EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/315/20

Kawża C-143/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tieni Awla) tat- 8 ta' Novembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Hamburg — il-Ġermanja) — Ludwigs — Apotheke München Internationale Apotheke vs Juers Pharma Import-Export GmbH (Moviment liberu tal-merkanzija — Artikoli 28 KE u 30 KE — Artikoli 11 u 13 tal-Ftehim ŻEE — Prodotti mediċinali importati bla awtorizzazzjoni fl-Istat ta' importazzjoni — Projbizzjoni ta' reklamar — Direttiva 2001/83/KE)

ĠU C 315, 22.12.2007, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 315/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tieni Awla) tat-8 ta' Novembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Hamburg — il-Ġermanja) — Ludwigs — Apotheke München Internationale Apotheke vs Juers Pharma Import-Export GmbH

(Kawża C-143/06) (1)

(Moviment liberu tal-merkanzija - Artikoli 28 KE u 30 KE - Artikoli 11 u 13 tal-Ftehim ŻEE - Prodotti mediċinali importati bla awtorizzazzjoni fl-Istat ta' importazzjoni - Projbizzjoni ta' reklamar - Direttiva 2001/83/KE)

(2007/C 315/20)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ludwigs — Apotheke München Internationale Apotheke

Konvenuta: Juers Pharma Import-Export GmbH

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Landgericht Hamburg — Interpretazzjoni tat-tielet inċiż ta' l-Artikolu 86(2) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/83/KEE tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, p. 67), kif emendata mid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/27/KE, tal-31 ta' Marzu 2004, li temenda d-Direttiva 2001/83/KE dwar il-kodiċi tal-Komunità li ghandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 136, p. 34) — Kamp ta' applikazzjoni — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi importatur milli jibgħat lil spiżeriji listi ta' prezzijiet għall-prodotti mediċinali li, għalkemm mhumiex awtorizzati fis-suq nazzjonali, jistgħu jiġu importati.

Dispożittiv

Projbizzjoni għar-reklamar bħal dik stabbilita mill-Artikolu 8 tal-liġi dwar ir-reklamar fis-settur tas-saħħa (Heilmittelwerbegesetz) m'għandiex tiġi evalwata fid-dawl tad-dispożizzjonijiet dwar ir-reklamar tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/83/KEE tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, kif emendata mid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/27/KE, tal-31 ta' Marzu 2004, iżda fid-dawl ta' l-Artikoli 28 KE u 30 KE u ta' l-Artikoli 11 u 13 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea tat-2 ta' Mejju 1992. L-Artikolu 28 KE u l-Artikolu 11 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jipprekludu tali projbizzjoni safejn tapplika għat-tqassim, fost l-ispiżjara, ta' listi ta' prodotti mediċinali mhux awtorizzati li l-importazzjoni tagħhom minn Stat Membru ieħor jew Stat terz firmatarju tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea hija awtorizzata biss eċċezzjonalment, li fihom biss informazzjoni dwar l-isem kummerċjali, id-daqsijiet ta' l-ippakkjar, id-dożi u l-prezz ta' dawn il-prodotti mediċinali.


(1)  ĠU C 121, 20.5.2006.


Top