This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2019/410/06
CALL FOR PROPOSALS EACEA/38/2019 Under The Erasmus+ Programme Key Action 3: Support for policy reform European Policy Experimentations in the fields of Education and Training led by high-level public authorities2019/C 410/06
Sejħa għal Proposti EACEA/38/2019 taħt il-Programm Erasmus+ Azzjoni Ewlenija 3: Appoġġ għar-riforma politika Esperimentazzjonijiet tal-Politika Ewropea fl-oqsma tal-Edukazzjoni u tat-Taħriġ taħt it-tmexxija ta’ awtoritajiet pubbliċi ta’ livell għoli2019/C 410/06
Sejħa għal Proposti EACEA/38/2019 taħt il-Programm Erasmus+ Azzjoni Ewlenija 3: Appoġġ għar-riforma politika Esperimentazzjonijiet tal-Politika Ewropea fl-oqsma tal-Edukazzjoni u tat-Taħriġ taħt it-tmexxija ta’ awtoritajiet pubbliċi ta’ livell għoli2019/C 410/06
PUB/2019/173
ĠU C 410, 6.12.2019, pp. 11–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
6.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 410/11 |
Sejħa għal Proposti EACEA/38/2019
taħt il-Programm Erasmus+
Azzjoni Ewlenija 3: Appoġġ għar-riforma politika
Esperimentazzjonijiet tal-Politika Ewropea fl-oqsma tal-Edukazzjoni u tat-Taħriġ taħt it-tmexxija ta’ awtoritajiet pubbliċi ta’ livell għoli
(2019/C 410/06)
1. Id-deskrizzjoni, l-għanijiet u t-temi prijoritarji
L-esperimentazzjonijiet tal-politika Ewropea huma proġetti ta’ kooperazzjoni transnazzjonali mmexxija minn awtoritajiet pubbliċi ta’ livell għoli mill-Pajjiżi tal-Programm. Dawn jinvolvu l-ittestjar tar-rilevanza, l-effettività, l-impatt potenzjali u l-iskalabbiltà tal-miżuri ta’ politika permezz ta’ provi fuq il-post paralelli f’pajjiżi differenti, ibbażati fuq approċċi (semi)esperimentali u protokolli komuni ta’ evalwazzjoni. Billi jgħaqqdu t-tmexxija strateġika, is-solidità metodoloġika u dimensjoni Ewropea b’saħħitha, jippermettu t-tagħlim reċiproku u jappoġġjaw politika bbażata fuq l-evidenza fil-livell Ewropew.
L-għanjiet speċifiċi ta’ din is-sejħa huma:
|
— |
Il-promozzjoni tal-kooperazzjoni transnazzjonali u tat-tagħlim reċiproku bejn l-awtoritajiet pubbliċi fl-ogħla livell istituzzjonali tal-pajjiżi eliġibbli sabiex irawmu titjib sistemiku u innovazzjoni fl-oqsma tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, |
|
— |
It-titjib tal-ġbir u l-analiżi ta’ evidenza sostantiva li tippermetti l-implimentazzjoni b’suċċess ta’ miżuri innovattivi, |
|
— |
Il-faċilitazzjoni tat-trasferibbiltà u l-iskalabilità ta’ miżuri innovattivi. |
It-temi prijoritarji għal din is-sejħa huma:
|
|
LOTT 1
|
|
|
LOTT 2
|
2. Eliġibbiltà
2.1. L-applikanti eliġibbli
L-applikanti meqjusin eliġibbli biex iwieġbu għal din is-sejħa huma:
|
(a) |
L-awtoritajiet pubbliċi (Ministeru jew ekwivalenti) responsabbli għall-edukazzjoni u t-taħriġ fl-ogħla livell fil-kuntest rilevanti (nazzjonali jew deċentralizzat). L-awtoritajiet pubbliċi responsabbli għas-setturi li mhumiex tal-edukazzjoni u tat-taħriġ (eż. l-impjiegi, iż-żgħażagħ, il-finanzi, l-affarijiet soċjali, l-affarijiet interni, il-ġustizzja, is-saħħa, eċċ.) jitqiesu eliġibbli sakemm juru li għandhom kompetenza speċifika fil-qasam li fih se jitwettaq il-proċess ta’ esperimenti. |
|
(b) |
Organizzazzjonijiet pubbliċi jew privati attivi fl-oqsma tal-edukazzjoni jew tat-taħriġ jew oqsma rilevanti oħra. |
|
(c) |
Organizzazzjonijiet jew istituzzjonijiet pubbliċi jew privati li jwettqu attivitajiet transettorjali marbuta mal-edukazzjoni u t-taħriġ f’setturi soċjoekonomiċi oħrajn (eż. NGOs, servizzi ta’ informazzjoni jew gwida, awtoritajiet pubbliċi, aġenziji jew servizzi responsabbli għal: l-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ, l-impjiegi, l-affarijiet soċjali, l-affarijiet interni, il-ġustizzja, l-assigurazzjoni tal-kwalità, ir-rikonoxximent u/jew il-validazzjoni; il-gwida għall-karriera, kmamar tal-kummerċ, sħab tan-negozju jew soċjali, organizzazzjonijiet tal-kummerċ, is-soċjetà ċivili, organizzazzjonijiet kulturali jew tal-isport, entitajiet tal-evalwazzjoni jew tar-riċerka, midja eċċ.) |
L-Aġenziji Nazzjonali jew strutturi u netwerks oħra tal-Programm Erasmus+, li jirċievu għotja diretta mill-Kummissjoni skont il-bażi ġuridika tal-Programm Erasmus+ mhumiex eliġibbli biex jipparteċipaw. Madankollu, l-entitajiet ġuridiċi li jospitaw l-Aġenziji Nazzjonali tal-Erasmus+ jew l-istrutturi u n-netwerks imsemmija hawn fuq jitqiesu bħala applikanti eliġibbli.
L-applikazzjonijiet mill-entitajiet ġuridiċi stabbiliti fil-pajjiżi tal-programm li ġejjin biss huma eliġibbli:
|
— |
l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea; |
|
— |
il-pajjiżi tal-EFTA/ŻEE: l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja; |
|
— |
il-pajjiżi kandidati tal-UE: Il-Maċedonja ta’ Fuq, it-Turkija u s-Serbja. |
Għal applikanti Brittaniċi: Jekk jogħġbok innota li għandu jkun hemm konformità mal-kriterji ta’ eliġibbiltà għat-tul kollu tal-għotja. Jekk ir-Renju Unit joħroġ mill-UE matul il-perjodu tal-għotja mingħajr ma jikkonkludi ftehim mal-UE li jiżgura b’mod partikolari li l-applikanti Brittaniċi jibqgħu eliġibbli, inti se tieqaf tirċievi finanzjament mill-UE (filwaqt li tkompli, sa fejn ikun possibbli, tipparteċipa) jew tintalab tħalli l-proġett fuq il-bażi tal-Artikolu II.17 tal-ftehim ta’ għotja.
Jistgħu jintgħażlu proposti mill-applikanti fil-pajjiżi kandidati, jekk fid-data tal-għoti, ikunu daħlu fis-seħħ ftehimiet li jistabbilixxu l-arranġamenti għall-parteċipazzjoni ta’ dawk il-pajjiżi fil-programm.
Ir-rekwiżit minimu tal-kompożizzjoni tas-sħubija għal din is-sejħa huwa ta’ 4 entitajiet li jirrappreżentaw 3 pajjiżi tal-programm differenti. B’mod speċifiku:
|
— |
Tal-anqas tliet awtoritajiet pubbliċi (Ministeri jew ekwivalenti) kull wieħed minn pajjiż tal-Programm differenti, filwaqt li mill-anqas wieħed mit-tliet awtoritajiet pubbliċi għandu jkun minn Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u |
|
— |
Tal-inqas entità pubblika jew privata waħda b’għarfien espert fl-analiżi u l-evalwazzjoni tal-impatt tal-politika (“ir-riċerkatur”). Tali entità għandha tkun responsabbli għall-aspetti metodoloġiċi u l-protokolli tal-provi fuq il-post. Il-proposta tista’ tinvolvi aktar minn entità bħal din waħda, sakemm ix-xogħol ikun ikkoordinat u konsistenti. |
Proposta ta’ proġett tista’ tiġi kkoordinata u ppreżentata biss, f’isem l-applikanti kollha, minn waħda minn dawn li ġejjin:
|
— |
Awtorità pubblika (Ministeru jew ekwivalenti) kif deskritta fit-taqsima 2.1.a); |
|
— |
Entità pubblika jew privata ddelegata minn awtorità pubblika. L-entitajiet iddelegati għandu jkollhom approvazzjoni espliċita bil-miktub (ittra ta’ delega) minn awtorità pubblika biex iressqu u jikkordinaw il-proposta ta’ proġett f’isimhom. Huma biss l-entitajiet delegati li huma f’pożizzjoni li juru l-eżistenza tagħhom bħala persuna ġuridika għal tal-inqas 3 snin fid-data tal-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-informazzjoni ta’ qabel il-proposti li ssir referenza għalihom fit-taqsima 6 li jitqiesu eliġibbli bħala “koordinatur” għall-iskop ta’ din is-sejħa. |
2.2. Attivitajiet eliġibbli u t-tul tal-proġett
L-attivitajiet eliġibbli għandhom ikunu konformi mal-Anness tal-linji gwida għall-applikanti. Il-provi fuq il-post għandhom iseħħu tal-inqas fi tliet pajjiżi li l-awtoritajiet pubbliċi/Ministeri tagħhom huma involuti fil-proġett.
L-attivitajiet għandhom jibdew bejn l-1 ta’ Jannar 2021 u t-28 ta’ Frar 2021.
It-tul tal-proġett għandu jkun ta’ bejn 24 u 36 xahar.
3. Ir-riżultati mistennija
Il-proġetti proposti għandhom iwasslu għal riżultati sinifikanti fl-oqsma li ġejjin:
|
— |
Appoġġ għall-prijoritajiet għal kooperazzjoni politika fil-livell tal-UE stabbiliti fil-Qafas tal-ET 2020, kif adatt. |
|
— |
Għarfien u bażi ta’ evidenza mtejba għal riformi b’impatt sistemiku potenzjalment għoli fis-setturi kkonċernati fil-pajjiżi eliġibbli. |
|
— |
Il-valur miżjud Ewropew billi flimkien jiġu identifikati l-aħjar prattika u tagħlimiet dwar “x’jaħdem” u “x’ma jaħdimx”. |
|
— |
L-iskalabbiltà u t-trasferibbiltà ta’ miżuri innovattivi. Iż-żieda mhux bilfors tfisser biss id-duplikazzjoni tal-miżuri ttestjati fuq numru akbar ta’ benefiċjarji. Pjuttost għandha tinftiehem bħala li toħloq l-aħjar kundizzjonijiet biex tagħmel il-miżuri ttestjati b’suċċess parti minn politika jew sistema. |
|
— |
Konsistenza u komplimentarjetà sodi bejn it-teorija u l-prattika; bejn il-politiki u l-programmi ta’ finanzjament tal-UE; bejn miżuri Ewropej, nazzjonali u reġjonali; bejn ir-rwoli ta’ dawk li jfasslu l-politika, tal-partijiet ikkonċernati u tar-riċerkaturi. |
4. Baġit disponibbli:
Il-baġit totali disponibbli għall-kofinanzjament tal-proġetti li jaqgħu taħt din is-sejħa huwa ta’ EUR 14 000 000, allokati kif ġej:
|
— |
Lott 1 |
EUR 12 000 000 |
|
— |
Lott 2 |
EUR 2 000 000 |
Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-UE ma tistax taqbeż 75 % tal-kostijiet totali eliġibbli tal-proġett.
L-għotja massima għal kull proġett se tkun ta’ EUR 2 000 000.
L-Aġenzija tirriżerva d-dritt li ma tqassamx il-fondi kollha disponibbli.
5. Kriterji tal-għoti
Il-proposti se jiġu ppreżentati u evalwati f’żewġ stadji, li jinvolvu stadju ta’ qabel il-proposta u stadju ta’ proposta sħiħa.
|
Stadju ta’ qabel il-proposta |
||
|
|
Kriterji |
Punti Massimi |
|
1 |
Ir-rilevanza tal-proġett |
20 punt |
|
L-istadju tal-proposta sħiħa |
||
|
2 |
Il-kwalità tat-tfassil tal-proġett u l-implimentazzjoni |
30 punt |
|
3 |
Il-kwalità tas-sħubija u l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni |
20 punt |
|
4 |
L-impatt, it-tixrid u s-sostenibbiltà |
30 punt |
Huma biss l-applikanti eliġibbli li jilħqu l-livell limitu minimu ta’ 12-il punt fuq il-punteġġ għall-kriterju ta’ għoti tal-kriterju ta’ għoti Rilevanza tal-proġett fl-istadju ta’ qabel il-proposta li se jiġu mistiedna jippreżentaw proposta sħiħa u jelaboraw aktar fuq il-proposta tagħhom.
Il-kalkolu tal-punteġġ totali għall-proposta sħiħa se jinkludi l-punteġġ miksub għar-“Rilevanza tal-proġett” fl-istadju ta’ qabel il-proposta. Huma biss il-proposti sħaħ li jkunu laħqu mill-inqas il-limitu ta’ 60 punt tal-punteġġ totali (jiġifieri, il-punteġġ fuq il-kriterju tal-għoti “Rilevanza tal-proġett” ivvalutat fl-ewwel stadju flimkien mal-punteġġi fuq it-tliet kriterji tal-għoti l-oħra vvalutati fit-tieni stadju) li se jiġu kkunsidrati għall-finanzjament tal-UE. L-applikanti li jinżlu taħt dak il-limitu jiġu miċħuda.
6. Proċedura ta’ sottomissjoni u skadenza
L-iskadenza għas-sottomissjoni hija:
|
— |
Stadju ta’ qabel il-proposta: 21 ta’ April 2020 — 17.00 (ħin ta’ Brussell) |
|
— |
Proposti sħaħ: 24 ta’ Settembru 2020 — 17.00 (ħin ta’ Brussell) |
L-applikanti huma mitlubin jaqraw sew l-informazzjoni kollha dwar is-sejħa għal proposti EACEA/38/2019 u l-proċedura ta’ sottomissjoni u li jużaw id-dokumenti obbligatorji, li jistgħu jinstabu fuq:
https://eacea.ec.europa.eu/erasmus-plus/funding_en — Referenza tas-sejħa EACEA/38/2019
L-applikazzjoni u l-annessi tagħha għandhom jiġu sottomessi online permezz ta’ formola elettronika apposta.
7. L-informazzjoni dwar is-sejħa
L-informazzjoni kollha dwar is-Sejħa EACEA/38/2019 hija disponibbli fuq is-sit web li ġej:
https://eacea.ec.europa.eu/erasmus-plus/funding_en - Referenza tas-sejħa EACEA/38/2019
Kuntatt tal-email: EACEA-Policy-Support@ec.europa.eu