Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/315/36

    Kawża C-40/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat- 8 ta' Novembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2001/42/KE — Evaluazzjoni ta' l-effetti ta' ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent — Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu preskritt)

    ĠU C 315, 22.12.2007, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.12.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 315/21


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-8 ta' Novembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

    (Kawża C-40/07) (1)

    (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2001/42/KE - Evaluazzjoni ta' l-effetti ta' ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu preskritt)

    (2007/C 315/36)

    Lingwa tal-kawża: It-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Recchia u J.-B. Laignelot, aġenti)

    Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I. M. Braguglia, aġent u S. Fiorentino, avukat)

    Suġġett

    Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu preskritt, id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/42/KE tas-27 ta' Ġunju 2001, dwar l-istima ta' l-effetti ta' ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (ĠU L 197, p. 30)

    Dispożittiv

    1)

    Billi ġabitx fis-seħħ, fit-terminu preskritt, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/42/KE tas-27 ta' Ġunju 2001, dwar l-istima ta' l-effetti ta' ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi imposti fuqha taħt din id-direttiva.

    2)

    Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata tbati l-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 82, 14.4.2007.


    Top