EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document E2018J0004

Sentenza tal-Qorti tal-14 ta’ Mejju 2019 fil-Kawża E-4/18 — L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs l-Iżlanda (Nuqqas minn Stat tal-EFTA li jonora l-obbligi tiegħu — Nuqqas ta’ implimentazzjoni — ir-Regolament (UE) Nru 524/2013)

ĠU C 315, 19.9.2019, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 315/5


SENTENZA TAL-QORTI

tal-14 ta’ Mejju 2019

fil-Kawża E-4/18

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs l-Iżlanda

(Nuqqas minn Stat tal-EFTA li jonora l-obbligi tiegħu — Nuqqas ta’ implimentazzjoni — ir-Regolament (UE) Nru 524/2013)

(2019/C 315/06)

Fil-kawża E-4/18, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs l-Iżlanda — L-APPLIKAZZJONI għal dikjarazzjoni li l-Iżlanda naqset milli tadotta l-miżuri neċessarji biex tinkludi l-Att imsemmi fil-punti 7d, 7f u 7j tal-Anness XIX tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ir-Regolament (UE) Nru 524/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni online għal tilwim mal-konsumaturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (ir-Regolament dwar l-ODR tal-konsumaturi)), kif adattat mill-Protokoll 1 tal-Ftehim, bħala parti mill-ordni legali intern tagħha kif mitlub mill-Artikolu 7 tal-Ftehim, il-Qorti, magħmula minn Páll Hreinsson, President, Per Christiansen (Imħallef-Relatur) u Bernd Hammermann, Imħallfin, taw is-sentenza fl-14 ta’ Mejju 2019, li l-parti operattiva tagħha hi kif ġej:

Il-Qorti b’dan:

1.

Tiddikjara li l-Iżlanda naqset milli tissodisfa l-obbligi skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea billi naqset, fiż-żmien preskritt, milli tinkludi fl-ordni legali intern tagħha l-Att imsemmi fil-punti 7d, 7f u 7j tal-Anness XIX tal-Ftehim (ir-Regolament (UE) Nru 524/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni online għal tilwim mal-konsumaturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (ir-Regolament dwar l-ODR tal-konsumaturi)), kif adattat mill-Protokoll 1 tal-Ftehim.

2.

Tordna lill-Iżlanda tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti.


Top