Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2008/009/09

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5021 — Mercapital/Carlyle/Arsys Group) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 9, 15.1.2008, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.1.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 9/31


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.5021 — Mercapital/Carlyle/Arsys Group)

    Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2008/C 9/09)

    1.

    Fil-21 ta' Diċembru 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Mercapital Private Equity SGECR, S.A. ikontrollata minn Mercapital S.L. (“Mercapital”, Spanja), u CETP Participations S.A.R.L. SICAR, ikkontrollata minn Carlyle Group (“Carlyle”, US), takkwista fis-sens ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll konġunt fuq l-Arsys Group (Spanja), permezz ta' xiri ta' ishma.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:

    għal Mercapital: fond ta' investiment ta' ekwità privata,

    għal Carlyle: fond ta' investiment ta' ekwità globali,

    għall-Arsys Group: fornituri ta' l-internet għad-djar u servizzi ta' hosting.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnotat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fin-Notifika.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (numru tal-fax (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew inkella bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.5021 — Mercapital/Carlyle/Arsys Group, f'dan l-indirizz:

    Kummissjoni Ewropea

    Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

    J-70

    B-1049 Brussel


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

    (2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


    Top