EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2015/405/11

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7870 — Fondo Strategico Italiano/Eni/Saipem) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU C 405, 5.12.2015, p. 40–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 405/40


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7870 — Fondo Strategico Italiano/Eni/Saipem)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 405/11)

1.

Fis-26 ta’ Novembru 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Fondo Strategico Italiano SpA (“FSI”) tal-Italja u Eni SpA. (“Eni”) tal-Italja jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Saipem SpA. (“Saipem”) tal-Italja, permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Eni hija impriża attiva madwar id-dinja kollha fil-katina sħiħa tal-valur taż-żejt u tal-gass kif ukoll fil-ġenerazzjoni u l-bejgħ tal-elettriċità, fis-settur petrokimiku, fis-settur tal-inġinerija u fis-settur finanzjarju,

FSI hija kumpanija azzjonarja li tinvesti direttament jew indirettament f’impriżi attivi f’setturi meqjusa bħala strateġiċi jew rilevanti għall-ekonomija Taljana,

Saipem hija attiv fl-inġinerija u l-kostruzzjoni għall-industrija taż-żejt u l-gass fuq bażi globali.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7870 — Fondo Strategico Italiano/Eni/Saipem, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top