Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document E2017P0001(01)

    Azzjoni mressqa fis-26 ta’ Frar 2019 minn Nettbuss AS kontra Konkurrenten.no AS (Kawża E-1/17 Spejjeż)

    ĠU C 197, 13.6.2019, p. 36–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.6.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 197/36


    Azzjoni mressqa fis-26 ta’ Frar 2019 minn Nettbuss AS kontra Konkurrenten.no AS

    (Kawża E-1/17 Spejjeż)

    (2019/C 197/08)

    Azzjoni kontra Konkurrenten.no AS tressqet quddiem il-Qorti tal-EFTA fis-26 ta’ Frar 2019 minn Nettbuss AS, irrappreżentata minn Camilla Borna Fossem ta’ Advokatfirmaet Schjødt AS, Russeløkkveien 14, NO-0201 Oslo, in-Norveġja.

    L-applikant jitlob li l-Qorti toħroġ id-digriet li ġej:

    1.

    Konkurrenten.no tħallas lil Nettbuss AS l-ammont ta’ NOK 442 125 (jew l-ekwivalenti f’euro) flimkien mar-rati ta’ mgħax ta’ inadempjenza rilevanti.

    Sfond legali u fattwali u eċċezzjonijiet miġjuba bħala sostenn:

    Konkurrenten.no AS ressqet azzjoni kontra d-Deċiżjoni Nru 179/15/COL ta’ Mejju 2015, mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, quddiem il-Qorti tal-EFTA fil-11 ta’ Jannar 2017. L-applikant ġie affettwat b’mod dirett mid-deċiżjoni tal-ESA u applika għal liv biex jintervjeni fil-Każ, E-1/17 Konkurrenten.no AS v l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA. L-applikant ingħata permess biex jintervjeni b’Ordni tal-President fit-12 ta’ Lulju 2017.

    L-Artikolu 70(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti tal-EFTA jiddikjara:

    “Jekk ikun hemm kontestazzjoni dwar l-ispejjeż li jrid jinġabru, il-Qorti għandha, meta l-parti kkonċernata tapplika u wara li tismal-parti opposta, toħroġ digriet.”

    Fl-Ordni tal-Qorti fil-Kawża E-1/17, il-Qorti tal-EFTA ordnat lil Konkurrenten.no AS biex tħallas l-ispejjeż imġarrba mill-applikant.


    Top