Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document E2008C0300

    Deċiżjoni ta' l-Awtorità ta' Sorveljanza ta’ l-EFTA Nru 300/08/COL tal- 21 ta' Mejju 2008 li tapprova pjan ta’ kontinġenza għall-Influenza tat-Tjur sottomess min-Norveġja

    ĠU L 257, 25.9.2008, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Imħassar b' E2021C0032

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/300(2)/oj

    25.9.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 257/18


    DEĊIŻJONI TA' L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TA’ L-EFTA

    Nru 300/08/COL

    tal-21 ta' Mejju 2008

    li tapprova pjan ta’ kontinġenza għall-Influenza tat-Tjur sottomess min-Norveġja

    L-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TA’ L-EFTA,

    WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (minn hawn ‘il quddiem magħruf bħala l-Ftehim taż-ŻEE), partikolarment l-Artikolu 109 u Protokoll 1 tiegħu,

    WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim bejn l-Istati ta' l-EFTA dwar it-twaqqif ta' Awtorità ta' Sorveljanza u ta' Qorti tal-Ġustizzja, b'mod partikolari l-Artikolu 5(2)(d) u l-Protokoll 1 tiegħu,

    WARA LI KKUNSIDRAT l-Att imsemmi fil-punt 3.1.5a tal-Kapitolu I ta’ l-Anness Ital-Ftehim taż-ŻEE,

    Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE ta' l-20 ta' Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll ta’ l-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE,

    BILLI, skond l-Artikolu 62(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/EC, in-Norveġja fasslet pjan ta’ kontinġenza li jispeċifika l-miżuri nazzjonali li għandhom jiġu implimentati fil-każ li tfaqqa’ l-Influenza tat-Tjur,

    BILLI, fid-29 ta’ Ottubru 2007, u skond l-Artikolu 62(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE, in-Norveġja ssottomettiet għall-approvazzjoni ta’ l-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA (minn hawn ’il quddiem magħrufa bħala l-Awtorità) il-pjan ta’ kontinġenza tagħha dwar l-Influenza tat-Tjur (avveniment nru 449330),

    BILLI fil-31 ta’ Marzu 2008 kienet sottomessa lill-Awtorità traduzzjoni bl-Ingliż tal-pjan ta’ kontinġenza Norveġiż dwar l-Influenza ta-Tjur(avveniment nru 471610),

    BILLI, l-Awtorità eżaminat mill-qrib il-pjan ta’ kontinġenza Norveġiż dwar l-Influenza tat-Tjur, b’kooperazzjoni mill-qrib tal-Komunitajiet Ewropej

    BILLI l-eżami juri li l-pjan sottomess min-Norveġja jissodisfa l-ħtiġiet minimi għal pjani nazzjonali ta' kontinġenza dwar l-Influenza tat-Tjur stipulata fl-Anness X tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE u għalhekk kienet approvata,

    BILLI l-Awtorità bid-Deċiżjoni tagħha 270/08/COL irreferiet il-kwistjoni lill-Kumitat Veterinarju ta' l-EFTA li jassisti lill-Awtorità,

    BILLI l-miżuri ppruvati f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju EFTA li jassisti lill-Awtorità tas-Sorveljanza ta' l-EFTA,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    1.

    Il-pjan ta’ kontinġenza għall-Influenza Avjarja sottomess min-Norveġja hu approvat

    2.

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-21 ta' Mejju 2008.

    3.

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lin-Norveġja.

    4.

    Din id-Deċiżjoni għandha tkun awtentika fil-lingwa Ingliża.

    Magħmula fi Brussell, il-21 ta’ Mejju 2008.

    Għall-Awtorità tas-Sorveljanza ta' l-EFTA

    Per SANDERUD

    Il-President

    Kristján Andri STEFÁNSSON

    Membru tal-Kulleġġ


    Top