This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2016/357/14
Prior notification of a concentration (Case M.8201 — Randstad Holding/Monster Worldwide) (Text with EEA relevance)
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8201 — Randstad Holding/Monster Worldwide) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8201 — Randstad Holding/Monster Worldwide) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU C 357, 29.9.2016, p. 33–33
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
29.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 357/33 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8201 — Randstad Holding/Monster Worldwide)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2016/C 357/14)
|
1. |
Fil-21 ta’ Settembru 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Randstad Holding n.v. (“Randstad”, il-Pajjiżi l-Baxxi) takkwsita fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta’ Monster Worldwide, Inc. kollha kemm hi (“Monster”, l-Istati Uniti tal-Amerika) permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fid-9 ta’ Awwissu 2016. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Randstad: il-provvista ta’ servizzi ta’ impjieg temporanju (temporary employment services, “TES”), servizzi ta’ impjieg permanenti (permanent employment services, “PSE”) u servizzi oħra relatati mar-riżorsi umani; — għal Monster: il-provvista ta’ reklamar online għal xogħol u servizzi ta’ reklutaġġ online. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301) bl-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.8201 — Randstad Holding/Monster Worldwide, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).