EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2009/263/14

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5535 – Renesas Technology/NEC Electronics) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 263, 5.11.2009, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/25


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5535 – Renesas Technology/NEC Electronics)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 263/14

1.

Fis-27 ta’ Ottubru 2009 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont it-tifsira tal-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Renesas Technology Corp. (“Renesas”, il-Ġappun), ikkontrollata b’mod konġunt minn Hitachi Ltd. (“Hitachi”, il-Ġappun) u Mitsubishi Electric Corporation (“Mitsubishi”, il-Ġappun) tidħol f’amalgamazzjoni sħiħa fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill mal-impriża NEC Electronics Corporation (“NEC-EL”, il-Ġappun), ikkontrollata minn NEC Corporation (“NEC”, il-Ġappun) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Renesas: tfassil, manifattura u bejgħ ta’ soluzzjonijiet għal semikondutturi inklużi prodotti ta’ mikrokontrolluri, u system-on-chip u LCD drivers għal applikazzjonijiet ta’ telefon ċellulari, awtomobilistiċi u awdjo viżivi,

għal NEC-EL: tfassil, manifattura u bejgħ ta’ soluzzjonijiet għas-semikondutturi inklużi mikrokontrolluri, prodotti ta' system-on-chip u LCD drivers għal applikazzjonijiet aħħarija varji, inklużi prodotti awtomobilistiċi, industrijali u elettronika għall-konsumatur.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l’operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301 jew 22967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5535 – Renesas Technology/NEC Electronics, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


Top