This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document E2013C0178
EFTA Surveillance Authority Decision No 178/13/COL of 30 April 2013 exempting the exploration and the extraction of crude oil and natural gas on the Norwegian Continental Shelf from the application of Directive 2004/17/EC of the European Parliament and of the Council coordinating the procurement procedures of entities operating in the water, energy, transport and postal services sectors (Norway)
Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Nru 178/13/COL tat- 30 ta’ April 2013 li teżenta l-esplorazzjoni u l-estrazzjoni taż-żejt mhux maħdum u l-gass naturali fuq il-Blata Kontinentali Norveġiża mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (In-Norveġja)
Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Nru 178/13/COL tat- 30 ta’ April 2013 li teżenta l-esplorazzjoni u l-estrazzjoni taż-żejt mhux maħdum u l-gass naturali fuq il-Blata Kontinentali Norveġiża mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (In-Norveġja)
ĠU L 249, 19.9.2013, p. 16–30
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 249, 19.9.2013, p. 15–15
(HR)
In force
19.9.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 249/16 |
DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA
Nru 178/13/COL
tat-30 ta’ April 2013
li teżenta l-esplorazzjoni u l-estrazzjoni taż-żejt mhux maħdum u l-gass naturali fuq il-Blata Kontinentali Norveġiża mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (In-Norveġja)
L-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA EFTA (“L-AWTORITÀ”)
WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”),
WARA LI KKUNSIDRAT l-Att imsemmi fil-punt 4 tal-Anness XVI tal-Ftehim ŻEE li jistabbilixxi l-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi fis-settur tas-servizzi pubbliċi (Id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali) (“Id-Direttiva 2004/17/KE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 30(1), 30(4) u 30(6) tagħha,
WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar il-ħolqien ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja (“il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti”), u b’mod partikolari l-Artikoli 1 u 3 tal-Protokoll 1 tiegħu,
WARA LI KKUNSIDRAT id-Deċiżjoni tal-Awtorità tad-19 ta’ April 2012 li tagħti s-setgħa lill-Membru li għandu responsabbiltà speċjali għall-akkwisti pubbliċi biex jieħu ċerti deċiżjonijiet fil-qasam tal-akkwisti pubbliċi (id-Deċiżjoni Nru 138/12/COL),
WARA li kkonsultat lill-Kumitat dwar l-Akkwisti Pubbliċi tal-EFTA,
Billi:
I. IL-FATTI
1 PROĊEDURA
(1) |
Permezz ta’ ittra tal-5 ta’ Novembru 2012, (1) u wara diskussjonijiet qabel in-notifika, l-Awtorità rċeviet talba mill-Gvern Norveġiż biex tadotta deċiżjoni li tistabbilixxi l-applikabbiltà tal-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2004/17/KE għal attivitajiet taż-żejt mhux maħdum fuq il-Blata Kontinentali Norveġiża (“l-NCS”). F’ittra datata l-25 ta’ Jannar 2013, l-Awtorità talbet lill-Gvern Norveġiż biex jissottometti informazzjoni addizzjonali. (2) Il-Gvern Norveġiż bagħat ir-risposta tiegħu lill-Awtorità f’ittra datata l-15 ta’ Frar 2013. (3) In-notifika u r-risposta mill-Gvern Norveġiż ġew diskussi f’konferenza telefonika fl-4 ta’ Marzu 2013. (4) Permezz ta’ ittri mingħand l-Awtorità fit-22 ta’ Marzu 2013, il-Kumitat tal-Akkwisti Pubbliċi tal-EFTA ġie kkonsultat u mitlub jagħti l-fehma tiegħu bi proċedura bil-miktub. (5) Wara l-għadd tal-voti mill-membri tiegħu, il-Kumitat tal-Akkwisti Pubbliċi tal-EFTA ta opinjoni pożittiva dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Awtorità fis-16 ta’ April 2013. (6) |
(2) |
It-talba mill-Gvern Norveġiż tikkonċerna l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ żejt mhux maħdum u gass naturali fuq l-NCS, inkluż l-iżvilupp (jiġifieri, il-bini ta’ infrastruttura xierqa għall-produzzjoni futura, bħal pjattaformi għall-produzzjoni, pipelines, terminals, eċċ). Il-Gvern Norveġiż fit-talba tiegħu, iddeskriva tliet attivitajiet:
|
2 IL-QAFAS LEGALI
(3) |
L-għan tal-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2004/17/KE huwa li jippermetti eżenzjoni għar-rekwiżiti tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku f’sitwazzjoni fejn il-parteċipanti f’suq joperaw b’mod kompetittiv. L-Artikolu 30(1) tad-Direttiva jipprovdi li: “Kuntratti maħsuba biex jgħinu biex attività msemmija fl-Artikoli 3 sa 7 titwettaq ma għandhomx ikunu suġġetti għal din id-Direttiva jekk, fl-Istat Membru li fih titwettaq, l-attività hija esposta direttament għal kompetizzjoni fuq swieq li għalihom l-aċċess mhuwiex ristrett.” |
(4) |
L-Artikolu 30(1) tad-Direttiva jistabbilixxi żewġ rekwiżiti li għandhom jintlaħqu t-tnejn qabel ma l-Awtorità tkun tista’ tadotta deċiżjoni pożittiva rigward talba għal eżenzjoni taħt l-Artikolu 30(4), waqt li jittieħed f’kunsiderazzjoni l-Artikolu 30(6) tad-Direttiva. |
(5) |
L-ewwel rekwiżit fl-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2004/17/KE huwa li l-attività għandha tkun qed isseħħ f’suq fejn l-aċċess mhuwiex ristrett. L-Artikolu 30(3) tad-Direttiva jipprovdi li “aċċess għal suq għandu jitqies li mhuwiex ristrett jekk l-Istat Membru jkun implimenta u applika d-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni Komunitarja msemmija fl-Anness XI”. L-Anness XI tad-Direttiva jelenka diversi direttivi. |
(6) |
Fost id-direttivi elenkati fl-Anness XI hemm id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi, (7) li ġiet inkorporata fil-liġi ŻEE fl-1995 u hija msemmija fil-punt 12 tal-Anness IV għall-Ftehim ŻEE. |
(7) |
Id-Direttiva 98/30/KE hija elenkata wkoll fost id-direttivi stabbiliti fl-Anness XI. Din id-Direttiva ġiet sostitwita mid-Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2003 rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 98/30/KE. Din tal-aħħar ġiet inkorporata fil-liġi ŻEE fl-2005 u hija msemmija fil-punt 23 tal-Anness IV tal-Ftehim ŻEE. (8) |
(8) |
Għaldaqstant, l-aċċess għas-suq jista’ jitqies li ma jkunx ristrett jekk l-Istat Norveġiż ikun implimenta u applika korrettament l-Atti msemmija fil-punti 12 u 23 tal-Anness IV għall-Ftehim ŻEE, li jikkorrispondu għad-Direttiva 94/22/KE u d-Direttiva 2003/55/KE rispettivament. (9) |
(9) |
It-tieni rekwiżit fl-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2004/17/KE huwa li l-attività, fl-Istat tal-EFTA fejn issir, hija esposta direttament għall-kompetizzjoni. Il-kwistjoni ta’ jekk attività hijiex esposta direttament għall-kompetizzjoni jew le għandha tiġi deċiża fuq il-bażi ta’ “kriterji li huma f’konformita mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat fuq kompetizzjoni, bħalma huma l-karatteristiċi tal-merkanzija jew is-servizzi konċernati, l-eżistenza ta’ merkanzija jew servizzi alternattivi, il-prezzijiet u l-preżenza attwali jew potenzali ta’ aktar minn provveditur wieħed tal-merkanzija jew servizzi msemmija”. (10) |
(10) |
L-eżistenza ta’ esponiment dirett għal kompetizzjoni għandha tiġi evalwata fuq il-bażi ta’ diversi indikaturi, li ebda wieħed minnhom ma huwa, per se, deċiżiv. Fir-rigward tas-swieq ikkonċernati b’din id-Deċiżjoni, is-sehem tas-suq tal-parteċipanti ewlenin f’suq partikolari jikkostitwixxi kriterju wieħed li għandu jittieħed f’kunsiderazzjoni. Kriterju ieħor huwa l-livell ta’ konċentrazzjoni f’dawk is-swieq. (11) L-esponiment dirett għal kompetizzjoni huwa vvalutat abbażi ta’ kriterji oġġettivi, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tas-settur ikkonċernat. Billi l-kundizzjonijiet ivarjaw għall-attivitajiet differenti li huma s-suġġett ta’ din id-Deċiżjoni, għandha ssir valutazzjoni separata għal kull attività jew suq rilevanti. |
(11) |
Din id-Deċiżjoni qiegħda tingħata biss għall-finijiet ta’ eżenzjoni skont l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17/KE u hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni. |
3 IS-SISTEMA TAL-LIĊENZJAR NORVEĠIŻA
(12) |
L-Att Norveġiż dwar iż-Żejt Mhux Maħdum (12) jipprovdi l-bażi legali sottostanti għas-sistema ta’ liċenzjar għall-attivitajiet taż-żejt mhux maħdum fuq l-NCS. L-Att dwar iż-Żejt Mhux Maħdum u r-Regolamenti dwar iż-Żejt Mhux Maħdum jirregolaw l-għoti tal-liċenzji għall-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt mhux maħdum u l-gass naturali fuq l-NCS. Il-Ministeru Norveġiż taż-Żejt Mhux Maħdum u l-Enerġija jħabbar il-blokok li għalihom il-kumpaniji jistgħu jissottomettu applikazzjoni għal liċenzja. Ir-Re Norveġiż fil-Kunsill jagħti l-liċenzja ta’ produzzjoni. L-għoti ta’ liċenzja ta’ produzzjoni jsir fuq il-bażi ta’ kriterji fattwali u oġġettivi. (13) Normalment, liċenzja ta’ produzzjoni tingħata lil grupp ta’ kumpaniji, li kumpanija waħda minnhom tinħatar bħala l-operatur responsabbli għall-ġestjoni ta’ kuljum tal-liċenzja. |
(13) |
Fin-Norveġja, hemm żewġ tipi ta’ sensiela ta’ għoti ta’ liċenzji: (i) is-sensiela ta’ għoti ta’ liċenzji li jkopru oqsma immaturi fuq l-NCS (sensiela ta’ għoti ta’ liċenzji nnumerati); u (ii) l-Għotjiet f’Żoni Predefiniti (sensieli ta’ APA) li jkopru l-oqsma maturi. Iż-żewġ tipi ta’ sensieli ta’ għoti ta’ liċenzji huma l-istess, minbarra l-mod kif huma mibdija. Is-sensieli tal-għoti ta’ liċenzjar tal-APA jsiru kull sena u jkopru l-erja fuq l-NCS li hija kkunsidrata li tkun matura (jiġifieri, meta l-ġeoloġija tkun magħrufa sew). (14) Is-sensiela tal-għoti tal-liċenzji nnumerati (bħala medja) mwettqa kull tieni sena li tkopri oqsma immaturi (jiġifieri, fejn il-ġeoloġija hija ftit li xejn magħrufa). (15) Is-sensieli ta’ għoti ta’ liċenzji nnumerati huma mibdija mill-Ministeru Norveġiż għaż-Żejt Mhux Maħdum u l-Enerġija li jistieden lill-kumpaniji attivi fuq l-NCS biex jinnominaw żoni (blokki) li jixtiequ jiġu inklużi fis-sensiela li jmiss ta’ għoti ta’ liċenzji. Il-kundizzjonijiet legali (liġijiet, regolamenti, dokumenti liċenzjar) li jirregolaw iż-żewġ tipi ta’ sensieli ta’ għoti ta’ liċenzji huma eżattament l-istess. Il-Gvern Norveġiż informa lill-Awtorità li l-attivitajiet ta’ esplorazzjoni mwettqa taħt iż-żewġ tipi ta’ sensieli ta’ għoti ta’ liċenzji huma l-istess ukoll. |
(14) |
Fis-sensieli tal-għoti tal-liċenzji, kumpaniji kkwalifikati taż-żejt japplikaw għal liċenzji ta’ produzzjoni, jiġifieri, id-dritt esklussiv li jiġu mwettqa attivitajiet taż-żejt mhux maħdum fuq l-NCS. Kif definit fit-Taqsima 1-6 c) tal-Att Norveġiż dwar iż-Żejt Mhux Maħdum, l-attivitajiet taż-żejt mhux maħdum jinkludu “l-attivitajiet kollha assoċjati mad-depożiti taż-żejt mhux maħdum taħt il-baħar, inklużi l-esplorazzjoni, it-tħaffir għall-esplorazzjoni, il-produzzjoni, it-trasport, l-utilizzazzjoni u d-dekommissjonar, inkluż l-ippjanar ta’ tali attivitajiet, iżda madankollu ma jinkludux it-trasport taż-żejt mhux maħdum fi kwantitajiet kbar bil-vapur”. Konsegwentement, fis-sensiela ta’ għoti ta’ liċenzji, il-kumpaniji japplikaw għad-dritt esklussiv biex jesploraw u jipproduċu kull żejt mhux maħdum u gass naturali li jistgħu jinstabu fiż-żona koperta mil-liċenzja tal-produzzjoni. |
(15) |
Meta jinstab żejt mhux maħdum u/jew gass naturali, il-liċenzjati, jekk dawn jiddeċiedu li jiżviluppaw iż-żona, huma obbligati li jissottomettu Pjan għall-Iżvilupp u l-Operazzjoni (“PDO”) taż-żona lill-Ministru Norveġiż taż-Żejt Mhux Maħdum u l-Enerġija għall-approvazzjoni. (16) L-approvazzjoni tal-PDO tagħti lid-detenturi tal-liċenzja d-dritt esklussiv biex jibdew l-iżvilupp u, sussegwentement, il-produzzjoni. Iż-żejt mhux maħdum li jiġi prodott isir il-proprjetà tad-detentur individwali tal-liċenzja. |
(16) |
Il-kumpaniji li huma detenturi ta’ liċenzja fuq l-NCS ivarjaw minn kumpaniji internazzjonali kbar taż-żejt sa kumpaniji taż-żejt żgħar ħafna, li ħafna minnhom kienu operaturi ġodda fl-NCS matul madwar l-aħħar 10 snin. |
(17) |
It-tabelli ta’ hawn taħt huma sottomessi mill-Gvern Norveġiż u juru attivitajiet fuq l-NCS f’termini ta’ liċenzji ta’ produzzjoni ġodda mogħtija, erja mogħtija u numru ta’ kumpaniji fuq l-NCS. (17) Liċenzji ġodda mogħtija:
Erja mogħtija:
Numru ta’ kumpaniji fuq l-NCS:
|
II. VALUTAZZJONI
4 L-ATTIVITAJIET KOPERTI MINN DIN ID-DEĊIŻJONI
(18) |
It-talba tal-Gvern Norveġiż għal eżenzjoni taħt l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17/KE tkopri tliet attivitajiet separati fuq l-NCS: (a) l-esplorazzjoni taż-żejt mhux maħdum u gass naturali; (b) il-produzzjoni taż-żejt mhux maħdum; u (c) il-produzzjoni tal-gass naturali. L-Awtorità eżaminat it-tliet attivitajiet separatament. (18) |
(19) |
“Produzzjoni” għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni se titqies li tinkludi “żvilupp” (jiġifieri, l-istabbiliment ta’ infrastruttura xierqa għall-produzzjoni, bħal pjattaformi taż-żejt, pipelines, terminals, eċċ). It-trasport ta’ gass naturali mill-NCS għas-suq permezz tan-netwerk tal-pipelines upstream mhux parti minn din id-Deċiżjoni. |
5 AĊĊESS GĦAS-SUQ/SWIEQ
(20) |
Id-Direttiva 94/22/KE (id-Direttiva tal-Liċenzjar) ġiet inkorporata fil-punt 12 tal-Anness IV fil-Ftehim ŻEE permezz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 19/1995 li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 1995. |
(21) |
Il-Gvern Norveġiż innotifika lill-Awtorità dwar it-traspożizzjoni tiegħu ta’ din id-Direttiva fit-18 ta’ Marzu 1996. Saret valutazzjoni ta’ konformità mill-Awtorità u, wara dan, in-Norveġja għamlet numru ta’ modifiki fil-leġiżlazzjoni tagħha. Wara li dawn il-modifiki ġew imwettqa, l-Awtorità kienet tal-fehma li n-Norveġja kienet implimentat id-Direttiva tal-Liċenzjar kif xieraq. |
(22) |
Id-Direttiva 2003/55/KE (id-Direttiva tal-Gass) ġiet inkorporata fil-Ftehim ŻEE fil-punt 23 mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 146/2005/KE fit-2 ta’ Diċembru 2005. Id-Direttiva daħlet fis-seħħ għall-Istati ŻEE tal-EFTA fl-1 ta’ Ġunju 2007. |
(23) |
Il-Gvern Norveġiż innotifika l-implimentazzjoni parzjali tad-Direttiva tal-Gass fl-4 ta’ Ġunju 2007 u l-implimentazzjoni sħiħa fid-19 ta’ Frar 2008. Saret ukoll valutazzjoni tal-konformità mill-Awtorità għal din id-Direttiva. Wara numru ta’ modifiki fil-leġiżlazzjoni nazzjonali Norveġiża, l-Awtorità kienet tal-fehma li n-Norveġja kienet implimentat id-Direttiva tal-Gass kif xieraq. |
(24) |
Fid-dawl tal-informazzjoni ppreżentata f’din it-Taqsima, u għall-finijiet preżenti, jidher li l-Istat Norveġiż implimenta u applika korrettament l-Atti msemmija fil-punti 12 u 23 tal-Anness IV għall-Ftehim ŻEE, li jikkorrispondu għad-Direttiva 94/22/KE u d-Direttiva 2003/55/KE rispettivament. |
(25) |
Konsegwentement, u skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 30(3) tad-Direttiva 2004/17/KE, l-aċċess għas-suq għandu jitqies li mhuwiex ristrett fit-territorju tan-Norveġja, inkluż l-NCS. |
6 ESPONIMENT GĦAL KOMPETIZZJONI
(26) |
Kif spjegat hawn fuq, l-Awtorità hija tal-fehma li huwa neċessarju li jiġi eżaminat jekk is-setturi kkonċernati humiex direttament esposti għal kompetizzjoni. Għal dan il-għan, hija eżaminat l-evidenza pprovduta mill-Gvern Norveġiż u ssupplimentata b’evidenza disponibbli fl-isfera pubblika fejn meħtieġ. |
6.1 Esplorazzjoni taż-żejt mhux maħdum u l-gass naturali
6.1.1 Suq rilevanti
(27) |
L-esplorazzjoni taż-żejt mhux maħdum u l-gass naturali tikkonsisti fis-sejba ta’ riżervi ġodda ta’ riżorsi ta’ idrokarburi. Il-produzzjoni tinkludi kemm il-bini ta’ infrastrutturi adegwati għall-produzzjoni kif ukoll l-isfruttament tar-riżorsi. L-esplorazzjoni taż-żejt mhux maħdum u tal-gass naturali tikkostitwixxi suq wieħed tal-prodotti rilevanti separat mis-swieq għall-produzzjoni taż-żejt mhux maħdum u l-gass naturali. Din id-definizzjoni hija bbażata fuq il-fatt li mhuwiex possibbli mill-bidu nett li jiġi ddeterminat jekk l-esplorazzjoni hix se tirriżulta f'xi skoperta ta’ żejt mhux maħdum jew gass naturali. Il-Gvern Norveġiż ikkonferma li dan japplika kemm għas-sensieli tal-għoti tal-liċenzji nnumerati u s-sensieli tal-għoti ta’ liċenzji tal-APA. Din id-definizzjoni tas-suq hija konformi wkoll mal-prattika tal-Kummissjoni Ewropea. (19) |
(28) |
L-esplorazzjoni ta’ żoni immaturi u maturi hija mwettqa mill-istess tip ta’ kumpaniji u l-attivitajiet jiddependu fuq l-istess tip ta’ teknoloġija (jiġifieri, irrispettivament mit-tip ta’ sensiela tal-għoti tal-liċenzji). Anki jekk il-ġeoloġija hija magħrufa aħjar fis-sensiela tal-għoti tal-liċenzji tal-APA, il-kumpaniji taż-żejt ma għandhom ebda għarfien eżatt dwar l-eżistenza taż-żejt mhux maħdum, jew jekk skoperta possibbli jistax ikun fiha żejt jew gass jew it-tnejn li huma. Għalhekk l-Awtorità ssib li s-suq rilevanti huwa l-esplorazzjoni taż-żejt mhux maħdum u l-gass naturali, li jinkludi attivitajiet ta’ esplorazzjoni mwettqa kemm taħt is-sensieli tal-għoti ta’ liċenzji nnumerati kif ukoll is-sensieli tal-għoti tal-liċenzji nnumerati u s-sensieli tal-għoti tal-liċenzji tal-APA. |
(29) |
Il-kumpaniji involuti fl-attivitajiet ta’ esplorazzjoni ma għandhomx tendenza li jillimitaw l-attivitajiet tagħhom għal żona ġeografika partikolari. Pjuttost, ħafna mill-kumpaniji huma preżenti fuq livell globali. Il-Kummissjoni Ewropea fid-deċiżjonijiet tagħha ddikjarat b’mod konsistenti li l-ambitu ġeografiku tas-suq tal-esplorazzjoni huwa dinji. (20) Il-Gvern Norveġiż jaqbel mad-definizzjoni tas-suq ġeografiku tal-Kummissjoni. L-Awtorità ssib li s-suq ġeografiku rilevanti huwa globali. |
6.1.2 Esponiment dirett għal kompetizzjoni
(30) |
Matul il-perjodu 2011-2013, madwar 50 kumpanija ngħataw status ta’ detentur ta’ liċenzja fil-liċenzji ta’ produzzjoni u konsegwentement jipparteċipaw fl-attivitajiet ta’ esplorazzjoni fuq l-NCS. (21) |
(31) |
L-ishma tas-suq tal-operaturi attivi fl-esplorazzjoni huma tipikament imkejla b’referenza għal żewġ fatturi varjabbli: riżervi ppruvati u l-produzzjoni mistennija. (22) |
(32) |
Ir-riżervi ppruvati taż-żejt madwar id-dinja fl-2011 ammontaw għal 1 652,6 biljun barmil u l-figura korrispondenti għall-gass naturali kienet 208.4 triljun metru kubu, jew madwar 1 310,8 biljun barmil ta’ ekwivalenti taż-żejt. (23) Fl-aħħar tal-2011, ir-riżervi ppruvati taż-żejt fin-Norveġja ammontaw għal 6,9 elf miljun barmil, li jirrappreżentaw 0,4 % tar-riżervi dinjija. (24) Ir-riżervi ppruvati tal-gass naturali fin-Norveġja fl-2011 ammontaw għal 2,1 triljun metri kubi, li jirrappreżentaw 1 % tar-riżervi dinjin. (25) Ebda waħda mill-ħames l-akbar kumpaniji attivi fuq l-NCS ma għandha sehem dinji ta’ riżervi ppruvati ta’ aktar minn 1 %. (26) |
(33) |
Il-Gvern Norveġiż ma għandux informazzjoni fuq l-ishma tas-suq dinjija tal-akbar ħames kumpaniji fuq l-NCS imkejla f’termini ta’ produzzjoni mistennija. Madankollu, huwa raġonevoli li wieħed jassumi li hemm korrelazzjoni diretta bejn ir-riżervi ppruvati taż-żejt mhux maħdum u l-gass naturali u l-produzzjoni futura mistennija. (27) Fid-dawl tal-informazzjoni disponibbli, l-ishma tas-suq dinjija tal-akbar kumpaniji fuq l-NCS imkejla f’termini ta’ produzzjoni mistennija mhumiex probabbli, fi kwalunkwe każ, li jwasslu għal bidla fil-valutazzjoni tal-Awtorità. |
(34) |
Barra minn hekk, l-Awtorità kkunsidrat informazzjoni dwar in-numru ta’ applikazzjonijiet għal sensieli ta’ għoti ta’ liċenzji fuq l-NCS u operaturi ġodda fuq l-NCS. Il-figuri li rċieva l-Gvern Norveġiż dwar l-għoti tal-liċenzji fit-tliet sensieli tal-għoti tal-liċenzji l-aktar riċenti fuq l-NCS (li saru fl-2011 – 2012) juru li n-numru ta’ applikazzjonijiet kien sa disa’ kumpaniji għal kull liċenzja mħabbra. Fil-perjodu mill-2008 sal-2012, 13-il operatur ġdid ingħataw liċenzja ta’ produzzjoni fuq l-NCS. Għalhekk, in-numru ta’ kumpaniji li ngħataw liċenzja fuq l-NCS huwa konsiderevoli. (28) |
(35) |
Fuq il-bażi tal-elementi ta’ hawn fuq, il-grad ta’ konċentrazzjoni fis-suq dinji għall-esplorazzjoni taż-żejt mhux maħdum u l-gass naturali għandhom ikunu kkaratterizzati bħala baxxi. Huwa probabbli li l-kumpaniji li huma attivi f’dan is-suq huma suġġetti għal pressjoni kompetittiva konsiderevoli. Ma hemm xejn li jindika li s-settur ma jkunx qed jiffunzjona b’mod immexxi mis-suq. Għalhekk, l-Awtorità tikkonkludi li s-suq għall-esplorazzjoni taż-żejt mhux maħdum u l-gass naturali huwa direttament espost għall-kompetizzjoni fis-sens tad-Direttiva 2004/17/KE. |
6.2 Produzzjoni taż-żejt mhux maħdum
6.2.1 Suq rilevanti
(36) |
Iż-żejt mhux maħdum huwa komodità globali u l-prezz tiegħu huwa ddeterminat mill-provvista u d-domanda fuq bażi dinjija. Skont il-prattika stabbilita tal-Kummissjoni Ewropea, (29) l-iżvilupp u l-produzzjoni taż-żejt mhux maħdum huwa suq tal-prodott separat, li l-ambitu ġeografiku tiegħu huwa dinji. Il-Gvern Norveġiż jaqbel ma’ din id-definizzjoni tas-suq. (30) L-Awtorità żżomm l-istess definizzjoni tas-suq għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni. |
6.2.2 Esponiment dirett għall-kompetizzjoni
(37) |
Meta ssir skoperta ta’ żejt mhux maħdum (jew gass naturali), id-detenturi tal-liċenzji, jekk jiddeċiedu li jiżviluppaw il-qasam, huma obbligati li jissottomettu Pjan għall-Iżvilupp u l-Operazzjoni (“DPO”) tal-qasam lill-Ministeru Norveġiż għaż-Żejt Mhux Maħdum u l-Enerġija għall-approvazzjoni. L-oqsma fuq l-NCS li primarjament jipproduċu ż-żejt (31) u li ġie sottomess u approvat DPO għalihom matul l-aħħar ħames snin huma dawn li ġejjin:
|
(38) |
Għalhekk, PDOs għall-produzzjoni taż-żejt li jkopru total ta’ 20 kumpanija ġew aċċettati fil-perjodu mill-2008 sal-2012. Barra minn hekk, PDO li tkopri tliet parteċipanti ġodda fis-suq ġiet aċċettata mill-Ministeru għaż-Żejt Mhux Maħdum u l-Enerġija fl-2010. (32) |
(39) |
Minbarra l-kumpaniji tal-istat Norveġiżi, il-lista turi li d-detenturi tal-liċenzja huma kumpaniji kbar taż-żejt kif ukoll kumpaniji iżgħar. Il-Gvern Norveġiż isostni li l-biċċa l-kbira tal-kumpaniji taż-żejt fuq l-NCS huma parti minn korporazzjonijiet b’portafoll tan-negozju globali diversifikat. Iż-żejt mhux maħdum prodott huwa għalhekk mibjugħ b’mod konsiderevoli lill-kumpaniji assoċjati. Madankollu, aktar minn nofs il-produzzjoni tinbiegħ fis-suq immedjat. Il-figura ta’ hawn taħt turi l-volum ta’ bejgħ ta’ żejt mhux maħdum fl-2009 mill-NCS. Volum ta’ bejgħ taż-żejt mhux maħdum fl-2009 mill-NCS:
|
(40) |
Il-produzzjoni totali taż-żejt madwar id-dinja kuljum fl-2011 ammontat għal 83 576 elf barmil. Fl-2011, total ta’ 2 039 elf barmil ġew prodotti kuljum fin-Norveġja. Dan ammonta għal 2,3 % tal-produzzjoni dinjija. (33) |
(41) |
F’termini ta’ produzzjoni ta’ żejt mhux maħdum fuq l-NCS, Statoil kellha l-akbar sehem fl-2011. Produtturi oħrajn fuq l-NCS inkludew kumpaniji internazzjonali kbar taż-żejt bħal ExxonMobil, Total, ConocoPhillips, Marathon, Shell, BP u Eni. Ebda wieħed minn dawn il-parteċipanti ma kellu sehem fis-suq dinji għall-produzzjoni taż-żejt fl-2011 ikbar minn 3 %. (34) Il-grad ta’ konċentrazzjoni fis-suq rilevanti kollu għalhekk kien baxx. |
(42) |
Il-Kummissjoni Ewropea fid-deċiżjonijiet tagħha skont id-Direttiva 2004/17/KE kkunsidrat li s-suq globalizzat tal-produzzjoni taż-żejt mhux maħdum huwa kkaratterizzat minn kompetizzjoni qawwija fost numru ta’ parteċipanti. (35) Ma hemm l-ebda indikazzjonijiet li dan kellu jinbidel matul l-aħħar snin. |
(43) |
Fid-dawl tal-elementi msemmija hawn fuq, l-Awtorità tikkonkludi li ma hemm xejn li jindika li s-settur mhux qed jaħdem b’mod immexxi mis-suq, u għalhekk, li s-suq għall-iżvilupp u l-produzzjoni taż-żejt mhux maħdum huwa espost direttament għal kompetizzjoni fis-sens tad-Direttiva 2004/17/KE. |
6.3 Produzzjoni ta’ gass naturali
6.3.1 Suq rilevanti
(44) |
Is-suq għall-iżvilupp, il-produzzjoni u l-bejgħ bl-ingrossa tal-gass ġie eżaminat mill-Kummissjoni Ewropea skont ir-Regolament tal-UE dwar l-Għaqdiet (36) f’numru ta’ deċiżjonijiet fejn hija qieset li hemm suq wieħed għall-provvista upstream tal-gass (li jinkludi wkoll l-iżvilupp u l-produzzjoni tal-gass) lill-klijenti fiż-ŻEE (i.e. gass prodott fil-oqsma tal-gass u mibjugħ lill-konsumaturi – inklużi l-operaturi nazzjonali stabbiliti – fiż-ŻEE). (37) |
(45) |
Il-gass naturali jista’ jiġi ttrasportat permezz ta’ pipelines tal-gass up-stream jew minn bastimenti fil-forma ta’ Gass Naturali Likwifikat (“LNG”). L-esportazzjoni tal-gass tan-Norveġja għall-2012 kienet ta’ madwar 112 biljun metru kubu, li 107 biljun metru kubu minnhom kien gass imwassal permezz tal-pajpijiet u 5 biljun metru kubu ntbagħat bħala LNG. (38) |
(46) |
Il-Gvern Norveġiż isostni li l-provvisti tal-LNG huma sostitwibbli u jikkompetu direttament mal-gass imwassal permezz tal-pajpijiet. Ladarba l-LNG jiġi rigassifikat, jista’ jidħol fil-grupp tal-pipeline tal-gass naturali minflok il-gass li huwa pprovdut permezz ta’ pipelines miż-żoni upstream. Zeebrugge fil-Belġju hija msemmija bħala eżempju: ladarba l-gass imwassal permezz tal-pajpijiet mill-NCS ikun għadda mit-terminal ta’ nżul u l-LNG jkun ġie rigassifikat fit-terminal tal-LNG f’Zeebrugge, iż-żewġ sorsi tal-gass huma kompletament sostitwibbli. Għalkemm l-infrastruttura ta’ rigassifikazzjoni mhijiex preżenti fl-Istati kollha taż-ŻEE, il-kapaċità tar-rigassifikazzjoni kibret bil-qawwi matul is-snin riċenti. Il-kapaċità tar-rigassifikazzjoni fiż-ŻEE qed toqrob 200 biljun metru kubu. Bl-espansjoni tan-netwerk tal-pipeline, l-LNG qed isir disponibbli għal numru dejjem akbar ta’ klijenti taż-ŻEE. |
(47) |
Il-Kummissjoni Ewropea fid-deċiżjonijiet riċenti ħalliet miftuħa l-mistoqsija dwar jekk il- gass ipprovdut LNG għandux jiġi differenzjat minn provvisti tal-gass imwassal permezz tal-pajpijiet. (39) |
(48) |
Għall-finijiet tad-Deċiżjoni preżenti, l-Awtorità ssib li l-mistoqsija dwar jekk għandhiex issir distinzjoni bejn il-gass imwassal permezz tal-pajpijiet u LNG tista' titħalla miftuħa wkoll. |
(49) |
Downstream hemm netwerks separati fis-seħħ għad-distribuzzjoni tal-gass HCV u l-gass LCV u l-utenti finali huma konnessi mal-grilja xierqa għall-provvista tagħhom. Il-gass HCV jista’ jiġi mibdul f’gass LCV u viċi versa. Il-produtturi tal-gass Norveġiżi jipprovdu gass tat-tip HCV. |
(50) |
Il-Gvern Norveġiż isostni li l-livell ta’ sostitwibbiltà bejn il-gass LCV u l-gass HCV għandu jimplika li dawn il-prodotti jaqgħu fl-istess suq għall-provvista tal-gass minn perspettiva upstream. Huwa sottomess ukoll li l-provvista ta’ gass LCV jagħmlu parti relattivament żgħira mill-provvista totali ta’ gass liż-ŻEE: madwar 10 %. |
(51) |
Għall-finijiet tad-Deċiżjoni preżenti, l-Awtorità ssib li l-mistoqsija dwar jekk għandhiex issir distinzjoni bejn il-gass HCV u l-gass LCV tista’ titħalla miftuħa. |
(52) |
Fir-rigward tad-definizzjoni tas-suq tal-prodotti, għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, l-Awtorità tqis li hemm suq wieħed għall-provvista upstream tal-gass (li jinkludi wkoll l-iżvilupp u l-produzzjoni tal-gass). Il-mistoqsijiet dwar jekk l-LNG jew il-gass LCV humiex inklużi fis-suq rilevanti tal-prodotti ma jaffettwawx l-eżitu ta’ din id-Deċiżjoni. |
(53) |
Il-Gvern Norveġiż isostni li t-tliet direttivi tas-suq tal-gass ħolqu suq tal-gass naturali liberalizzat u integrat fil-Majjistral tal-Ewropa. L-UE timmira li tintegra s-swieq b'mod sħiħ sal-2014. B’suq uniku għall-gass, il-Gvern Norveġiż huwa tal-fehma li mhuwiex rilevanti li jiġu kkunsidrati l-ishma tas-suq għall-Istati individwali taż-ŻEE. Huwa sostna li ladarba l-gass ikun laħaq il-fruntiera tas-suq intern Ewropew, dan se jgħaddi liberament għal fejn ikun meħtieġ skont is-sorsi tal-provvista u tad-domanda. |
(54) |
Mill-esportazzjoni tal-gass permezz tal-pajpijiet mill-NCS, madwar 70 % ġew ittrasportati lejn it-terminals riċevituri fil-Ġermanja u r-Renju Unit, u l-kumplament lejn it-terminals fil-Belġju u Franza. Il-gass li jitwassal permezz tal-pajpijiet min-Norveġja jinbiegħ permezz ta’ konnessjonijiet tal-pipeline u ftehimiet ta’ tpartit lil numru addizzjonali ta’ Stati taż-ŻEE: aktar minn 10 Stati ŻEE b’kollox. Mill-produzzjoni tal-LNG mill-NCS, madwar żewġ terzi storikament ġew mibjugħa liż-ŻEE. Dan ifisser li kważi l-gass Norveġiż kollu huwa esportat lejn iż-ŻEE. |
(55) |
Barra minn hekk, il-Gvern Norveġiż isostni li x-xerrejja tal-gass fiż-ŻEE għandhom numru ta’ sorsi ta’ provvista disponibbli differenti. Dawn jinkludu kemm il-gass mill-UE (tipikament id-Danimarka, il-Pajjiżi l-Baxxi, u r-Renju Unit) kif ukoll dak minn pajjiżi ġirien (tipikament ir-Russja, l-Alġerija, u l-Libja flimkien man-Norveġja) u minn pajjiżi lil hinn minnhom (pereżempju, il-pajjiżi tal-Lvant Nofsani jew in-Niġerja, fil-forma ta’ LNG). |
(56) |
Il-Gvern Norveġiż isostni wkoll li hubs kemm fir-Renju Unit kif ukoll fil-kontinent Ewropew qegħdin isiru dejjem aktar likwidi u l-formazzjoni tal-prezzijiet fil-hubs differenti turi li ntlaħaq livell konsiderevoli ta’ integrazzjoni. |
(57) |
Fir-rigward tad-definizzjoni tas-suq ġeografiku, Deċiżjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni Ewropea taħt ir-Regolament tal-UE dwar l-Għaqdiet ikkonkludew li huwa probabbli li din tinkludi ż-ŻEE, flimkien mal-importazzjonijiet tal-gass Russi u Alġerini, iżda ħallew id-definizzjoni tas-suq ġeografiku miftuħa. Fid-deċiżjoni dwar il-fużjoni bejn Statoil u Hydro l-Kummissjoni ma kkunsidratx li kien neċessarju li tiddeċiedi jekk iż-żona ġeografika rilevanti xierqa li għandha tiġi kkunsidrata kinitx: (i) iż-ŻEE, (ii) iż-żona li tinkludi dawk il-pajjiżi taż-ŻEE li fihom jinbiegħ il-gass mill-NCS (direttament mill pipelines jew permezz ta’ tpartit) jew (iii) kull pajjiż individwali fejn il-partijiet ibigħu l-gass. (40) Irrispettivament mid-definizzjoni ġeografika kkunsidrata, dik il-konċentrazzjoni ma twassalx għal tħassib kompetittiv fis-suq għall-provvista upstream tal-gass. |
(58) |
Għall-finijiet tad-Deċiżjoni preżenti, u għar-raġunijiet stipulati hawn taħt, l-Awtorità ssib li mhuwiex meħtieġ li tiddeċiedi dwar l-ambitu preċiż tas-suq ġeografiku għall-gass naturali. Taħt kwalunkwe delineazzjoni raġonevoli tas-suq ġeografiku, l-Awtorità tqis li l-settur ikkonċernat huwa espost direttament għall-kompetizzjoni. |
6.3.2 Esponiment dirett għal kompetizzjoni
(59) |
Meta ssir skoperta ta’ gass naturali (jew żejt mhux maħdum), id-detenturi ta’ liċenzja, jekk jiddeċiedu li jiżviluppaw iż-żona, huma obbligati li jissottomettu Pjan għall-Iżvilupp u l-Operazzjoni (“PDO”) taż-żona lill-Ministeru Norveġiż għaż-Żejt Mhux Maħdum u l-Enerġija għall-approvazzjoni. Iż-żoni li primarjament jipproduċu l-gass fuq l-NCS, (41) u li għalihom ġie sottomess u ġie approvat PDO fl-aħħar ftit snin, huma dawn li ġejjin:
|
(60) |
PDOs għall-produzzjoni tal-gass li jkopru total ta’ 14-il kumpanija ġew aċċettati matul il-perjodu mil-2008 – 2012. PDOs li jkopru tliet parteċipanti ġodda ġew aċċettati fil-perjodu mill-2009 – 2011. (42) Aktar minn 25 kumpanija fuq l-NCS jesportaw il-gass lejn iż-ŻEE. (43) |
(61) |
Fl-2011, il-produzzjoni tal-gass fin-Norveġja ammontat għal 101,4 biljun metru kubu li jirrappreżentaw 3,1 % tal-produzzjoni dinjija. (44) Aktar minn 95 % tal-produzzjoni fuq l-NCS huma esportati lejn iż-ŻEE permezz ta’ gass li jiġi mwassal permezz tal-pajpijiet lejn sitt punti ta’ nżul f’erba’ pajjiżi (ir-Renju Unit, il-Ġermanja, il-Belġju, u Franza). (45) Madwar 1,4 biljun metru kubu (inqas minn 2 %) tal-gass prodott fuq l-NCS ġew ikkonsmati domestikament fin-Norveġja. |
(62) |
Hemm numru ta’ kumpaniji indipendenti li huma attivi fil-produzzjoni tal-gass fuq l-NCS. Barra minn hekk, ġew aċċettati kumpaniji ġodda bħala detenturi ta’ liċenzji. Il-ħames l-akbar kumpaniji li jipproduċu l-gass fuq l-NCS, imkejla f’termini tal-livell ta’ produzzjoni annwali, huma: Petoro, Statoil, Exxon Mobil, Total u Shell. Statoil hija l-akbar kumpanija li tipproduċi l-gass fuq l-NCS. Is-sehem ikkombinat tal-akbar tliet kumpaniji li jipproduċu l-gass mill-produzzjoni totali tal-gass fuq l-NCS ma jaqbiżx il-50 %. (46) |
(63) |
L-Istati Membri tal-UE jikkonsmaw madwar 500 biljun metri kubi ta’ gass fis-sena. Skont l-Eurogas, (47) fl-2011, il-provvisti tal-gass mill-Istati Membri tal-UE ammontaw għal 33 % tal-provvisti totali netti, segwit mir-Russja (24 %), in-Norveġja (19 %) (48) u l-Alġerija (9%), mogħtija kemm mill-pipeline kif ukoll bħala LNG. Sorsi oħrajn minn partijiet differenti tad-dinja kkontribwixxew il-15 % li jifdal. |
(64) |
Id-detenturi kollha ta’ liċenzja fuq l-NCS huma responsabbli biex ibigħu l-gass tagħhom stess. Il-kumpaniji produtturi fuq l-NCS għandhom ftehimiet għall-bejgħ tal-gass ma’ xerrejja f’numru ta’ Stati Membri tal-UE. Is-sehem fl-2011 tal-konsum totali ta’ gass li huwa pprovdut mill-gass Norveġiż f’kull wieħed mis-sitt Stati Membri tal-UE li jimportaw l-aktar gass mill-NCS kien kif ġej: (49)
|
(65) |
Statoil hija t-tieni l-akbar fornitur tal-gass fiż-ŻEE wara Gazprom b’madwar 20 % (50) tal-konsum totali taż-ŻEE. Kif jidher mit-tabella ta’ hawn fuq, fl-Istati prinċipali taż-ŻEE li jiġi fornut lilhom gass Norveġiż, il-fornituri tal-NCS jiffaċċjaw kompetizzjoni minn fornituri li jġibu l-gass tagħhom minn żoni ġeografiċi oħrajn. Konsegwentement, ix-xerrejja fil-livell tal-bejgħ bl-ingrossa f’dawn l-Istati taż-ŻEE għandhom sorsi alternattivi ta’ provvista għall-gass mill-NCS. Dan jista’ jintwera aktar mill-istatistika miġbura mill-Eurogas (it-tabella ta’ hawn taħt), li turi li minbarra l-gass Norveġiż, l-Istati Membri tal-UE rċevew provvisti tal-gass minn produzzjoni indiġena, ir-Russja, l-Alġerija, il-Qatar u sorsi oħrajn: PROVVISTI TAL-GASS NATURALI F’PAJJIŻI MEMBRI TAL-EUROGAS U L-UE, 2011 (51)
|
(66) |
Meta wieħed iqis l-Istati Membri tal-UE bl-akbar sehem ta’ gass min-Norveġja, hemm sorsi alternattivi ta’ provvista. Xi wħud minn dawn l-alternattivi huma:
|
(67) |
Ix-xerrejja fil-livell tal-bejgħ bl-ingrossa għandhom josservaw l-impenji tagħhom ta’ xiri obbligatorju taħt kuntratti rilevanti tal-bejgħ fit-tul rilevanti mal-fornituri tal-gass Norveġiżi. Ladarba dawn l-impenji huma onorati, ix-xerrejja bl-ingrossa huma liberi li jaqilbu għal sorsi alternattivi ta’ provvista, bħal gass spot imwassal permezz tal-pajpijiet, LNG spot jew jistgħu jżidu volumi meħuda taħt kuntratti fit-tul ma’ fornituri oħrajn. Kuntratti tal-bejgħ aktar riċenti għandhom tendenza li jkollhom tul ta’ żmien iqsar. Kif sottomess mill-Gvern Norveġiż, is-suq spot qed isir aktar importanti b’hubs dejjem akar likwidi kemm fir-Renju Unit kif ukoll fil-kontinent Ewropew. Barra minn hekk, fl-UE, il-kapaċità għar-rigassifikazzjoni aktar minn irdoppjat fl-aħħar ħames snin. Fl-2011, 25 % tal-importazzjonijiet netti tal-gass tal-UE twasslu permezz tal-LNG, imqassma fl-Istati Membri tal-UE li ġejjin: PROVVISTI TA’ LNG FL-ISTATI MEMBRI TAL-EUROGAS U L-UE, 2011 (54)
|
(68) |
Il-pressjoni kompetittiva fis-suq tal-gass naturali tiġi wkoll mill-eżistenza ta’ prodotti alternattivi għall-gass (bħal faħam jew sorsi ta’ enerġija rinnovabbli). |
(69) |
Il-pipelines ewlenin tal-gass kollha mill-NCS lejn il-kontinent Ewropew u lejn ir-Renju Unit huma proprjetà ta’ Gassled. (55) L-aċċess għan-netwerk tal-pipeline upstream huwa ġestit minn Gassco AS, kumpanija kompletament proprjetà tal-Istat Norveġiż. Gassco AS mhix proprjetarja ta’ ishma jew ta’ kapaċità fin-netwerk tal-pipeline upstream u taġixxi b’mod indipendenti fl-għoti ta’ aċċess għal kapaċità ħielsa. Is-sistema tat-trasport tal-gass hija newtrali għall-parteċipanti kollha li għandhom bżonn trasport tal-gass naturali. Il-kumpaniji ta’ produzzjoni u l-utenti kwalifikati għandhom dritt għall-aċċess għas-sistema fuq kundizzjonijiet mhux diskriminatorji, oġġettivi u trasparenti. L-utenti għandhom aċċess għall-kapaċità fis-sistema bbażata fuq il-ħtieġa tagħhom għat-trasport tal-gass. (56) Għalhekk, l-operaturi tal-gass attwali u ġodda fuq l-NCS jistgħu jiksbu aċċess għan-netwerk tal-pipeline upstream u jistgħu jipprovdu l-gass lill-klijenti f’kompetizzjoni ma’ operaturi oħrajn fuq l-NCS. |
(70) |
Fid-dawl tal-elementi msemmija hawn fuq, l-Awtorità tqis li ma hemm xejn li jindika li s-settur mhux qed jiffunzjona b’mod immexxi mis-suq, u li l-produzzjoni tal-gass naturali fuq l-NCS għalhekk hija esposta direttament għall-kompetizzjoni skont it-tifsira tad-Direttiva 2004/17/KE. |
III. KONKLUŻJONI
(71) |
L-Awtorità tqis li l-attivitajiet li ġejjin fin-Norveġja u b’mod partikolari fuq il-Blata Kontinentali Norveġiża huma esposti direttament għal kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2004/17/KE:
|
(72) |
Peress li l-kundizzjoni ta’ aċċess mhux ristrett għas-suq titqies li ntlaħqet, id-Direttiva 2004/17/KE ma għandhiex tapplika meta entitajiet kontraenti jagħtu kuntratti intiżi biex jippermettu s-servizzi elenkati fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafi 2 u 71 ta’ din id-Deċiżjoni li għandhom jiġu mwettqa fin-Norveġja u b’mod partikolari fuq il-Blata Kontinentali Norveġiża. |
(73) |
Din id-Deċiżjoni hija bbażata fuq is-sitwazzjoni legali u fattwali ta’ Marzu 2013 kif jirriżulta mill-informazzjoni mibgħuta mill-Gvern Norveġiż. Din tista’ tiġi riveduta, jekk bidliet sinifikanti fis-sitwazzjoni legali jew fattwali jfissru li l-kundizzjonijiet għall-applikabbiltà tal-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2004/17/KE ma jibqgħux jintlaħqu. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
L-Artikolu 1
L-Att imsemmi fil-punt 4 tal-Anness XVI tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea li jistabbilixxi l-proċeduri għall-għotja ta’ kuntratti pubbliċi fis-settur tas-servizzi pubbliċi (Id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali) ma għandux japplika għal kuntratti mogħtija minn entitajiet kontraenti u maħsuba biex jippermettu li s-servizzi li ġejjin jiġu mwettqa fin-Norveġja u b’mod partikolari fuq il-Blata Kontinentali Norveġiża:
(a) |
l-esplorazzjoni għaż-żejt mhux maħdum u l-gass naturali; |
(b) |
il-produzzjoni taż-żejt mhux maħdum, u |
(c) |
il-produzzjoni tal-gass naturali. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tan-Norveġja.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2013.
Għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA
Sverrir Haukur GUNNLAUGSSON
Membru tal-Kulleġġ
Markus SCHNEIDER
Direttur fil-Kariga
(1) Li waslet għand l-Awtorità fis-6 ta’ Novembru 2012 (Avveniment Nru 652027).
(2) Avveniment Nru 657306.
(3) Li waslet għand l-Awtorità fid-19 ta’ Frar 2013 (Avveniment Nru 663304).
(4) Avveniment Nru 665288.
(5) Avveniment Nru 666730, Avveniment Nru 666722 u Avveniment Nru 666680.
(6) Avveniment Nru 669171.
(7) ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3 u ĠU L 79, 29.3.1996, p. 30 u inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 19/95 (ĠU L 158, 8.7.1995, p. 40 u s-Suppliment ŻEE Nru 25, 8.7.1995, p. 1) (“id-Direttiva dwar il-Liċenzjar”).
(8) ĠU L 176, 15.7.2003, p. 57, kif ikkoreġut bil-ĠU L 16, 23.1.2004, p. 74 u inkorporat fil-Ftehim ŻEE bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 146/2005 (ĠU L 53, 23.2.2006, p. 43 u s-Suppliment ŻEE Nru 10, 23.2.2006, p. 17) (“id-Direttiva tal-Gass”). Din id-Direttiva ġiet sostitwita mid-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 94), iżda din tal-aħħar għadha ma ġiex inkorporata fil-liġi taż-ŻEE.
(9) Ara t-Taqsima 5 ta’ hawn taħt.
(10) L-Artikolu 30(2) tad-Direttiva 2004/17/KE.
(11) Ara wkoll id-Deċiżjoni tal-Awtorità tat-22 ta’ Mejju 2012 li teżenta l-produzzjoni u l-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku fin-Norveġja mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (id-Deċiżjoni Nru 189/12/COL, ĠU L 287, 2012/10/18, p. 21 u s-Suppliment ŻEE Nru 58, 2012/10/18, p. 14).
(12) L-Att tad-19 ta’ Novembru 1996 Nru 72 dwar l-attivitajiet taż-żejt mhux maħdum. (http://www.npd.no/en/Regulations/-Acts/Petroleum-activities-act/). Id-Direttiva dwar il-Liċenzjar tal-Idrokarburi 94/22/KE hija implimentata fl-Att Norveġiż dwar iż-Żejt Mhux Maħdum mill-1 ta’ Settembru 1995 u fir-Regolamenti għall-Att relatati maż-żejt mhux maħdum (ir-Regolament Norveġiż tas-27 ta’ Ġunju 1997 Nru 653) (http://www.npd.no/en/Regulations/Regulations/Petroleum-activities/).
(13) Ara t-Taqsimiet 3-3 u 3-5 tal-Att Norveġiż dwar iż-Żejt Mhux Maħdum u t-Taqsima 10 tar-Regolament Norveġiż dwar iż-Żejt Mhux Maħdum.
(14) Il-kriterji għal żoni maturi huma deskritti fil-white paper lill-Parlament Norveġiż - Industrija għall-futur - l-attivitajiet tan-Norveġja taż-żejt mhux maħdum [Meld. St 28 (2010-2011) Rapport lill-Parlament Norveġiż (Storting), p 88]. Il-kriterji li ġejjin ġew applikati fiż-żona tal-APA li tespandi: (i) żoni viċin l-infrastruttura (li tinkludi kemm l-infrastruttura eżistenti kif ukoll dik ippjanata, b’riżorsi potenzjali fiż-żoni kkunsidrati bħala kritiċi fis-sens tal-ħin); (ii) żoni bi storja ta’ esplorazzjoni (li jinkludu żoni li qabel kienu mogħtija u rilaxxati, żoni b’mudelli u żoni ‘play’ magħrufin li jinsabu bejn iż-żoni mogħtija u dawk rilaxxati), u (iii) żoni li jmissu ma’ żoni eżistenti predefiniti, iżda li ma saritx applikazzjoni għalihom fis-sensiela tal-għoti ta’ liċenzji nnumerati (ara http://www.regjeringen.no/en/dep/oed/press-center/press-releases/2013/apa-2013-acreage-announcement.html?id=714569). Total ta’ 324 liċenzji ta’ produzzjoni ng]ataw minn meta ġiet stabbilita s-sistema tal-APA fl-2003 u saru total ta’ 32 skoperta [Meld. St. 28 (2010–2011) Rapport lill-Parlament Norveġiż (Storting), p. 86 – 87].
(15) Is-sensieli ta’ għoti ta’ liċenzji nnumerati huma mfassla bil-ħsieb lejn żoni fejn hemm għarfien ġeoloġiku limitat, u fejn l-esplorazzjoni gradwali hija espedjenti. Ingħataw żoni permezz ta’ 21 sensiela ta’ għoti ta’ liċenzji nnumerati, b’liċenzji mogħtija fil-21 sensiela ta’ għoti ta’ liċenzji fir-rebbiegħa tal-2011 (il-white paper - Industrija għall-futur – L-attivitajiet taż-żejt mhux maħdum tan-Norveġja [Meld. St 28 (2010-2011) Rapport lill-Parlament Norveġiż (Storting), p. 21]. Is-sensieli tal-għoti ta’ liċenzji nnumerati jinkludu prinċipalment żoni ta’ fruntiera tal-NCS fejn il-potenzjal għal skoperti kbar huwa l-ogħla. It-22 sensiela ta’ għoti ta’ liċenzji nbdiet fit-2 ta’ Novembru 2011 b’għotjiet ta’ liċenzji ġodda ta’ produzzjoni ppjanati matul ir-rebbiegħa tal-2013 (http://www.regjeringen.no/nb/dep/oed/-pressesenter/pressemeldinger/2011/initiates-22nd-licensing-round.html?id=661990). Ara wkoll il-pubblikazzjoni mill-Ministeru Norveġiż għaż-Żejt Mhux Maħdum u l-Enerġija flimkien mad-Direttorat Norveġiż dwar iż-Żejt Mhux Maħdum – Fatti 2012 – Is-Settur Norveġiż taż-Żejt Mhux Maħdum, Kapitolu 5 dwar Attività ta’ Esplorazzjoni, p. 30 et seq (http://www.npd.no/en/Publications/Facts/Facts-2012/Chapter-5/ ).
(16) Ara t-Taqsima 4-2 tal-Att Norveġiż dwar iż-Żejt Mhux Maħdum.
(17) SDFI fl-ewwel żewġ tabelli tirreferi għall-Interess Finanzjarju Dirett tal-Istat Norveġiż. L-Istat Norveġiż għandu żewġ ishma kbar fl-liċenzji taż-żejt u tal-gass fuq l-NCS permezz tal-SDFI. Il-portafoll tal-SDFI huwa mmexxi mill-kumpanija tal-Istat Petoro AS (www.petoro.no).
(18) Dan huwa konformi mal-prattika tal-Kummissjoni Ewropea fid-deċiżjonijiet ta’ fużjoni u fid-deċiżjonijiet tagħha fl-għoti ta’ eżenzjoni taħt l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17/KE. Ara b’mod partikolari d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tad-29 ta’ Settembru 1999 li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni u l-Ftehim ŻEE (Każ IV/M.1383 Nru - Exxon/Mobil); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Settembru 1999 li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni u l-Ftehim ŻEE (Każ IV/M.1532 - BP Amoco/Arco); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Lulju 1999 li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni u l-Ftehim ŻEE (COMP/M.1573 - Norsk Hydro/Saga), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Mejju 2007 li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni u l-Ftehim ŻEE (Każ Nru IV/M.4545 - STATOIL/HYDRO); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Novembru 2007 li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni (Każ Nru COMP/M.4934 – KAZMUNAIGAZ/ROMPETROL), u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Awwissu 2009 li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni (Każ Nru COMP/M.5585 – Centrica/Venture productio). Ara wkoll Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Lulju 2011 li teżenta l-esplorazzjoni għaż-żejt u l-gass u l-isfruttament taż-żejt fid-Danimarka bl-esklużjoni ta’ Greenland u l-Gżejjer Faroe mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 197, 29.7..2011, p. 20); id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Ġunju 2011 li teżenta l-esplorazzjoni għaż-żejt u l-gass u l-isfruttament taż-żejt fl-Italja mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (ĠU L 166, 25.6.2011, p 28.); id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’Marzu 2010 li teżenta l-esplorazzjoni u l-isfruttament taż-żejt u l-gass fl-Ingilterra, l-Iskozja u Wales mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (ĠU L 84, 31.3.2010, p. 52), u tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li teżenta l-esplorazzjoni u l-isfruttament taż-żejt u l-gass fil-Pajjiżi l-Baxxi mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (ĠU L 181, 14.7.2009, p. 53).
(19) Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-23 ta’ Jannar 2003 li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni (Każ Nru COMP/M.3052 – ENI/FORTUM GAS), Każ Nru IV/M.1383 – Exxon/Mobil, u d-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar id-Danimarka, l-Italja, l-Ingilterra, Wales, l-Iskozja u l-Pajjiżi l-Baxxi (ara n-nota f’qiegħ il-paġna 18 hawn fuq).
(20) Ara, pereżempju, il-Każ Nru COMP/M.3052 – ENI/FORTUM GAS (paragrafu 13) u l-Każ Nru COMP/M.4545 – STATOIL/HYDRO (paragrafu 7) (ara n-nota f’qiegħ il-paġna 18 hawn fuq).
(21) In-numru jkopri kemm il-liċenzji ta’ produzzjoni fis-sensieli tal-għoti ta’ liċenzji nnumerati u l-liċenzji tal-APA (ara l-Avveniment Nru 663313, p. 1-20).
(22) Ara pereżempju d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea f’Exxon/Mobil (paragrafi 25 u 27) (in-nota f’qiegħ il-paġna 18 hawn fuq).
(23) Ara r-Reviżjoni tal-Istatistika tal-BP ta’ Ġunju 2012 dwar l-Enerġija Dinjija (“l-Istatistika tal-BP”), fil-p. 6. ( http://www.bp.com/liveassets/bp_internet/globalbp/globalbp_uk_english/reports_and_publications/statistical_energy_review_2011/STAGING/local_assets/pdf/statistical_review_of_world_energy_full_report_2012.pdf ).
(24) Ara l-Istatistika tal-BP, p. 6.
(25) Ara l-Istatistika tal-BP, p. 20.
(26) Ara l-ittra tal-Gvern Norveġiż lill-Awtorità datata 15 ta’ Frar 2013 (Avveniment Nru 63313, p. 22).
(27) Ara pereżempju, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tikkonċerna d-Danimarka (ara n-nota f’qiegħ il-paġna 18 hawn fuq) u Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Italja (ara n-nota f’qiegħ il-paġna 18 hawn fuq).
(28) Ara wkoll il-pubblikazzjoni mill-Ministeru Norveġiż għaż-Żejt Mhux Maħdum u l-Enerġija flimkien mad-Direttorat Norveġiż dwar iż-Żejt Mhux Maħdum – Fatti 2012 – Is-Settur Noveġiż taż-Żejt Mhux Maħdum, Kapitolu 5 dwar Ix-xenarju u l-attività tal-parteċipanti, p. 33 – 35 (http://www.npd.no/en/Publications/Facts/Facts-2012/Chapter-5/).
(29) Ara n-nota f’qiegħ l-paġna 18 hawn fuq.
(30) Madankollu, peress li l-maġġoranza taż-żoni fuq l-NCS fihom kemm żejt kif ukoll gass, il-Gvern Norveġiż esprima l-fehma li l-produzzjoni konġunta taż-żejt u tal-gass fiż-żoni tagħmilha impossibbli li ssir distinzjoni bejn it-tnejn fil-qafas tad-Direttiva 2004/17/KE.
(31) Peress li ż-żoni fihom kemm żejt kif ukoll gass, it-tabella f’din it-Taqsima 6.2 tinkludi ż-żoni li primarjament jipproduċu ż-żejt. Iż-żoni li primarjament jipproduċu l-gass huma elenkati fit-Taqsima 6.3 hawn taħt.
(32) Ara l-ittra tal-Gvern Norveġiż lill-Awtorità datata 15 ta’ Frar 2013 (Avveniment Nru 663313, p. 25).
(33) Ara l-Istatistika tal-BP, p. 8.
(34) Ara l-ittra tal-Gvern Norveġiż lill-Awtorità datata 15 ta’ Frar 2013 (Avveniment Nru 663313, p. 26).
(35) Ara l-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar id-Danimarka (paragrafu 16) (nota f’qiegħ il-paġna 18 hawn fuq). Ara wkoll id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Italja (paragrafu 16), u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Ingilterra, l-Iskozja u Wales (paragrafu 16), u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Pajjiżi l-Baxxi (paragrafu 12) (ara n-nota f’qiegħ il-paġna 18 hawn fuq).
(36) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) (ĠU L 24, 29.01.2004, p. 1). Inkorporata fil-Ftehim ŻEE fl-Anness XIV, il-Kapitolu A, il-punt 1 bid-Deċiżjoni Nru 78/2004 (ĠU L 219, 19.6.2004, p. 13 u s-Suppliment ŻEE Nru 32, 19.6.2004, p. 1).
(37) Ara l-Każ Nru IV/M.4545 – STATOIL/HYDRO (paragrafu 9) (ara n-nota f’qiegħ il-paġna 18 ta’ hawn fuq).
(38) Ara l-ittra tal-Gvern Norveġiż lill-Awtorità datata 15 ta’ Frar 2013 (Avveniment Nru 663313, p. 33).
(39) Ara d-Deċiżjoni Ewropea tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Mejju 2012 li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni u mal-Ftehim ŻEE Każ Nru COMP/M.6477 – BP/CHEVRON/ENI/SONANGOL/TOTAL/JV (paragrafu 19). Ara wkoll il-Każ Nru IV/M.4545 – STATOIL/HYDRO (paragrafu 12), u d-Deċiżjoni tal-Implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Pajjiżi l-Baxxi (paragrafu 13), u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Ingilterra, l-Iskozja u Wales (paragrafu 15) (ara n-nota f’qiegħ il-paġna 18 ta’ hawn fuq).
(40) Każ Nru IV/M.4545 – STATOIL/HYDRO, paragrafu 16 (in-nota f’qiegħ il-paġna 18 hawn fuq).
(41) Peress li ż-żoni fuq l-NCS fihom kemm żejt kif ukoll gass, it-tabella f’din it-Taqsima 6.3 fiha ż-żoni li primarjament jipproduċu l-gass. Iż-żoni li primarjament jipproduċu ż-żejt huma elenkati fit-Taqsima 6.2 hawn fuq.
(42) Ara l-ittra tal-Gvern Norveġiż lill-Awtorità datata 15 ta’ Frar 2013 (Avveniment Nru 663313, p. 28).
(43) Ara n-notifika tal-Gvern Norveġiż lill-Awtorità datata 5 ta’ Novembru 2012 (Avveniment Nru 652027, p. 30).
(44) Ara l-Istatistika tal-BP, p. 22.
(45) Terminals riċevituri f’:Dornum, Dunkerque, Easington, Emden, St Fergus u Zeebrugge (http://www.gassco.no/wps/wcm/connect/Gassco-NO/Gassco/Home/norsk-gass/Transportsystemet).
(46) Ara l-ittra tal-Gvern Norveġiż lill-Awtorità datata 15 ta’ Frar 2013 (Avveniment Nru 663313, p. 28).
(47) Ara r-Rapport tal-Istatistika tal-Eurogas 2012, p. 1 (http://www.eurogas.org/uploaded/Statistical%20-Report%202012_final_211112.pdf).
(48) Jidher mill-informazzjoni mibgħuta mill-Gvern Norveġiż lill-Awtorità li l-figura tista’ tkun kemmxejn ogħla. Madankollu, dan ma jaffettwax l-eżitu tad-Deċiżjoni f’dan il-każ.
(49) L-istatistika għad-destinazzjoni tal-gass naturali Norveġiż għaż-ŻEE hija bbażata fuq in-nazzjonalità tal-kumpanija tax-xiri.
(50) Dan il-volum ta’ bejgħ jinkludi l-bejgħ ta’ Statoil f’isem Petoro / SDFI.
(51) Din it-tabella tittieħed mir-Rapport tal-Istatistika tal-Eurogas 2012, p. 6.
Unitajiet: |
siegħa terawatt (valur kalorifiku gross). |
Nota: |
Il-figuri huma l-aħjar stimi disponibbli fil-ħin tal-pubblikazzjoni. |
(*) Inklużi esportazzjonijiet netti.
(**) (-) Injezzjoni / (+) Irtirar.
(52) Digest of UK energy statistics’(“DUKES”) 2012, Id-Dipartiment tal-Enerġija u t-Tibdil fil-Klima, Kapitolu 4 Gass naturali (https://www.gov.uk/government/uploads/system/uploads/attachment_data/file/65800/5954-dukes-2012-chapter-4-gas.pdf ), p. 95.
(53) DUKES (ara n-nota f’qiegħ il-paġna 50), p. 95.
(54) Din it-tabella tittieħed mir-Raport tal-Istatistika tal-Eurogas 2012, p. 7.
Unitajiet: |
sigħat terawatt (valur kalorifiku gross). |
(55) Gassled hija impriża konġunta mhux inkorporata rregolata skont il-liġi Norveġiża. Is-sidien ta’ Gassled kollha għandhom interess indiviż, li jikkorrispondi għall-interess parteċipanti rispettiv tagħhom, fid-drittijiet u l-obbligi kollha tal-impriża konġunta [ara n-notifika tal-Gvern Norveġiż lill-Awtorità datata 5 ta’ Novembru 2012 (Avveniment Nru 652027), p. 7-8].
(56) Ara l-white paper Industrija għall-futur – L-attivitajiet tan-Norveġja rigward iż-żejt mhux maħdum [Meld. St. 28 (2010–2011) Rapport lill-Parlament Norveġiż (Storting)], p. 68.