EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2008/245/07

Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5178 — OEP/Pfleiderer) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU C 245, 26.9.2008, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 245/27


Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5178 — OEP/Pfleiderer)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 245/07)

1.

Fis-17 ta' Settembru 2008, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża OEP Holding Corporation (“OEP”, l-Istati Uniti) — sussidjarja indiretta ta' J.P Morgan Chase & Co. (l-Istati Uniti) tikseb, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll esklussiv tal-impriża Pfleiderer AG (“Pfleiderer”, il-Ġermanja) permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet tan-negozju tal-impriżi kkonċernati huma:

għal OEP: fond ta' ekwità privata,

għal Pfleiderer: manifattura, distribuzzjoni u kummerċjalizzazzjoni ta' injam maħdum, prodotti lesti għas-superfiċje u paviment laminat.

3.

Wara l-ewwel analiżi, il-Kummissjoni tara li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' taħt l-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5178 — OEP/Pfleiderer, lil dan l-indirizz:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussels


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


Top