This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2007/315/27
Case C-240/06: Judgment of the Court (First Chamber) of 25 October 2007 (reference for a preliminary ruling from the Korkein hallinto-oikeus — Finland) — Fortum Project Finance SA (Article 56(1) EC — Directive 69/335/EEC — Article 12(1)(a) and (c) — Exception to the prohibition on double taxation of contributions of capital — Contribution of capital in the form of shares to a company established in another Member State — Exchange of shares — Capital transfer tax)
Kawża C-240/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal- 25 ta' Ottubru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus — Il-Finlandja) — Proċedura mressqa minn Fortum Project Finance SA (Artikolu 56(1) KE — Direttiva 69/335/KEE — Artikolu 12(1)(a) u (c) — Deroga għall-projbizzjoni ta' taxxa doppja ta' kontribuzzjonijiet — Kontribuzzjoni, fil-forma ta' ishma, għal kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor — Skambju ta' ishma — Taxxa fuq it-trasferiment ta' proprjetà)
Kawża C-240/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal- 25 ta' Ottubru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus — Il-Finlandja) — Proċedura mressqa minn Fortum Project Finance SA (Artikolu 56(1) KE — Direttiva 69/335/KEE — Artikolu 12(1)(a) u (c) — Deroga għall-projbizzjoni ta' taxxa doppja ta' kontribuzzjonijiet — Kontribuzzjoni, fil-forma ta' ishma, għal kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor — Skambju ta' ishma — Taxxa fuq it-trasferiment ta' proprjetà)
ĠU C 315, 22.12.2007, p. 17–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 315/17 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-25 ta' Ottubru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus — Il-Finlandja) — Proċedura mressqa minn Fortum Project Finance SA
(Kawża C-240/06) (1)
(Artikolu 56(1) KE - Direttiva 69/335/KEE - Artikolu 12(1)(a) u (c) - Deroga għall-projbizzjoni ta' taxxa doppja ta' kontribuzzjonijiet - Kontribuzzjoni, fil-forma ta' ishma, għal kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor - Skambju ta' ishma - Taxxa fuq it-trasferiment ta' proprjetà)
(2007/C 315/27)
Lingwa tal-kawża: Il-Finlandiż
Qorti tar-rinviju
Korkein hallinto-oikeus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Fortum Project Finance SA
Suġġett
Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 56 KE u l-Artikolu 12(1)(c) tad-Direttiva tal-Kunsill 69/335, tas-17 ta' Lulju 1969, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital (ĠU L 249, p. 25) — Eċċezzjoni għall-projbizzjoni ta' ntaxxar doppju fuq id-dazju kapitali — Kontribuzzjonijiet, fil-forma ta' ishma, lil kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor — Taxxa fuq it-trasferiment ta' ishma
Dispożittiv
Id-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE, tas-17 ta' Lulju 1969, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 85/303/KEE, ta' l-10 ta' Ġunju 1985, għandha tiġi interpretata fis-sens illi l-Artikolu 12(1)(c) tagħha ma japplikax għall-impożizzjoni ta' taxxa, bħalma hija t-taxxa fuq it-trasferiment ta' proprjetà (varainsiirtovero), meta jiġu ttrasferiti sigurtajiet bħala kontribuzzjoni lil kumpannija ta' kapital li tagħti l-ishma ġodda tagħha bħal korrispettiv. L-impożizzjoni ta' din it-taxxa hija awtorizzata bis-saħħa ta' l-Artikolu 12(1)(a) ta' l-imsemmija Direttiva.