Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2016/252/05

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7984 — Bridgestone/Pneuhage/JV) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU C 252, 12.7.2016, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/11


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7984 — Bridgestone/Pneuhage/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 252/05)

1.

Fl-4 ta’ Lulju 2016, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Bridgestone Deutschland GmbH (“BS Deutschland”, il-Ġermanja), li tappartjeni lil Bridgestone Corporation (il-Ġappun) u Pneuhage Management GmbH & Co. KG (“Pneuhage”, il-Ġermanja) jakkwistaw, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Pneuhage Partners Group GmbH & Co KG (“PGG”, il-Ġermanja), permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

BS Deutschland hija attiva fil-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut ta’ tyres ġodda ta’ tipi varji, bħal tyres tal-karozzi, tat-trakkijiet, tal-muturi, tal-agrikoltura u tat-tħammil u fir-rethreading ta’ tyres tat-trakkijiet fil-Ġermanja,

Pneuhage hija attiva fil-provvista u d-distribuzzjoni bl-ingrossa u bl-imnut ta’ spare tyres u rimmijiet għal varjetà ta’ vetturi bħal karozzi, trakkijiet, muturi, vetturi tal-agrikoltura u għat-tħammil u r-rethreading ta’ tyres tal-karozzi tal-linja u tat-trakkijiet fil-Ġermanja, Franza u l-Polonja,

PGG se tkun attiva fid-distribuzzjoni bl-imnut ta’ tyres tal-karozzi u servizzi relatati mal-karozzi fil-Ġermanja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibgħatulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7984 — Bridgestone/Pneuhage/JV, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


Top