-saħħa ta’ l-annimal biss imħejji u iffirmat mill-veterinarju uffiċjali tal-pajjiż terz ta’ ġbir.

Dan iċ-ċertifikat għandu:

(a) ikun imħejji f’mill-anqas waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ l-Istat Membru ta’ destinazzjoni u waħda minn dawk ta’ l-Istat Membru fejn il-kontroll ta’ l-importazzjoni li hemm previst fl-Artikolu 12 jkun imwettaq;

(b) jakkumpanja s-semen fl-oriġinal;

(ċ) ikun imħejji fuq karta waħda;

(d) ikun magħmul għal riċevitur wieħed.

2.  Iċ-ċertifikat għandu jikkorrespondi mal-mudell muri skond ►M5  il-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 18(2) ◄ .

▼M3

Artikolu 12

Ir-regoli stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 90/675/KEE ta’ l-10 ta’ Diċembru 1990 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ l-ivverifikar veterinarju fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjizi terzi ( 7 ) għandhom japplikaw b’mod partikolari għall-organizzazzjoni u l-verifiki sussegwenti li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri u l-miżuri ta’ salvagwardja li għandhom ikunu applikati.

▼M3 —————

▼B



IL-KAPITOLU IV

Miżuri ta’ salvagward u kontroll

▼M2 —————

▼M2

L-Artikolu 15

Ir-regoli stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 li tikkonċerna l-iċċekkjar veterinarju u zootekniku fil-kummerċ intra-Kommunitarju f’ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern ( 8 ), għandhom jgħoddu b’mod partikolari għall-iċċekkjar, ta’ l-oriġini, għall-organizzazzjoni ta’, u prosegwiment ta’ l-iċċekkjar, li għandu jsir mill-Istat Membr tad-destinazzjoni, u prosegwiment ta’ l-iċċekkjar, ta’ l-Istat Membru tad-destinazzjoni, u tal-miżuri ta’ ħarsien li għandhom jiġu implimentati.

▼B

L-Artikolu 16

1.  Esperti veterinarji mill-Kummissjoni jistgħu, b’kooperazjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi, iwettqu verifiki fuq il-post sakemm dawn ikunu indispensabbli biex jassiguraw applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva.

Il-pajjiż ta’ ġbir li fit-terrirorju tiegħu il-verifika tkun imwettqa għandu jagħti l-għajnuna kollha meħtieġa lill-esperti biex dawn iwettqu d-doveri tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-pajjiż ta’ ġbir konċernat bir-riżultati ta’ l-investigazzjoni.

Il-pajjiż ta’ ġbir konċernat għandu jieħu kull miżura li tista’ tkun meħtieġa biex jieħu kont tar-riżultati ta’ l-investigazzjoni. Jekk il-pajjiż ta’ ġbir ma jieħux dawk il-miżuri, il-Kummissjoni tista, wara li s-sitwazzjoni tkun ġiet eżaminata mill-Kumitat Veterinarju Permanenti, ikollu rikors għad-dispożizzjonijiet tar-raba’ subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(2) u 9(1).

2.  Id-dispożizzjonijiet ġenerali għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, speċjalment f’dak li jirrigwarda l-frekwenza u l-metodu tat-twettieq tal-verifiki msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ paragrafu 1, għandhom ikunu stabbiliti skond ►M5  il-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 18(2) ◄ .



IL-KAPITOLU V

Dispożizzjonijiet finali

▼M5

Artikolu 17

L-Anness A għandu jkun emendat fuq proposta mill-Kummissjoni, mill-Kunsill, b'maġġoranza kwalifikata, partikolarment sabiex jaddattah għall-avvanz fit-teknoloġija.

L-Annessi B, C u D għandhom ikunu emendati skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 18(2).

Artikolu 18

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Permanenti tal-Food Chain u s-Saħħa ta' l-Annimali stabbilt bir-Regolamnet (KE) Nru 178/2002 ( 9 ).

2.  Meta henm referenza għal dan il-paragrafu, għandhom jgħoddu l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE ( 10 ).

Il-perjodu li hemm referenza għalih fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

3.  Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

▼M5 —————

▼B

L-Artikolu 20

1.  Din id-Direttiva m’għandiex tapplika għas-semen miġbur u pproċessat fi Stat Membru qabel l-1 ta’ Jannar 1990.

2.  Sad-data tad-dħul fis-seħħ tad-deciżjonijiet adottati skond l-Artikoli 8, 9 u 10, l-Istati Membri m’għandhomx japplikaw għall-importazzjoni tas-semen minn pajjiżi terzi kondizzjonijiet aktar favorevoli minn dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Kapitolu II.

L-Artikolu 21

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sa l-1 ta’ Jannar 1990, fl-aktar tard. Għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni bihom.

L-Artikolu 22

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

▼M5




ANNESS A

KAPITOLU I

KONDIZZJONIJIET GĦALL-APPROVAZZJONI UFFIĊJALI TAĊ-ĊENTRI

1.

Ċentri ta' ġbir ta' l-isperma għandhom:

(a) joqogħdu taħt is-sorveljanza permanenti ta' veterinarju responsabbli miċ-ċentru awtorizzat mill-awtortià kompetenti;

(b) ta' l-anqas għandu jkollu:

(i) fejn joqagħdu l-annimali, jinkludi faċilitajiet iżolati;

(ii) faċilitajiet fejn tinġabar l-isperma, jinkludu kamra separata għat-tindif, diżinfettar jew sterilizzazzjoni ta' l-apparat;

(iii) kamra għall-proċess ta' l-isperma li ma hemmx għalfejn tkun fl-istess sit;

(iv) kamra għall-ħażna ta' l-isperma li ma hemmx għalfejn tkun fl-istess sit;

(ċ) mibnija jew iżolata li ma jitħallhiex kuntatt ma' bhejjem ta' barra;

(d) mibnija b'mod u manjiera li fejn joqogħdu l-annimali u l-faċilitajiet ta' ġbir, proċessar u ħażniet ta' l-isperma jistgħu jitnaddfu u jkunu ddiżinfettati mill-ewwel;

(e) ikollhom akkomodazzjoni iżolata li ma għandhiex komunikazzjoni diretta ma' l-akkomodazzjoni normali ta' l-annimali;

(f) imfassla b'mod u manjiera li l-akkomodazzjoni ta' l-annimali hi fiżikament separata mill-kamra tal-proċessar ta' l-isperma u t-tnejn li huma separati mill-kamra fejn tinħażen l-isperma.

2.

Iċ-ċentri ta' ħażna ta' l-isperma għandhom:

(a) joqogħdu taħt is-sorveljanza permanenti ta' veterinarju responsabbli miċ-ċentru awtorizzat mill-awtortià kompetenti;

(b) mibnija jew iżolati li ma jitħallhiex kuntat ma' bhejjem ta' barra;

(ċ) mibnija b'mod u manjiera li l-faċilitajiet ta' ħażna jistgħu jitnaddfu u jkunu diżinfettati mill-ewwel.

KAPITOLU II

KONDIZZJONIJIET RELATATI MAS-SUPERVIŻJONI UFFIĊJALI TAĊ-ĊENTRI

1.

Ċentri tal-ġbir għandhom:

(a) ikunu hekk sorveljati sabiex jaraw li għandhom biss annimali ta' l-ispeċi għall-ġbir ta' l-isperma. Jistgħu jitħallew annimali domestiċi oħra li huma strettament meħtieġa għall-operazzjoni normali taċ-ċentri tal-ġbir, sakemm ma jkunux ta' riskju ta' xi infezzjoni għall-dawk l-ispeċi għall-ġbir ta' l-isperma, u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet imniżżla mill-veterinarju taċ-ċentru;

(b) ikunu hekk sorveljati għaż-żamma tar-reġistrazzjonijiet ta' l-annimali bovini kollha li hemm fiċ-ċentru, jingħataw id-dettalji tar-razza, data tat-twelid u identifikazzjoni ta' kull annimal, kif ukoll reġistrazzjoni tal-kontroll kollu għall-mard u l-vaċċinazzjon mogħti lil kull annimal;

(ċ) spezzjonati regolarment, ta' l-anqas darbtejn fis-sena, minn veterinarju uffiċjali, fil-kuntest tal-kontrolli permanenti fuq il-kondizzjonijiet approvati u ta' sorveljanza;

(d) sorveljati sabiex ma jitħallhiex id-dħul ta' persuni mhux awtorizzati. Aktar minn hekk, mistiedna awtorizzati jeħtieġu li jissodisfaw il-kondizzjonijiet imniżżla mill-veterinarju taċ-ċentru;

(e) iħaddmu ħaddiema kompetenti u tekniċi u mħarrġa kif xieraq fit-teknika dwar il-proċeduri ta' l-indafa u diżinfettazzjoni relevanti għall-kontroll tal-firxa tal-mard;

(f) issorveljati sabiex:

(i) l-isperma miġbura biss minn ċentru approvat hija proċessata u maħżuna f'ċentri approvati, mingħajr ma tiġi f'kuntatt ma' kunsinna oħra ta' sperma. Madankollu, sperma mhix miġbura f'ċentru approvat tista' tkun proċessata f'ċentru ta' ġbir sakemm:

 din l-isperma hija prodotta minn annimali bovini li jissodisfaw il-kondizzjonijiet imniżżla fil-Kapitolu I.1(d) ta' l-Anness B,

 l-ipproċessar isir minn apparat separat jew f'ħin differenti mill-isperma li hija intenzjonata għall-kummerċ intrakomunitarju, fl-aħħar każ l-apparat wara li jintuża irid jitnaddaf u jiġi sterilizzat,

 din l-isperma tista' ma tkunx suġġetta għall-kummerċ intrakomunitarju u fl-ebda mument ma tista' tiġi f'kuntatt ma', jew maħżuna ma', sperma li hija intenzjonata għall-kummerċ intrakomunitarju,

 din l-isperma hija identifikata b'marka differenti kif prevista fil-punt (vii);

Embrijoni ffriżati jistgħu wkoll ikunu maħżuna f'ċentri approvati sakemm:

 din il-ħażna hi awtorizzata mill-awtorità kompetenti,

 l-embrijoni jilħqu mal-ħtiġiet tad-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta' Settembru 1989 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intrakomunitarju u l-importazzjoni ta' embrijoni ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi tal-bovini ( 11 ) minn terzi pajjiżi,

 l-embrijoni jkunu maħżuna f'kontejners għall-ħażniet separatament fil-lokazzjonijiet għall-ħażna ta' sperma approvata;

(ii) ġbir, proċessar u ħażna ta' l-isperma għandha ssir biss f'lokazzjonijiet miżmuma għaldaqshekk u taħt kondizzjonijiet stretti ta' iġjene;

(iii) l-istrumenti kollha li jkollhom kuntatt ma' l-isperma jew l-annimal donatur waqt il-ġbir u l-ipproċessar għandhom ikunu diżinfettati jew sterilizzati sew, qabel ma jintużaw, ħlief għall-strumenti li għandhom jintużaw darba;

(iv) prodotti ta' oriġini mill-annimali użati waqt l-ipproċessar ta' l-isperma – magħduda addittivi jew dilwent – meħudin minn egħjun li ma humiex ta' riskju għas-saħħa ta' l-annimali jew qabel ma jintużaw jiġu trattati sabiex ma jkunx hemm dan ir-riskju.;

(v) kontejners ta' ħażna u kontejners ta' trasport iridu jkunu jew diżinfettati jew sterelizzati sew, qabel ma tibda l-operazzjoni tal-mili, ħlief għall-kontejners li jintużaw darba;

(vi) l-aġent krijoġeniku użat ma għandux ikun intuża qabel għall-prodotti oħra ta' oriġini mill-annimal;

(vii) kull doża individwali ta' sperma hija mmarkata f'manjiera ċara li d-data tal-ġbir ta' l-isperma, ir-razza u l-identifikazzjoni ta' l-annimal donatur u n-numru approvat taċ-ċentru jistgħu jkunu stabbiliti mill-ewwel; kull Stat Membru għandu jikkomunika lill-Kummissjoni u Stati Membri oħra l-karatteristiċi u l-forma ta' l-immarkar użata fit-territorju tiegħu;

(viii) il-unit tal-ħażna trid iżżomm mal-kondizzjonijiet speċifiċi li jirrelataw għaċ-ċentri tal-ħażna ta' l-isperma previst fil-punt 2.

2.

Ċentri ta' ħażna għandhom:

(a) ikunu ssorveljati għaż-żamma ta' reġistrazzjoni tal-moviment ta' l-isperma kollha (fi u barra miċ-ċentru) u l-istat tal-barrin donaturi li l-isperma tagħhom hija maħżuna hemmhekk, u li għandhom iħarsu l-ħtiġiet ta' din id-direttiva;

(b) spezzjonati regolarment minn veterinarju uffiċjali, ta' l-anqas darbtejn f'sena, għall-kontrolli permanenti dwar il-kondizzjonijiet approvati u sorveljanza;

(ċ) sorveljati sabiex ma jitħallix id-dħul ta' persuni mhux awtorizzati. Aktar minn hekk, mistiedna awtorizzati jeħtieġu li jissodisfaw il-kondizzjonijiet imniżżla mill-veterinarju taċ-ċentru;

(d) iħaddmu ħaddiema kompetenti u tekniċi u mħarrġa kif xieraq fit-teknika dwar il-proċeduri ta' l-iġjene u diżinfettazzjoni relevanti għall-kontroll tal-firxa tal-mard;

(e) issorveljati sabiex:

(i) sperma miġbura biss minn ċentri ta' ġbir, approvati skond din id-Direttiva li hija maħżuna f'ċentri approvati għall-ħażna, mingħajr ma tiġi f'kuntatt ma xi sperma oħra.

B'żieda ma' dan, sperma li ġejja biss minn ċentru approvat għall-ġbir jew ħażna u trasportati f'kondizzjonijiet li joffru kull garanzija possibli għas-saħħa, li ma kellhiex kuntatt ma' xi sperma oħra, tista' tinġieb f'ċentru approvat għall-ħażna.

Embrijoni ffriżati jistgħu jkunu maħżuna f'ċentri approvati sakemm:

 din il-ħażna hija awtorizzata minn awtorità kompetenti,

 l-embrijoni jilħqu mal-ħtiġiet tad-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta' Settembru 1989 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intrakomunitarju fl-importazzjoni ta' l-embrijoni ta' l-annimali domestiċi ta' l-ispeċi tal-bovini minn terzi pajjiżi,

 l-embrijoni jkunu maħżuna f'kontejners separati għall-ħażna fil-lokazzjonijiet għall-ħażna ta' sperma approvata;

(ii) ħażna ta' sperma ssir biss fil-lokazzjonijiet miżmuma għaldaqshekk taħt kondizzjonijiet stretti ta' iġene;

(iii) kull strument li jiġi f'kuntatt ma' l-isperma iridu jiġu ddiżinfettati jew sterilizzati sew qabel ma jintużaw, ħlief għall-istrumenti li jintużaw darba;

(iv) kontejners għall-ħażna jew kontejners għat-trasport huma jew ddiżinfettati jew sterelizzati sew, qabel ma jingħata bidu għal kull operazzjoni tal-mili, ħlief għall-kontejners li jintużaw darba;

(v) l-aġent krijoġeniku użat ma għandux ikun intuża qabel għall-prodotti oħra ta' oriġini mill-annimal;

(vi) kull doża individwali ta' sperma hija mmarkata f'manjiera ċara li d-data tal-ġbir ta' l-isperma, ir-razza u l-identifikazzjoni ta' l-annimal donatur u n-numru approvat taċ-ċentru jistgħu jkunu stabbiliti mill-ewwel; kull Stat Membru għandu jikkomunika lill-Kummissjoni u Stati Membri oħra l-karatteristiċi u l-forma ta' l-immarkar użat fit-territorju tiegħu.




ANNESS B

KAPITOLU I

KONDIZZJONIJIET LI JGĦODDU GĦALL-MOVIMENT TA' L-ANNIMALI F'ĊENTRI APPROVATI GĦALL-ĠBIR TA' L-ISPERMA

1.

Għall-annimali bovini kollha sabiex jitħallew jidħlu f'ċentri ta' ġbir ta' sperma għandhom jgħoddu r-rekwiżiti li ġejjin:

(a) iridu jkunu wettqu perjodu ta' kwarantina ta' l-anqas ta' 28 ġurnata f'akkomodazzjoni approvata speċifi kament għal dan il-għan minn awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru, u fejn ikun hemm preżenti biss annimali ta' dufrejhom mifruqa fl-istess stat ta' saħħa;

(b) qabel iż-żmien ta' akkomodazzjoni tagħom fil-kwarantina kif deskritt f'(a), huma kienu jagħmlu parti minn merħla li hija uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulosi u uffiċjalment ħielsa mill-bruċellosi skond id-Direttiva 64/432/KEE. L-annimali qabel ma kellhomx ikunu f'merħla bi stat inferjuri;

(ċ) huma jridu jiġu minn merħla uffiċjalment ħielsa minn leukosis tal-bovini enzootic kif imfissra fid-Direttiva 64/432/KEE, jew imwielda minn ommijiet li kienu suġġetti, għall-eżamijiet b'riżultat negattivi, miżmuma skond l-Anness D (Kapitolu II) tad-Direttiva 64/432/KEE, wara li l-annimali jitneħħew minn ommhom. Fil-każjijiet ta' annimali ġejjin mit-trasferiment ta' l-embrijon, “omm” tfisser ir-reċipjent ta' l-embrijon;

Jekk ma tistax tintlaħaq din il-ħtieġa, l-isperma ma tistax tkun suġġetta għall-kummerċ sakemm id-donatur jilħaq l-eta ta' sentejn u jkun eżaminat skond il-Kapitolu II.I (ċ) b'riżultat negattiv;

(d) Fi żmien 28 ġurnata li jiġu qabel il-perjodu ta' kwarantina speċifikat f'(a), għandhom ikunu suġġetti għall-eżamijiet li ġejjin b'riżultati negattivi f'kull każ, ħlief għall-eżamijiet anti-korp tal-BVD/MD imsemmija fil-punt (v):

(i) għall-bovini tuberkulosi, eżami tuberkulin intradermali mwettaq skond il-proċedura mniżżla fl-Anness B tad-Direttiva 64/432/KEE;

(ii) għall-bovini bruċellosi, eżami seroloġikali mwettaq skond il-proċedura stabbilita fl-Anness Ċ tad-Direttiva 64/432/KEE;

(iii) għal-leukosis bovini enzootic, eżami seroloġiku mwettaq skond il-proċedura stabbilita fl-Anness D (Kapitolu II) tad-Direttiva 64/432/KEE;

(iv) għall-IBR/IPV, eżami seroloġikali (virus totali) fuq kampjun tad-demm jekk l-annimal ma jiġix minn merħla ħielsa mill-IBR/IPV kif imfissra fl-Artikolu 2.3.5.3 tal-Kowd Internazzjonali dwar is-Saħħa ta' l-Annimali;

(v) għall-BVD/MD,

 eżami iżolat għall-virus jew eżami iżolat għall-antigen, u

 eżami seroloġiku sabiex jiddetermina l-preżenza jew in-nuqqas ta' l-anti-korpi.

L-awtorità kompetenti tista' tagħti awtorizzazzjoni li jitwettqu l-eżamijiet li hemm referenza għalihom fi (d) fuq kampjuni miġbura mill-post tal-kwarantina. F'dan il-każ, il-perjodu ta' kwarantina li hemm referenza għalih fl-(a) jista' ma jibdiex qabel id-data tal-kampjun. Madankollu, jekk xi eżami mniżżel fl-(a) jirriżulta pożittiv, l-annimal konċernat għandu jitneħħa immedjatament mill-post ta' isolazzjoni. Fil-każ ta' grupp ta' isolazzjoni, il-perjodu ta' kwarantina li hemm referenza għalih fl-(a) jista' ma jibdiex għall-bqija ta' l-annimali sakemm jitneħħa l-annimal li rriżulta pożittiv.

(e) fil-perjodu ta' kwarantina speċifikat fl-(a), u ta' l-anqas 21 ġurnata wara li ddaħħal għall-kwarantina (ta' l-anqas sebat ijiem wara li jiddaħħal għall-kwarantina sabiex isirlu eżami għall-Campylobacter fetus ssp.venrelis u Trichomonas foetus) kienu suġġetti għall-eżamijiet li ġejjin f'kull każ b'riżultati negattivi, ħlief għall-eżami antikorp tal-BVD/MD (ara punt (iii) hawn taħt):

(i) għall-bovini bruċellosi, eżami seroloġikali mwettaq skond il-proċedura stabbilita fl-Anness Ċ tad-Direttiva 64/432/KEE;

(ii) għall-IBR/IPV, eżami seroloġiku (virus totali) fuq kampjun tad-demm;

Jekk xi annimali jirriżultaw pożittivi, dawn l-annimali għandhom jitneħħew minnufih mill-post tal-kwarantina u l-annimali l-oħra ta' l-istess grupp għandhom jibqgħu fil-kwarantina u jerġgħu jkunu eżaminati, b'riżultati negattivi, mhux anqas minn 21 ġurnata wara li jitneħħa(ew) l-annimal(i) li rriżulta(w) fil-pożittiv.

(iii) għall-BVD/MD,

 eżami iżolat tal-virus jew eżami iżolat ta' l-antigen, u

 eżami seroloġiku sabiex jiddetermina l-preżenza jew in-nuqqas ta' l-anti-korpi.

Kull annimal (seronegattiv jew seropożittiv) jista' jitħalla jidħol biss fil-faċilitajiet tal-ġbir ta' l-isperma jekk ma feġġitx fl-annimali is-sero-conversion li għall-eżamijiet li sarulhom qabel ma daħlu fil-post tal-kwarantina irriżultaw seronegattivi.

Jekk tfeġġ is-siero-conversion, il-bqija ta' l-annimali kollha seronegattivi għandhom jibqgħu fil-kwarantina għall-perjodu itwal taż-żmien, sakemm fil-grupp ma jkunx hemm aktar sero-conversion għall-perjodu ta' tliet ġimgħat. L-annimali pożittivi seroloġikament jistgħu jitħallew jidħlu fil-faċilitajiet ta' ġbir ta' l-isperma;

(iv) għall-Campylobacter fetus ssp. venerealis:

 fil-każ ta' annimali ta' anqas minn sitt xhur jew miżmuma minn dik l-eta fi grupp ta' l-istess sess qabel il-kwarantina, eżami wieħed fuq kampjun ta' likwidu tal-ħasla artifiċjali vaġinali jew materjal tal-prepuzju;

 fil-każ ta' annimali li għandhom sitt xhur jew aktar li qabel il-kwarantina setgħu kellhom kuntatt mal-feminili, eżami magħmul f'intervalli ta' tlett darbiet fil-ġimgħa fuq kampjun ta' likwidu tal-ħasla artifiċjali vaġinali jew materjal tal-prepuzju;

(v) għall-Trichomonas foetus:

 il-każ ta' annimali ta' anqas minn sitt xhur jew miżmuma minn dik l-età fi grupp ta' l-istess sess qabel il-kwarantina, eżami wieħed fuq kampjun ta' l-isperma tal-prepuzju;

 fil-każ ta' annimali li għandhom sitt xhur jew aktar li qabel il-kwarantina setgħu kellhom kuntatt mal-feminili, eżami magħmul f'intervalli ta' tliet darbiet fil-ġimgħa fuq kampjun ta' l-isperma tal-prepuzju.

Jekk xi wieħed minn dawn l-eżamijiet jirrizulta fil-pożittiv, l-annimal għandu jitneħħa mill-akkomodazzjoni ta' iżolament minnufih. Fil-każ ta' iżolazzjoni ta' grupp, l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tirristabbilixxi l-eleġibbiltà tal-bqija ta' l-annimali sabiex jidħlu fiċ-ċentri ta' ġbir skond l-Anness.

(f) qabel it-trasmess inizjali ta' l-isperma tal-barrin li rriżultaw seroloġikament pożittivi għall-eżami tal-BVD/MD, kampjun ta' l-isperma ta' kull annimal għandha tkun suġġetta għall-eżami ta' iżolatament għall-virus jew għall-virus antigen ta' ELISA għall-BVD/MD. Fil-każ ta' riżultat pożittiv, il-barri għandu jitneħħa miċ-ċentru u tkun distrutta l-isperma kollha tiegħu.

2.

L-eżamijiet kollha għandhom jitwettqu f'laboratorju approvat mill-Istat Membru.

3.

L-annimali jistgħu jitħallew jidħlu biss fiċ-ċentri ta' ġbir ta' l-isperma bil-permess espliċitu mill-veterinarju taċ-ċentru. Għandu jkun reġistrat, kull moviment ta' dħul u ħruġ.

4.

L-ebda annimal ma għandu juri xi sinjali kliniċi ta' mard fil-ġurnata li jitħalla jidħol fiċ-ċentru tal-ġbir ta' l-isperma. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5, kull annimal għandu jiġi minn post ta' akkomodazzjoni iżolata, kif hemm referenza fil-paragrafu 1(a), meta fil-ġurnata tal-kunsinna uffiċjali tħarsu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) li kien sitwat fiċ-ċentru ta' żona li għandha raġġ ta' 10 kilometri f'liema żona ma kienx hemm mard ta' l-ilsien u dwiefer ta' l-anqas għal 30 ġurnata;

(b) li għal tliet xhur kien ħieles minn marda ta' l-ilsien u dwiefer u bruċellosi;

(ċ) li kien ħieles ta' l-anqas għal 30 ġurnata minn dak il-mard tal-bovini liema mard hu obbligatament notifikabbli skond l-Anness E tad-Direttiva 64/432/KEE.

5.

L-annimali jistgħu jkunu trasferiti minn ċentru appovat għall-ġbir ta' l-isperma għal ieħor ta' l-istess stat sanitarju, mingħjar iżolament jew eżamijiet jekk it-trasferiment hu dirett, sakemm ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet imniżżlin fil-paragrafu 4 u l-eżamijiet ta' rutina li hemm referenza għalihom fil-Kapitolu II twettqu matul it-12-il xahar ta' qabel. L-annimal fil-kwistjoni ma għandux jiġi f'kuntatt direttament jew indirettament ma' annimali b'dufrejhom mifruqa li huma fi stat inferjuri ta' saħħa u l-mezz ta' trasport qabel ma jintuza għandu jkun diżinfettat. Jekk il-moviment minn ċentru għall-ieħor tal-ġbir ta' l-isperma isir bejn l-Istati Membri għandu jitwettaq skond id-Direttiva 64/432/KEE.

KAPITOLU II

EŻAMIJIET TA' RUTINA LI GĦANDHOM JAPPLIKAW GĦALL-ANNIMALI BOVINI KOLLHA F'ĊENTRU APPROVAT GĦALL-ĠBIR TA' L-ISPERMA

1.

Kull annimal bovin miżmum f'ċentri approvati għall-ġbir ta' l-isperma għandhom ikunu suġġetti għall-eżamijiet li ġejjin, b'riżultat negattiv għall-anqas għal sena:

(a) għall-bovini tat-tuberkolożi, eżami intradermali tuberkulin, imwettaq skond il-proċedura mniżżla fl-Anness B tad-Diretttiva 64/432/KEE;

(b) għall-bovini bruċellosi, eżami seroloġiku mwettaq skond il-proċedura kif deskritta fl-Anness Ċ tad-Direttiva 64/432/KEE;

(ċ) għal-leukosis tal-bovini enzootic, eżami seroloġiku mwettaq skond il-proċedura kif deskritta fl-Anness D (Kapitolu II) tad-Direttiva 64/432/KEE;

(d) għall-IBR/IPV, eżami seroloġiku (virus totali) fuq kampjun tad-demm;

(e) għall-BVD/MD, seroloġiku anti-korp li hu applikat biss għall-annimali seronegattivi;

Jekk annimal jiġi serologikament pożittiv, kull eġukalazzjoni ta' dak l-annimal miġbura mill-aħħar eżami b'riżultat negattiv għandha titwarrab jew eżaminata għall-virus b'riżultati negattivi.

(f) għall-Campylobacter fetus ssp. venerealis, eżami fuq kampjun ta' l-isperma prepuzja. Dawk il-barrin li huma biss għall-produzzjoni ta' l-isperma jew għandhom kuntatt ma' barrin li qegħdin għall-produzzjoni ta' l-isperma għandhom ikunu eżaminati. Barrin li ġew lura għall-ġbir wara nuqqas ta' aktar minn sitt xhur għandhom ikunu eżaminati mhux aktar tard minn tletin ġurnata qabel ma jibdew il-produzzjoni;

(g) għall-Trichomonas foetus, eżami fuq kapmjun ta' sperma prepuzja. Dawk il-barrin biss għall-produzzjoni ta' l-isperma jew għandhom kuntatt ma' barrin li qegħdin għall-produzzjoni jinħtieġu li jkunu eżaminati. Barrin li ġew lura għall-ġbir wara nuqqas ta' aktar minn sitt xhur għandhom ikunu eżaminati mhux aktar tard minn tletin ġurnata qabel ma jibdew il-produzzjoni.

2.

Kull eżami għandu jitwettaq f'laboratorju approvat mill-Istat Membru.

3.

Jekk xi wieħed mill-eżamijiet ta' hawn fuq jirriżulta pożittiv, l-annimal għandu jkun iżolat u l-isperma li nġabret mill-aħħar eżami li rriżultat fin-negattiv tista' ma tkunx suġġetta għall-kummerċ intrakomunitarju bl-eċċezzjoni, għall-BVD/MD, ta' l-isperma minn kull eġukalazzjoni li rriżultat virus negattiv għall-eżami tal-BVD/MD.

Sperma miġbura mill-annimali l-oħra kollha li qegħdin fiċ-ċentru minn dik id-data meta l-eżamijiet irriżultaw pożittivi għandha tinżamm maħżuna separatament u tista' ma tkunx suġġetta għall-kummerċ intrakomunitarju sakemm jinkiseb lura l-istat ta' saħħa taċ-ċentru.




ANNESS Ċ

KONDIZZJONIJIET LI JRIDU JKUNU SODISFATTI MILL-ISPERMA GĦALL-KUMMERĊ INTRAKOMUNITARJU JEW GĦALL-IMPORTAZZJONI FIL-KOMUNITÀ

1.

L-isperma trid tinkiseb minn annimali li:

(a) klinikament ma jurux sinjali ta' mard fil-ġurnata tal-ġbir ta' l-isperma;

(b) 

(i) (i) ma ngħatax il-vaċċinazzjon għal kontra l-marda ta' l-ilsien u dwiefer matul it-12-il xahar ta' qabel il-ġbir, jew

(ii) ingħata l-vaċċinazzjon kontra l-marda ta' l-ilsien u dwiefer matul it-12-il xahar ta' qabel il-ġbir, f'liema każ 5 % (permezz ta' ħamest tibniet minimu) ta' kull ġabra għandha titpoġġa għall-eżami ta' iżolament tal-virus għall-marda ta' l-ilsien u dwiefer b'riżultati negattivi;

(ċ) ma ngħatawx immedjatament il-vaċċinazzjon kontra l-marda ta' l-ilsien u dwiefer fi żmien 30 ġurnata qabel il-ġbir;

(d) fil-każ ta' ġbir ta' sperma friska, immedjatament qabel il-ġbir ta' l-isperma nżammu f'ċentru approvat għall-ġbir ta' l-isperma għall-perjodu kontinwu ta' 30 ġurnata;

(e) ma jitħallewx iservu naturalment;

(f) qabel il-ġbir ta' l-isperma u 30 ġurnata wara l-ġbir għal anqas għal tliet xhur inżammu f'ċentri ta' ġbir ta' l-isperma li kienu ħielsa mill-marda ta' l-ilsien u dwiefer jew, fil-każ ta' sperma friska, sad-data ta' trasmess, li huma sitwati f'żona ta' raġġ ta' 10 kilometri fejn, ta' l-anqas għal 30 ġurnata ma kienx hemm każ tal-marda ta' l-ilsien u dwiefer;

(g) inżammu f'ċentri ta' ġbir ta' l-isperma li, matul il-perjodu ta' 30 ġurnata li jibda jgħodd mill-ġurnata ta' qabel il-ġbir u jispiċċa 30 ġurnata wara l-ġbir ta' l-isperma jew, fil-każ ta' sperma friska, sad-data ta' trasmess, kienu ħielsa minn dak il-mard tal-bovini liema mard hu obbligatament notifikabbli skond l-Anness E(I) tad-Direttiva 64/432/KEE.

2.

Għandhom jiżdiedu l-antibijotiċi mniżżla hawn taħt għall-produzzjoni ta' dawn il-konċentrazzjonijiet fid-dilwita finali ta' l-isperma:

mhux anqas minn:

 500 μg streptomycin per ml dilwita finali,

 500 IU penicillin per ml dilwita finali,

 150 μg lincomycin per ml dilwita finali,

 300 μg spectinomycin per ml dilwita finali.

Tista', b'effett ekwivalenti, tintuża alternattiva ta' taħlita oħra ta' antibijotiċi kontra l-campylobacters, leptospires u mycoplasmas.

Immedjatament wara ż-żieda tagħhom l-isperma dilwita trid tinżamm f'temperatura ta' l-anqas ta' 5 °C għal mhux anqas minn 45 minuta.

3.

Sperma għall-kummerċ intrakomunitarju trid:

(a) qabel tkun trasmessa, tkun maħżuna f'kondizzjonijiet approvati għall-perjodu minimu ta' 30 ġurnata. Dan ir-rekwiżit ma għandux jgħodd għall-isperma friska.

(b) tinġarr għad-destinazzjoni ta' l-Istat Membru f'kontejners li tnaddfu u li kienu ddiżinfettati jew sterilizzati qabel intużaw u li kienu ssiġillati u nnumerati qabel it-tluq mill-faċilitajiet approvati għall-ħażna.

▼M6




L-ANNESS D

MUDELLI TA’ ĊERTIFIKATI GĦALL-KUMMERĊ INTRA-KOMUNITARJU

L-ANNESS D I

image

image

L-ANNESS D 2

image

image

image



( 1 ) ĠU C 267, tas-6.10.1983, p. 5.

( 2 ) ĠU C 342, tad-19.12.1983, p. 11.

( 3 ) ĠU C 140, tat-28.5.1984, p. 6.

( 4 ) ĠU C 121, tad-29.7.1964, p. 1977/64.

( 5 ) ĠU L 362, tal-31.12.1985, p. 8.

( 6 ) ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 28.

( 7 ) ĠU L 373, tal-31.12.1990, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KEE) Nru 1601/92 (ĠU L 173, tas-27.6.1992, p. 13.

( 8 ) ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 29.

( 9 ) ĠU L 31, ta’ l-01.02.02, pġ. 1.

( 10 ) ĠU L 184, tas-17.07.99, pġ. 23.

( 11 ) GU L 302, tad-19.10.1989, pg. 1. Id-Direttiva kif l-ahhar emendata bid-Decizjoni tal-Kummissjoni 94/113/KE (GU L 53, ta' l-24.2.1994, pg. 23).

Top