Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2009/149/10

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5551 – F2i/Finavias/ERG) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 149, 1.7.2009, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.7.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 149/27


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.5551 – F2i/Finavias/ERG)

    Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    2009/C 149/10

    1.

    Fit-23 ta’ Ġunju 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi F2i Fondi Italiani per le Infrastrutture S.G.R. S.p.A (“F2i”, Italy) and Finavias S.à.r.l. (“Finavias”, il-Lussemburgu) (Kumpanija indirettament appartenenti għal AXA Group), takkwista fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt tal-maġġoranza tal-ishma tal-impriża ENEL Rete Gas S.p.A. (“ERG”, l-Italja), permezz tax-xiri tal- ishma.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    F2i Fond ta’ investiment reċiproku fis-settur tal-infrastruttura,

    Finavias: l-ekwità privata u l-attivitajiet ta' parir dwar investiment,

    ERG: forniment tad-distribuzzjoni tal-gas permezz ta’ kondotti ta’ pressjoni baxxa u medja.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 2 2964301 jew 2967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5551 – F2i/Finavias/ERG, fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

    J-70

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

    (2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


    Top