Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/306/01

    Trattat ta' Lisbona li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea li kien iffirmat fit- 13 ta' diċembru 2007
    PROTOKOLLI
    A. Protokolli li għandhom jiġu annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea u, skond il-każ, mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika
    — Protokoll dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea
    — Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità
    — Protokoll dwar il-Grupp ta' l-Euro
    — Protokoll dwar il-kooperazzjoni strutturata permanenti stabbilita mill-Artikolu 27a tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
    — Protokoll dwar l-Artikolu 6(2) tat-trattat dwar l-Unjoni Ewropea dwar l-adeżjoni ta' l-Unjoni għallKonvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali
    — Protokoll dwar is-suq intern u l-kompetizzjoni
    — Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea għall-Polonja u għar-Renju Unit
    — Protokoll dwar l-eżerċizzju tal-kompetenzi kondiviżi
    — Protokoll dwar is-servizzi ta' interess ġenerali
    — Protokoll dwar id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 9 C(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 205 (2) tat-Trattat dwar il-funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea bejn l- 1 ta' Novembru 2014 u l- 31 ta' Marzu 2017 min-naħa l-waħda, u mill- 1 ta' April 2017 min-naħa l-oħra
    — Protokoll dwar id-dispożizzjonijiet transitorji
    B. Protokoli li għandhom jiġu annessi mat-Trattat ta' Lisbona
    — Protokoll Nru 1 li jemenda l-protokolli annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u/jew mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Energija Atomika
    — Anness – Tabella ta' Korrispondenza prevista fl-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 1 li jemenda l-Protokolli annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u/jew mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika
    — Protokoll Nru 2 li jemenda t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Energija Atomika
    ANNESS

    ĠU C 306, 17.12.2007, p. 1–229 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.12.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 306/1


    TRATTAT TA' LISBONA

    LI JEMENDA T-TRATTAT DWAR L-UNJONI EWROPEA U TRATTAT LI JISTABBILIXXI L-KOMUNITÀEWROPEA

    (2007/C 306/01)

    PREAMBOLU

    IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TAL-BELĠJANI,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ĊEKA,

    IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAD-DANIMARKA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA' L-ESTONJA,

    IL-PRESIDENT TA' L-IRLANDA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

    IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TA' SPANJA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TALJANA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

    L-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

    L-ALTEZZA RJALI TIEGĦU L-GRAN DUKA TAL-LUSSEMBURGU,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA' L-UNGERIJA,

    IL-PRESIDENT TA' MALTA,

    IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA' L-OLANDA,

    IL-PRESIDENT FEDERALI TAR-REPUBBLIKA TA' L-AWSTRIJA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

    IL-PRESIDENT TAR-RUMANIJA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

    IL-GVERN TAR-RENJU TA' L-ISVEZJA,

    IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ,

    WAQT LI JIXTIEQU jikkompletaw il-proċess imniedi mit-Trattat ta' Amsterdam u mit-Trattat ta' Nizza bil-ħsieb li jsaħħu l-effiċjenza u l-leġittimità demokratika ta' l-Unjoni u li jtejbu l-koerenza ta' l-azzjoni tagħha,

    QABLU li jemendaw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika,

    IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TAL-BELĠJANI,

    Guy VERHOFSTADT

    Prim Ministru

    Karel DE GUCHT

    Ministru ta' l-Affarijiet Barranin

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA

    Sergei STANISHEV

    Prim Ministru

    Ivailo KALFIN

    Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ĊEKA,

    Mirek TOPOLÁNEK

    Prim Ministru

    Karel SCHWARZENBERG

    Ministru ta' l-Affarijiet Barranin

    IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAD-DANIMARKA,

    Anders Fogh RASMUSSEN

    Prim Ministru

    Per Stig MØLLER

    Ministru ta' l-Affarijiet Barranin

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

    Dr. Angela MERKEL

    Kanċilliera Federali

    Dr. Frank-Walter STEINMEIER

    Ministru Federali ta' l-Affarijiet Barranin u Viċi Kanċillier

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA' L-ESTONJA,

    Andrus ANSIP

    Prim Ministru

    Urmas PAET

    Ministru ta' l-Affarijiet Barranin

    IL-PRESIDENT TA' L-IRLANDA,

    Bertie AHERN

    Taoiseach (Prim Ministru)

    Dermot AHERN

    Ministru ta' l-Affarijiet Barranin

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

    Kostas KARAMANLIS

    Prim Ministru

    Dora BAKOYANNIS

    Ministru ta' l-Affarijiet Barranin

    IL-MAESTÀ TIEGĦU IR-RE TA' SPANJA,

    José Luis RODRÍGUEZ ZAPATERO

    President tal-Gvern

    Miguel Angel MORATINOS CUYAUBÉ

    Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Kooperazzjoni

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

    Nicolas SARKOZY

    President

    François FILLON

    Prim Ministru

    Bernard KOUCHNER

    Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Ewropej

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TALJANA,

    Romano PRODI

    President tal-Kunsill tal-Ministri

    Massimo D'ALEMA

    Viċi-president tal-Kunsill tal-Ministri u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU,

    Tassos PAPADOPOULOS

    President

    Erato KOZAKOU-MARCOULLIS

    Ministru ta' l-Affarijiet Barranin

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

    Vladis ZATLERS

    President

    Aigars KALVĪTIS

    Prim Ministru

    Māris RIEKSTIŅŠ

    Ministru ta' l-Affarijiet Barranin

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

    Valdas ADAMKUS

    President

    Gediminas KIRKILAS

    Prim Ministru

    Petras VAITIEKŪNAS

    Ministru ta' l-Affarijiet Barranin

    L-ALTEZZA RJALI TIEGĦU L-GRAN DUKA TAL-LUSSEMBURGU,

    Jean-Claude JUNCKER

    Prim Ministru, Ministru ta' l-Istat

    Jean ASSELBORN

    Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u l-Immigrazzjoni

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA' L-UNGERIJA,

    Ferenc GYURCSÁNY

    Prim Ministru

    Dr. Kinga GÖNCZ

    Ministru ta' l-Affarijiet Barranin

    IL-PRESIDENT TA' MALTA,

    L-Onor. Lawrence Gonzi

    Prim Ministru

    L-Onor. Michael Frendo

    Ministru ta' l-Affarijiet Barranin

    IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA' L-OLANDA,

    Dr. J. P. BALKENENDE

    Prim Ministru

    M. J. M. VERHAGEN

    Ministru ta' l-Affarijiet Barranin

    IL-PRESIDENT FEDERALI TAR-REPUBBLIKA TA' L-AWSTRIJA,

    Dr. Alfred GUSENBAUER

    Kanċillier Federali

    Dr. Ursula PLASSNIK

    Ministru federali ta' l-Affarijiet Ewropej u Internazzjonali

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

    Donald TUSK

    Prim Ministru

    Radosław SIKORSKI

    Ministru ta' l-Affarijiet Barranin

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

    José SÓCRATES CARVALHO PINTO DE SOUSA

    Prim Ministru

    Luís Filipe MARQUES AMADO

    Ministru ta' l-Istat u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin

    IL-PRESIDENT TAR-RUMANIJA

    Traian BĂSESCU

    President

    Cãlin POPESCU – TĂRICEANU

    Prim Ministru

    Adrian CIOROIANU

    Ministru ta' l-Affarijiet Barranin

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

    Janez JANŠA

    President tal-Gvern

    Dr. Dimitrij RUPEL

    Ministru ta' l-Affarijiet Barranin

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

    Robert FICO

    Prim Ministru

    Ján KUBIŠ

    Ministru ta' l-Affarijiet Barranin

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

    Matti VANHANEN

    Prim Ministru

    Ilkka KANERVA

    Ministru ta' l-Affarijiet Barranin

    IL-GVERN TAR-RENJU TA' L-ISVEZJA,

    Fredrik REINFELDT

    Prim Ministru

    Cecilia MALMSTRÖM

    Ministru ta' l-Affarijiet Ewropej

    IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ,

    Il-Wisq Onor. Gordon BROWN

    Prim Ministru

    Il-Wisq Onor. David MILIBAND

    Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u tal-Commonwealth

    QABLU DWAR ID-DISPOŻIZZJONIJIET LI ĠEJJIN:

    EMENDI GĦAT-TRATTAT DWAR L-UNJONI EWROPEA U GĦAT-TRATTAT LI JISTABBILIXXI L-KOMUNITÀ EWROPEA

    Artikolu 1

    It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea għandu jiġi emendat skond id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu.

    PREAMBOLU

    1)

    Il-preambolu għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    it-test li ġej għandu jiddaħħal bħala t-tieni premessa:

    “ISPIRATI mill-wirt kulturali, religjuż u umanista ta' l-Ewropa, li minnu żviluppaw il-valuri universali tad-drittijiet invjolabbli u inaljenabbli tal-bniedem, kif ukoll il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, u l-istat tad-dritt;”;

    b)

    Fis-Seba' premessa li ssir it-tmien premessa, il-kliem “ta' dan it-Trattat” għandhom jiġu ssostitwiti bi “ta' dan it-Trattat u tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea,”;

    ċ)

    Fil-ħdax-il-premessa li ssir it-tnax-il premessa, il-kliem “ta' dan it-Trattat” għandhom jiġu ssostitwiti bi “ta' dan it-Trattat u tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea,”;

    DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI

    2)

    L-ewwel Artikolu għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    il-frażi li ġejja għandha tiżdied fl-aħħar ta' l-ewwel subparagrafu:

    “... li lilha l-Istati Membri jagħtu kompetenzi biex jiksbu għanijiet li għandhom komuni bejniethom.”;

    b)

    it-tielet subparagrafu għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “L-Unjoni għandha tkun ibbażata fuq dan it-Trattat u fuq it-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem imsejħa ‘it-Trattati’). Dawn iż-żewġ Trattati għandu jkollhom l-istess valur legali. L-Unjoni għandha tissostitwixxi u tkun is-suċċessur tal-Komunità Ewropea.”

    3)

    Għandu jiddaħħal Artikolu 1a:

    “Artikolu 1a

    L-Unjoni hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi. Dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri f'soċjetà fejn jipprevalu l-pluraliżmu, in-non-diskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel.”

    4)

    L-Artikolu 2għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “Artikolu 2

    1.   Il-prevenzjoni tal-kriminalità u l-ġlieda kontinwa. Il-mira ta' l-Unjoni hija li tippromwovi l-paċi, il-valuri tagħha u l-benessri tal-popli tagħha.

    2.   L-Unjoni għandha toffri liċ-ċittadini tagħha spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja mingħajr fruntieri interni, li fih il-moviment liberu tal-persuni jkun assigurat flimkien ma' miżuri xierqa f'dak li jirrigwarda l-kontrolli tal-fruntieri esterni, l-asil, l-immigrazzjoni kif ukoll il-prevenzjoni tal-kriminalità u l-ġlieda kontriha.

    3.   L-Unjoni għandha tistabbilixxi suq intern. Hija għandha taħdem għall-iżvilupp sostenibbli ta' l-Ewropa mibni fuq tkabbir ekonomiku bilanċjat u stabbiltà tal-prezzijiet, ekonomija soċjali tas-suq kompetittiva ħafna, intiża li twassal għal livell massimu ta' mpjieg u progress soċjali, u livell għoli ta' protezzjoni u ta' titjib tal-kwalità ta' l-ambjent. Hija għandha tippromwovi l-iżvilupp xjentifiku u teknoloġiku.

    Hija għandha tiġġieled kontra l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni, u tippromwovi l-ġustizzja u l-protezzjoni soċjali, l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, is-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet u l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal.

    Hija għandha tippromwovi l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, u s-solidarjetà bejn l-Istati Membri.

    Hija għandha tirrispetta r-rikkezza tad-diversità kulturali u lingwistika tagħha u għandha tassigura li jitħares u jkun żviluppat il-wirt kulturali Ewropew.

    4.   L-Unjoni għandha tistabbilixxi unjoni ekonomika u monetarja li l-munita tagħha tkun l-euro.

    5.   Fir-relazzjonijiet tagħha mal-bqija tad-dinja, l-Unjoni għandha tafferma u tippromwovi l-valuri u l-interessi tagħha u tikkontribwixxi għall-protezzjoni taċ-ċittadini tagħha. Hija għandha tikkontribwixxi għall-paċi, is-sigurtà, l-iżvilupp sostenibbli tal-pjaneta, is-solidarjetà u r-rispett reċiproku bejn il-popli, il-kummerċ liberu u ġust, il-qerda tal-faqar u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem b'mod partikolari dawk tat-tfal, kif ukoll għar-rispett sħiħ u għall-iżvilupp tad-dritt internazzjonali, partikolarment ir-rispett għall-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti.

    6.   L-Unjoni għandha tfittex li tikseb l-objettivi tagħha b'mezzi xierqa, skond il-kompetenzi mogħtija lilha mit-Trattati.”

    5)

    L-Artikolu 3 għandu jiġi rrevokat, u jiddaħħal l-Artikolu 3a li ġej:

    “Artikolu 3a

    1.   Skond l-Artikolu 3b, il-kompetenzi kollha li m'humiex mogħtija mit-Trattati lill-Unjoni jibqgħu għand l-Istati Membri.

    2.   L-Unjoni għandha tirrispetta l-ugwaljanza ta' l-Istati Membri quddiem it-Trattati kif ukoll l-identità nazzjonali tagħhom, inerenti fl-istrutturi politiċi u kostituzzjonali, fundamentali tagħhom, inkluża l-awtonomija lokali u reġjonali. Hija għandha tirrispetta l-funzjonijiet Statali essenzjali tagħhom, inkluż dawk li jassiguraw l-integrità territorjali ta' l-Istat, iż-żamma ta' l-ordni pubbliku u l-protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali. B'mod partikolari, is-sigurtà nazzjonali tibqa' r-responsabbiltà unika ta' kull Stat Membru.

    3.   Skond il-prinċipju tal-kooperazzjoni leali, l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom, f'rispett reċiproku sħiħ, jgħinu lil xulxin fit-twettiq tal-kompiti li joħorġu mit-Trattati.

    L-Istati Membri għandhom jieħdu kull miżura ġenerali jew partikolari xierqa sabiex jassiguraw li l-obbligi li joħorġu mit-Trattati jew li jirriżultaw mill-atti ta' l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni jitwettqu.

    L-Istati Membri għandhom jgħinu lill-Unjoni biex twettaq il-kompiti tagħha u joqogħdu lura minn kwalunkwe miżura li tista' tqiegħed f' periklu l-kisba ta' l-objettivi ta' l-Unjoni.”

    6)

    Għandu jiddaħħal Artikolu 3b, li jissostitwixxi l-Artikolu 5 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea:

    “Artikolu 3b

    1.   Il-limiti tal-kompetenzi ta' l-Unjoni huma regolati mill-prinċipju ta' l-għoti tal-kompetenzi. L-eżerċizzju ta' dawn il-kompetenzi huwa regolat mill-prinċipju tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità.

    2.   Skond il-prinċipju ta' l-għoti tal-kompetenzi, l-Unjoni għandha taġixxi biss fil-limiti tal-kompetenzi mogħtija lilha mill-Istati Membri fit-Trattati sabiex tilħaq l-objettivi stabbiliti minn dawn it-Trattati. Il-kompetenzi kollha li ma jingħatawx lill-Unjoni fit-Trattati jibqgħu għand l-Istati Membri.

    3.   Skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà, fl-oqsma li ma jaqgħux fil-kompetenza esklussiva tagħha, l-Unjoni għandha taġixxi biss jekk u sa fejn, l-objettivi ta' l-azzjoni prevista ma jkunux jistgħu jinkisbu biżżejjed mill-Istati Membri, la fil-livell ċentrali u lanqas fil-livell reġjonali u lokali, iżda jkunu jistgħu, minħabba l-iskala jew l-effetti ta' l-azzjoni prevista, jinkisbu aħjar fil-livell ta' l-Unjoni.

    L-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni għandhom japplikaw il-prinċipju tas-sussidjarjetà skond il-Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità. Il-Parlamenti nazzjonali għandhom jaraw li l-prinċipju tas-sussidjarjetà jiġi rispettat skond il-proċedura prevista fil-Protokoll imsemmi.

    4.   Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, il-kontenut u l-forma ta' l-azzjoni ta' l-Unjoni m'għandhomx jeċċedu dak li jkun meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi tat-Trattati.

    L-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni għandhom japplikaw il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit fil-Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità.”

    7)

    L-Artikoli 4 u 5 għandhom jiġu revokati.

    8)

    L-Artikolu 6 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “Artikolu 6

    1.   L-Unjoni tirrikonoxxi d-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea tas-7 ta' Diċembru 2000, kif adattata fit-12 ta' Diċembru 2007 ġo Strasburgu, li għandu jkollha l-istess valur legali bħat-Trattati.

    Id-dispożizzjonijiet ta' din il-Karta m'għandhom bl-ebda mod jestendu l-kompetenzi ta' l-Unjoni kif definiti mit-Trattati.

    Id-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji dikjarati fil-Karta għandhom jiġu interpretati skond id-dispożizzjonijiet ġenerali tat-Titolu VII tal-Karta li tirregola l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tagħha u b'kont debitu meħud ta' l-ispjegazzjonijiet imsemmija fil-Karta, li jindikaw is-sorsi ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

    2.   L-Unjoni għandha taderixxi għall-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali. Din l-adeżjoni m'għandhiex taffettwa l-kompetenzi ta' l-Unjoni kif definiti mit-Trattati.

    3.   Id-drittijiet fundamentali, kif iggarantiti mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, u kif jirriżultaw mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri, għandhom jagħmlu parti mill-prinċipji ġenerali tad-dritt ta' l-Unjoni.”

    9)

    L-Artikolu 7 għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    fl-Artikolu kollu, il-kelma “kunsens” għanda tiġi sostiwita b' “approvazzjoni”, ir-referenza għall-ksur tal-“prinċipji msemmijin fl-Artikolu 6(1),” għandha tiġi sostitwita b'referenza għall-ksur tal-“valuri msemmija fl-Artikolu 1a” u l-kliem “ta' dan it-Trattat” għandhom jiġu ssostitwiti bi “tat-Trattati” u l-kelma “Kummissjoni” għandha tiġi sostitwita b' “Kummissjoni Ewropea”;

    b)

    fl-ewwel paragrafu, l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza, il-parti finali tas-sentenza “... u għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet xierqa lil dak l-Istat” għandha titħassar; fl-aħħar sentenza, il-parti finali tas-sentenza“... u, skond l-istess proċedura, jista' jqabbad persuni indipendenti biex jissottomettu fi żmien raġonevoli rapport dwar is-sitwazzjoni fl-Istat Membru in kwistjoni” għandha tiġi ssostwita bi “... u jista' jagħmillu rakkomandazzjonijiet, skond l-istess proċedura.”;

    ċ)

    fil-paragrafu 2, il-kliem “il-Kunsill f'laqgħa fil-livell tal-Kapijiet ta' l-Istat jew tal-Gvern, u waqt li jkun jaġixxi b'mod unanimu...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “Il-Kunsill Ewropew, li jaġixxi b'mod unanimu...” u l-kliem “...il-Gvern ta' l-Istat Membru in kwistjoni...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “...dan l-Istat Membru...”;

    d)

    il-paragrafi 5 u 6 għandhom jiġu ssostitwiti bit-test li ġej:

    “5.   L-arranġamenti tal-votazzjoni li, għall-fini ta' dan l-Artikolu, japplikaw għall-Parlament Ewropew, għall-Kunsill Ewropew u għall-Kunsill, huma stabbiliti fl-Artikolu 309 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.”

    10)

    L-Artikolu 7a l-ġdid li ġej għandu jiddaħħal:

    “Artikolu 7a

    1.   L-Unjoni għandha tiżviluppa relazzjoni privileġġjata mal-pajjiżi ġirien tagħha, bil-ħsieb li tistabbilixxi żona ta' prosperità u ta' relazzjonijiet tajbin bejn il-ġirien, ibbażata fuq il-valuri ta' l-Unjoni u karatterizzata minn relazzjonijiet mill-qrib u paċifiċi li jserrħu fuq il-kooperazzjoni.

    2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-Unjoni tista' tikkonkludi arranġamenti speċifiċi mal-pajjiżi kkonċernati. Dawn il-ftehim jistgħu jġibu magħhom drittijiet u obbligi reċiproċi kif ukoll il-possibbiltà li jittieħdu azzjonijiet flimkien. L-implimentazzjoni tagħhom għandha tkun soġġetta għal konsultazzjoni perjodika.”

    11)

    Id-dispożizzjonijiet tat-Titolu II għandhom ikunu integrati fit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, hekk kif emendat maż-żmien, li jsir it-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

    PRINĊIPJI DEMOKRATIĊI

    12)

    It-Titolu II u l-Artikolu 8 għandhom jiġu ssostitwiti mill-intestatura l-ġdida u mill-artikoli ġodda 8 sa 8 C li ġejjin:

    “TITOLU II

    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PRINĊIPJI DEMOKRATIĊI

    Artikolu 8

    Fl-attivitajiet kollha tagħha, l-Unjoni għandha tirrispetta l-prinċipju ta' l-ugwaljanza taċ-ċittadini tagħha, li għandhom jingħataw attenzjoni ndaqs mill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi tagħha. Kwalunkwe persuna li għandha ċ-ċittadinanza ta' Stat Membru hija ċittadina ta' l-Unjoni. Iċ-ċittadinanza ta' l-Unjoni għandha tiżdied maċ-ċittadinanza nazzjonali u ma tissostitwihiex.

    Artikolu 8 A

    1.   Il-funzjonament ta' l-Unjoni għandu jkun ibbażat fuq id-demokrazija rappreżentattiva.

    2.   Fil-livell ta' l-Unjoni, iċ-ċittadini huma rappreżentati direttament fil-Parlament Ewropew.

    L-Istati Membri huma rappreżentati fil-Kunsill Ewropew mill-Kap ta' l-Istat jew tal-Gvern tagħhom u fil-Kunsill mill-gvernijiet tagħhom, li jkunu demokratikament responsabbli kemm lejn il-Parlamenti nazzjonali tagħhom, kif ukoll lejn iċ-ċittadini tagħhom.

    3.   Kull ċittadin għandu d-dritt li jipparteċipa fil-ħajja demokratika ta' l-Unjoni. Id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b'mod kemm jista' jkun miftuħ u qrib iċ-ċittadin.

    4.   Il-partiti politiċi fil-livell Ewropew jikkontribwixxu għall-formazzjoni ta' l-għarfien politiku Ewropew u għall-espressjoni tar-rieda taċ-ċittadini ta' l-Unjoni.

    Artikolu 8 B

    1.   L-istituzzjonijiet għandhom, permezz ta' mezzi xierqa, jagħtu liċ-ċittadini u lill-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi l-opportunità li jgħarrfu u jiskambjaw pubblikament l-opinjonijiet tagħhom fl-oqsma ta' azzjoni kollha ta' l-Unjoni.

    2.   L-istituzzjonijiet għandhom iżommu djalogu miftuħ, trasparenti u regolari ma' l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi u mas-soċjetà ċivili.

    3.   Sabiex tassigura li l-azzjonijiet ta' l-Unjoni jkunu koerenti u trasparenti, il-Kummissjoni Ewropea għandha tagħmel konsultazzjonijiet wiesgħa mal-partijiet konċernati.

    4.   Ċittadini ta' l-Unjoni, li l-għadd tagħhom ma jkunx anqas minn miljun, li jkunu ċittadini ta' għadd sinifikanti mill-Istati Membri, jistgħu jieħdu l-inizjattiva li jitolbu lill-Kummissjoni Ewropea, fil-qafas tal-kompetenzi mogħtija lilha, sabiex tippreżenta kull proposta xierqa dwar il-kwistjonijiet fejn iċ-ċittadini jikkunsidraw li jkun meħtieġ att legali ta' l-Unjoni għall-implimentazzjoni tat-Trattati.

    Il-proċeduri u l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-preżentazzjoni ta' tali inizjattiva għandhom ikunu stabbiliti skond l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 21 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 8 Ċ

    Il-Parlamenti nazzjonali għandhom jikkontribwixxu attivament għall-funzjonament tajjeb ta' l-Unjoni:

    a)

    billi jinżammu infurmati mill-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni u billi jintbagħtulhom l-abbozzi ta' l-atti leġislattivi ta' l-Unjoni skond il-Protokoll dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea;

    b)

    billi jassiguraw li l-prinċipju tas-sussidjarjetà jiġi rispettat skond il-proċeduri previsti fil-Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità;

    ċ)

    billi jieħdu sehem, fil-qafas ta' spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, fil-mekkaniżmi ta' valutazzjoni ta' l-implimentazzjoni tal-politika ta' l-Unjoni f'dan l-ispazju, skond l-Artikolu 61 C tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, u billi jinvolvu ruħhom fil-monitoraġġ politiku ta' l-Europol u l-valutazzjoni ta' l-attivitajiet ta' l-Eurojust skond l-Artikoli 69 G u 69 D tat-Trattat imsemmi;

    d)

    billi jieħdu sehem fil-proċeduri ta' reviżjoni tat-Trattati, skond l-Artikolu 48 ta' dan it-Trattat:

    e)

    billi jiġu infurmati bl-applikazzjonijiet għall-adeżjoni ma' l-Unjoni, skond l-Artikolu 49 ta' dan it-Trattat;

    f)

    billi jieħdu sehem fil-kooperazzjoni interparlamentari bejn il-Parlamenti nazzjonali u mal-Parlament Ewropew, skond il-Protokoll dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea.”

    ISTITUZZJONIJIET

    13)

    Id-dispożizzjonijiet tat-Titolu III għandhom jiġu rrevokati. It-Titolu III għandu jiġi ssostitwit bl-intestatura l-ġdida li ġejja:

    14)

    L-Artikolu 9 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “Artikolu 9

    1.   L-Unjoni għandha qafas istituzzjonali maħsub biex jippromwovi l-valuri tagħha, isegwi l-objettivi tagħha, iservi l-interessi tagħha, dawk taċ-ċittadini tagħha u dawk ta' l-Istati Membri, kif ukoll sabiex jassigura l-koerenza, l-effiċjenza u l-kontinwità tal-politika u ta' l-azzjonijiet tagħha.

    L-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni huma:

    il-Parlament Ewropew,

    il-Kunsill Ewropew,

    il-Kunsill,

    il-Kummissjoni Ewropea (min hawn 'il quddiem imsejħa l-‘Kummissjoni’),

    il-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea,

    il-Bank Ċentrali Ewropew,

    il-Qorti ta' l-Awdituri.

    2.   Kull Istituzzjoni għandha taġixxi fil-limiti tal-kompetenzi mogħtija lilha mit-Trattati, u skond il-proċeduri, il-kondizzjonijiet u l-finijiet previsti minnhom. L-istituzzjonijiet għandhom jipprattikaw bejniethom il-kooperazzjoni leali.

    3.   Id-dispożizzjonijiet dwar il-Bank Ċentrali Ewropew u dwar il-Qorti ta' l-Awdituri, kif ukoll id-dispożizzjonijiet dettaljati dwar l-istituzzjonijiet l-oħrajn, jinsabu fit-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

    4.   Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom ikunu assistiti minn Kumitat Ekonomiku u Soċjali u minn Kumitat tar-Reġjuni, li jeżerċitaw funzjonijiet konsultattivi.”

    15)

    L-Artikolu 9 A għandu jiddaħħal:

    “Artikolu 9 A

    1.   Il-Parlament Ewropew għandu, flimkien mal-Kunsill, jeżerċita funzjonijiet leġislattivi u baġitarji. Huwa għandu jeżerċita funzjonijiet ta' kontroll politiku u ta' konsultazzjoni skond il-kondizzjonijiet previsti fit-Trattati. Huwa għandu jeleġġi l-President tal-Kummissjoni.

    2.   Il-Parlament Ewropew għandu jkun magħmul minn rappreżentanti taċ-ċittadini ta' l-Unjoni. Dawn m'għandhomx jaqbżu l-għadd ta' seba' mija u ħamsin, minbarra l-President. Ir-rappreżentanza taċ-ċittadini għandha tkun digressivament proporzjonali, b'mhux anqas minn sitt membri għal kull Stat Membru. Ebda Stat Membru m'għandu jkun allokat aktar minn sitta u disgħin siġġu.

    Il-Kunsill Ewropew għandu jadotta b'unanimità, fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew u bl-approvazzjoni tiegħu, deċiżjoni li tistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew, li tirrispetta l-prinċipji previsti fl-ewwel subparagrafu.

    3.   Il-membri tal-Parlament Ewropew għandhom jiġu eletti għal mandat ta' ħames snin b'vot universali dirett, liberu u sigriet.

    4.   Il-Parlament Ewropew għandu jeleġġi l-President u l-uffiċjali tiegħu minn fost il-membri tiegħu.”

    16)

    L-Artikolu 9 B għandu jiddaħħal:

    “Artikolu 9 B

    1.   Il-Kunsill Ewropew għandu jipprovdi l-Unjoni bl-impetu meħtieġ għall-iżvilupp tagħha u għandu jiddefinixxi d-direzzjonijiet u l-prijoritajiet politiċi ġenerali tagħha. Huwa m'għandux jeżerċita funzjonijiet leġislattivi.

    2.   Il-Kunsill Ewropew għandu jikkonsisti mill-Kapijiet ta' l-Istat jew tal-Gvern ta' l-Istati Membri, flimkien mal-President tiegħu u mal-President tal-Kummissjoni. Ir-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà għandu jipparteċipa fil-ħidma tiegħu.

    3.   Il-Kunsill Ewropew għandu jiltaqa' darbtejn kull sitt xhur, fuq sejħa mill-President tiegħu. Meta jkun meħtieġ skond l-aġenda, il-membri tal-Kunsill Ewropew jistgħu jiddeċiedu li kull wieħed ikun assistit minn ministru u, fil-każ tal-President tal-Kummissjoni, minn membru tal-Kummissjoni. Meta s-sitwazzjonitkun teħtieġ, il-President għandu jsejjaħ laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew.

    4.   Id-deċiżjonijiet tal-Kunsill Ewropew għandhom jittieħdu b'konsensus, ħlief fejn it-Trattati jipprovdu mod ieħor.

    5.   Il-Kunsill Ewropew għandu jeleġgi l-President tiegħu b'maġġoranza kwalifikata għal perijodu ta' sentejn u nofs, li jista' jiġġedded darba. F'każijiet ta' impediment jew ta' imġieba ħażina serja, l-Kunsill Ewropew jista' jtemm il-mandat tiegħu skond l-istess proċedura.

    6.   Il-President tal-Kunsill Ewropew:

    a)

    għandu jippresjedi u jmexxi 'l quddiem il-ħidma tal-Kunsill Ewropew;

    b)

    għandu jassigura t-tħejjija u l-kontinwità tal-ħidma tal-Kunsill Ewropew f'kooperazzjoni mal-President tal-Kummissjoni, u abbażi tal-ħidma tal-Kunsill ta' l-Affarijiet Ġenerali;

    ċ)

    għandu jaħdem biex jiffaċilita l-koeżjoni u l-konsensus fi ħdan il-Kunsill Ewropew;

    d)

    għandu jippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew wara kull laqgħa tal-Kunsill Ewropew.

    Il-President tal-Kunsill Ewropew għandu, fil-livell tiegħu u fil-kapaċità tiegħu, jassigura r-rappreżentanza esterna ta' l-Unjoni dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-politika barranija u ta' sigurtà komuni, mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tar-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.

    Il-President tal-Kunsill Ewropew m' għandux ikollu kariga nazzjonali.”

    17)

    L-Artikolu 9 C għandu jiddaħħal:

    “Artikolu 9 C

    1.   Il-Kunsill, flimkien mal-Parlament Ewropew, għandu jeżerċita funzjonijiet leġislattivi u baġitarji. Huwa għandu jeżerċita funzjonijiet ta' tfassil ta' politika u ta' koordinazzjoni skond il-kondizzjonijiet previsti fit-Trattati.

    2.   Il-Kunsill għandu jkun kompost minn rappreżentant ta' kull Stat Membru fil-livell ministerjali, li jista' jimpenja lill-gvern ta' l-Istat Membru li hu jirrapreżenta u jivvota għalih.

    3.   Id-deċiżjonijiet tal-Kunsill għandhom jittieħdu b'maġġoranza kwalifikata, ħlief fejn it-Trattati jipprovdi mod ieħor.

    4.   Mill-1 ta' Novembru 2014, il-maġġoranza kwalifikata għandha tkun definita bħala li hija daqs mill-inqas 55 % tal-membri tal-Kunsill, li tinkludi mill-inqas ħmistax fosthom u li tirrappreżenta Stati Membri li flimkien jinkludu mill-inqas 65 % tal-popolazzjoni ta' l-Unjoni.

    Minoranza li timblokka għandha tinkludi mill-inqas erba' membri tal-Kunsill, u fin-nuqqas ta' dan għandu jitqies li ntlaħqet il-maġġoranza kwalifikata.

    L-arranġamenti l-oħra li jirregolaw il-votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata għandhom ikunu stabbiliti skond l-Artikolu 205(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

    5.   Id-dispożizzjonijiet transitorji dwar id-definizzjoni tal-maġġoranza kwalifikata li għandhom japplikaw sal-31 ta' Ottubru 2014, kif ukoll dawk li ser ikunu applikabbli bejn l-1 ta' Novembru 2014 u l-31 ta' Marzu 2017, għandhom ikunu stabbiliti mill-protokoll dwar id-dispożizzjonijiet transitorji.

    6.   Il-Kunsill jiltaqa' f'formazzjonijiet differenti, li l-lista tagħhom għandha tkun adottata skond l-Artikolu 201b tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

    Il-Kunsill ta' l-Affarijiet Ġenerali għandu jara li jkun hemm konsistenza fil-ħidma tal-formazzjonijiet differenti tal-Kunsill. Huwa għandu jħejji u jassigura s-segwitu tal-laqgħat tal-Kunsill Ewropew, flimkien mal-President tal-Kunsill Ewropew u l-Kummissjoni.

    Il-Kunsill ta' l-Affarijiet Barranin għandu jelabora l-azzjoni esterna ta' l-Unjoni skond il-linji gwida strateġiċi stabbiliti mill-Kunsill Ewropew, u jassigura li l-azzjoni ta' l-Unjoni tkun konsistenti.

    7.   Kumitat ta' Rappreżentanti Permanenti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri għandu jkun responsabbli biex iħejji l-ħidma tal-Kunsill.

    8.   Il-Kunsill għandu jiltaqa' fil-pubbliku meta jiddelibera u jivvota fuq abbozz ta' att leġislattiv. Għal dan l-għan, kull laqgħa tal-Kunsill għandha tkun maqsuma f'żewġ partijiet, li jittrattaw rispettivament id-deliberazzjonijiet dwar l-atti legislattivi ta' l-Unjoni u l-attivitajiet mhux leġislattivi ta' l-Unjoni.

    9.   Il-Presidenza tal-formazzjonijiet tal-Kunsill, minbarra dik ta' l-Affarijiet Barranin, għandha tinżamm mir-rappreżentanti ta' l-Istati Membri fi ħdan il-Kunsill skond sistema ta' rotazzjoni ndaqs, fil-kondizzjonijiet stabbiliti skond l-Artikolu 201b tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.”.

    18)

    L-Artikolu 9 D għandu jiddaħħal:

    “Artikolu 9 D

    1.   Il-Kummissjoni Ewropea għandha tippromwovi l-interess ġenerali ta' l-Unjoni u tieħu l-inizjattivi xierqa għal dan il-għan. Hija għandha tissorvelja l-applikazzjoni tat-Trattati kif ukoll tal-miżuri adottati mill-Istituzzjonijiet skond dawn it-Trattati. Hija għandha tissorvelja l-implimentazzjoni tad-dritt ta' l-Unjoni taħt il-kontroll tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea. Hija għandha teżegwixxi l-baġit u tamministra l-programmi. Għandha teżerċita funzjonijiet ta' koordinazzjoni, eżekuzzjoni u amministrazzjoni, skond il-kondizzjonijiet previsti fit-Trattati. Bl-eċċezzjoni tal-politika barranija u ta' sigurtà komuni, u ta' każijiet oħrajn previsti fit-Trattati, hija għandha tassigura r-rappreżentanza esterna ta' l-Unjoni. Hija għandha tieħu l-inizjattiva għall-programmazzjoni annwali u pluriennali ta' l-Unjoni biex jintlaħqu ftehim interistituzzjonali.

    2.   L-atti leġislattivi ta' l-Unjoni ma jistgħux jiġu adottati ħlief fuq proposta tal-Kummissjoni, ħlief fejn it-Trattati jipprovdu mod ieħor. L-atti l-oħrajn għandhom jiġu adottati fuq proposta tal-Kummissjoni meta t-Trattati jipprovdu hekk.

    3.   Il-mandat tal-Kummissjoni għandu jkun ta' ħames snin.

    Il-membri tal-Kummissjoni għandhom jintgħażlu abbażi tal-kompetenza ġenerali tagħhom u ta' l-impenn Ewropew tagħhom u minn fost persuni li ma jkun hemm l-ebda dubju dwar l-indipendenza tagħhom.

    Il-Kummissjoni għandha twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha b'indipendenza totali. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9E(2), il-membri tal-Kummissjoni la għandhom ifittxu u lanqas għandhom jaċċettaw istruzzjonijiet minn xi gvern, xi istituzzjoni, korp jew organu. Huma għandhom iżommu lura minn kull azzjoni li ma tkunx kompatibbli mal-funzjonijiet tagħhom jew mat-twettiq tal-kompiti tagħhom.

    4.   Il-Kummissjoni maħtura bejn id-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona u l-31 ta' Ottubru 2014, għandha tkun magħmula minn ċittadin wieħed minn kull Stat Membru, inklużi l-President tagħha u r-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, li għandu jkun wieħed mill-Viċi-Presidenti tagħha.

    5.   Mill-1 ta' Novembru 2014, il-Kummissjoni għandha tkun magħmula minn għadd ta' membri, inklużi l-President tagħha u r-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, li jikkorrispondi għal żewġ terzi ta' l-għadd ta' Stati Membri, sakemm il-Kunsill Ewropew, li jaġixxi b'mod unanimu, ma jiddeċidix li jbiddel dan l-għadd.

    Il-membri tal-Kummissjoni għandhom jintgħażlu minn fost iċ-ċittadini ta' l-Istati Membri skond sistema ta' rotazzjoni strettament indaqs bejn l-Istati Membri li tirrifletti l-firxa demografika u ġeografika ta' l-Istati Membri kollha. Din is-sistema għandha tkun stabbilita b'unanimità mill-Kunsill Ewropew skond l-Artikolu 211a tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

    6.   Il-President tal-Kummissjoni għandu:

    a)

    jistabbilixxi l-linji gwida li fuqhom għandha taħdem il-Kummissjoni;

    b)

    jiddeċiedi dwar l-organizzazzjoni interna tal-Kummissjoni, biex jassigura l-koerenza, l-effiċjenza u l-kolleġġjalità ta' l-azzjoni tagħha;

    ċ)

    jaħtar Viċi-Presidenti, barra r-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, minn fost il-membri tal-Kummissjoni.

    Membru tal-Kummissjoni għandu jirriżenja jekk jiġi mitlub jagħmel hekk mill-President. Ir-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà għandu jirriżenja, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 9E(1), jekk jiġi mitlub jagħmel hekk mill-President .

    7.   Waqt li jitqiesu l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, u wara konsultazzjonijiet xierqa, il-Kunsill Ewropew, li jaġixxi b'maġgoranza kwalifikata, għandu jipproponi lill-Parlament Ewropew kandidat għall-funzjoni ta' President tal-Kummissjoni. Dan il-kandidat għandu jkun elett mill-Parlament Ewropew b'maġgoranza tal-membri tiegħu. Jekk dan ma jiksibx il-maġġoranza, il-Kunsill Ewropew, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, għandu fi żmien xahar jipproponi kandidat ġdid li għandu jiġi elett mill-Parlament Ewropew skond l-istess proċedura.

    Il-Kunsill, bi ftehim komuni mal-President elett, għandu jadotta l-lista tal-persuni l-oħra li l-Kunsill jipproponi li jaħtar bħala membri tal-Kummissjoni. Huma għandhom jintgħażlu abbażi ta' suġġerimenti magħmula mill-Istati Membri, skond il-kriterji previsti fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3, u fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5.

    Il-President, ir-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-membri l-oħrajn tal-Kummissjoni għandhom ikunu soġġetti bħala grupp għal vot ta' approvazzjoni mill-Parlament Ewropew. Abbażi ta' din l-approvazzjoni l-Kummissjoni għandha tinħatar mill-Kunsill Ewropew, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata.

    8.   Il-Kummissjoni bħala grupp għandha tkun responsabbli quddiem il-Parlament Ewropew. Il-Parlament Ewropew jista' jadotta mozzjoni ta' ċensura tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 201 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea. Jekk tali mozzjoni tkun adottata, il-membri tal-Kummissjoni għandhom jirriżenjaw kollettivament u r-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà għandu jirriżenja mill-funzjonijiet li jeżerċita fi ħdan il-Kummissjoni.”

    19)

    L-Artikolu 9 E l-ġdid li ġej għandu jiddaħħal:

    “Artikolu 9 E

    1.   Il-Kunsill Ewropew, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, bi ftehim mal-President tal-Kummissjoni, għandu jaħtar ir-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà. Il-Kunsill Ewropew jista' jtemm il-mandat tiegħu bl-istess proċedura.

    2.   Ir-Rappreżentant Għoli għandu jmexxi l-politika barranija u ta' sigurtà komuni ta' l-Unjoni. Huwa għandu jikkontribwixxi bil-proposti tiegħu għall-iżvilupp ta' din il-politika u jwettaqha bħala mandatarju tal-Kunsill. L-istess għandu japplika għall-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni.

    3.   Ir-Rappreżentant Għoli jippresjedi l-Kunsill ta' l-Affarijiet Barranin.

    4.   Ir-Rappreżentant Għoli għandu jkun wieħed mill-Viċi-Presidenti tal-Kummissjoni. Huwa għandu jassigura l-koerenza ta' l-azzjoni esterna ta' l-Unjoni. Huwa għandu jkun responsabbli fi ħdan il-Kummissjoni għar-responsabbiltajiet tagħha fil-qasam tar-relazzjonijiet esterni u għall-koordinazzjoni ta' aspetti oħra ta' l-azzjoni esterna ta' l-Unjoni. Fl-eżerċizzju ta' dawn ir-responsabbiltajiet fi ħdan il-Kummissjoni, u għal dawn ir-responsabbiltajiet biss, ir-Rappreżentant Għoli għandu jkun marbut bil-proċeduri li jirregolaw il-funzjonament tal-Kummissjoni sakemm dan ikun kompatibbli mal-paragrafi 2 u 3.”.

    20)

    L-Artikolu 9 F għandu jiddaħħal:

    “Artikolu 9 F

    1.   Il-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea għandha tinkludi l-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti Ġenerali u l-qrati speċjalizzati. Hija għandha tara li d-dritt ikun rispettat fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tat-Trattati.

    L-Istati Membri għandhom jipprovdu r-rimedji meħtieġa sabiex jassiguraw protezzjoni legali effettiva fl-oqsma koperti mid-dritt ta' l-Unjoni.

    2.   Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tkun komposta minn imħallef wieħed minn kull Stat Membru. Għandha tkun assistita minn avukati-ġenerali.

    Il-Qorti Ġenerali għandha tinkludi mill-inqas imħallef wieħed minn kull Stat Membru.

    L-imħallfin u l-avukati ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-imħallfin tal-Qorti Ġenerali għandhom jintgħażlu minn fost persuni li ma jkun hemm l-ebda dubju dwar l-indipendenza tagħhom u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 223 u 224 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea. Huma għandhom jinħatru bi ftehim komuni bejn il-gvernijiet ta' l-Istati Membri għal sitt snin. L-imħallfin u l-avukati ġenerali li l-mandat tagħhom ikun spiċċa jistgħu jinħatru mill-ġdid.

    3.   Il-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea għandha taġixxi skond it-Trattati sabiex:

    a)

    tiddeċiedi dwar rikorsi miġjuba minn Stat Membru, istituzzjoni jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi;

    b)

    tagħti deċiżjonijiet preliminari, fuq talba tal-qrati nazzjonali, fuq l-interpretazzjoni tad-dritt ta' l-Unjoni jew fuq il-validità ta' atti adottati mill-istituzzjonijiet;

    ċ)

    tiddeċiedi f'każijiet oħra kif previst fit-Trattati.”

    21)

    Id-dispożizzjonijiet tat-Titolu għandhom ikunu integrati fit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, hekk kif emendat maż-żmien.

    KOOPERAZZJONI MSAĦĦA

    22)

    It-titolu IV jirriproduċi l-intestatura tat-Titolu VII, li jsir “DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KOOPERAZZJONI MSAĦĦA”, u l-Artikoli 27A sa 27 E, l-Artikoli 40 sa 40 B u l-Artikoli 43 sa 45 għandhom jiġu ssostitwiti bl-Artikolu 10 li ġej, li jissostitwixxi wkoll l-Artikoli 11 u 11A tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. Dawn l-Artikoli jiġu sostitwiti wkoll mill-Artikoli 280 A sa 280 I tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, kif jidher fl-Artikolu 2, punt 278) ta' dan it-Trattat:

    “Artikolu 10

    1.   L-Istati Membri li jixtiequ jistabbilixxu kooperazzjoni msaħħa bejniethom fil-qafas tal-kompetenzi mhux esklużivi ta' l-Unjoni jistgħu jagħmlu użu mill-istituzzjonijiet tagħha u jistgħu jeżerċitaw dawn il-kompetenzi billi japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattati soġġett għal-limiti u skond l-arranġamenti previsti f'dan l-Artikolu, kif ukoll skond l-Artikoli 280 A sa 280 I tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

    Il-kooperazzjonijiet imsaħħa għandhom jimmiraw sabiex jiffavorixxu l-kisba ta' l-objettivi ta' l-Unjoni, sabiex iħarsu l-interessi tagħha u jsaħħu l-proċess ta' integrazzjoni tagħha. Dawn il-kooperazzjonijiet għandhom ikunu miftuħa għall-Istati Membri kollha f'kull ħin, skond l-Artikolu 280 C tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

    2.   Id-deċiżjoni li tawtorizza l-kooperazzjoni msaħħa għandha tiġi adottata mill-Kunsill bħala l-aħħar għażla meta jistabbilixxi li l-objettivi ta' dik il-kooperazzjoni ma jistgħux jintlaħqu fi żmien raġonevoli mill-Unjoni sħiħa, u bil-kondizzjoni li mill-inqas disa' Stati Membri jipparteċipaw fiha. Il-Kunsill għandu jaġixxi skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 280 D tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

    3.   Il-membri kollha tal-Kunsill jistgħu jipparteċipaw fid-deliberazzjonijiet tiegħu, iżda l-membri tal-Kunsill li jirrappreżentaw l-Istati Membri li jkunu qed jipparteċipaw f'kooperazzjoni msaħħa biss jistgħu jivvotaw. L-arranġamenti tal-votazzjoni huma previsti fl-Artikolu 280 E tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

    4.   L-atti adottati fil-qafas ta' kooperazzjoni msaħħa għandhom jorbtu biss l-Istati Membri li jipparteċipaw. M'għandhomx jitqiesu bħala parti mill-acquis li għandu jiġi aċċettat mill-Istati li huma kandidati għall-adeżjoni ma' l-Unjoni.”

    23)

    L-intestatura tat-Titolu V għandha tiġi ssostitwita bl-intestatura li ġejja: “DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI DWAR L-AZZJONI ESTERNA TA' L-UNJONI U DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR IL-POLITIKA BARRANIJA U TA' SIGURTÀ KOMUNI”

    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI DWAR L-AZZJONI ESTERNA

    24)

    Il-kapitolu l-ġdid numru 1 u l-Artikoli ġodda 10 A u 10 B li ġejjin għandhom jiddaħħlu:

    “KAPITOLU I

    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI DWAR L-AZZJONI ESTERNA TA' L-UNJONI

    Artikolu 10 A

    1.   L-azzjoni ta' l-Unjoni fix-xena internazzjonali għandha tkun gwidata mill-prinċipji li ispiraw il-ħolqien, l-iżvilupp u t-tkabbir tagħha u li hija tfittex li tippromwovi fil-bqija tad-dinja: id-demokrazija, l-Istat tad-dritt, l-universalità u l-indiviżibbiltà tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-prinċipji ta' l-ugwaljanza u s-solidarjetà, u r-rispett għall-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u tad-dritt internazzjonali.

    L-Unjoni għandha tfittex li tiżviluppa relazzjonijiet u tibni sħubija mal-pajjiżi terzi u ma' l-organizzazzjonijiet internazzjonali, reġjonali jew globali, li jikkondividu l-prinċipji msemmija fl-ewwel subparagrafu. Hija għandha tippromwovi soluzzjonijiet multilaterali għal problemi komuni, b'mod partikolari fil-qafas tan-Nazzjonijiet Uniti.

    2.   L-Unjoni għandha tiddefinixxi u twettaq politika u azzjonijiet komuni, u għandha taħdem biex tassigura grad għoli ta' kooperazzjoni fl-oqsma kollha tar-relazzjonijiet internazzjonali, sabiex:

    a)

    tissalvagwardja l-valuri, l-interessi fundamentali, is-sigurtà, l-indipendenza u l-integrità tagħha;

    b)

    tikkonsolida u tappoġġa d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipji tad-dritt internazzjonali;

    ċ)

    tippreserva l-paċi, tipprevjeni l-kunflitti u ssaħħaħ is-sigurtà internazzjonali skond l-għanijiet u l-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, kif ukoll skond il-prinċipji ta' l-Att Finali ta' Helsinki u skond l-objettivi tal-Karta ta' Pariġi, inklużi dawk dwar il-fruntieri esterni;

    d)

    tagħti appoġġ għall-iżvilupp sostenibbli fuq il-pjan ekonomiku, soċjali u ambjentali tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, bl-għan primarju li jinqered il-faqar;

    e)

    tinkoraġġixxi l-integrazzjoni tal-pajjiżi kollha fl-ekonomija dinjija, permezz tat-tneħħija progressiva tar-restrizzjonijiet fuq il-kummerċ internazzjonali;

    f)

    tgħin biex jiġu żviluppati miżuri internazzjonali sabiex tiġi preservata u mtejba l-kwalità ta' l-ambjent u l-immaniġġjar sostenibbli tar-riżorsi naturali globali, sabiex jiġi assigurat l-iżvilupp sostenibbli;

    g)

    tgħin lill-popolazzjonijiet, il-pajjiżi u r-reġjuni li jiffaċċjaw diżastri naturali jew ikkaġunati mill-bniedem; u

    h)

    tippromwovi sistema internazzjonali bbażata fuq kooperazzjoni multilaterali msaħħa u t-tmexxija globali tajba.

    3.   L-Unjoni għandha tirrispetta l-prinċipji u tfittex li tilħaq l-objettivi stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni ta' l-azzjoni esterna tagħha fl-oqsma differenti koperti minn dan it-Titolu u mill-ħames parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, kif ukoll fil-politika l-oħra tagħha fl-aspetti esterni tagħha.

    L-Unjoni għandha tara li jkun hemm koerenza bejn l-oqsma differenti ta' l-azzjoni esterna tagħha u bejn dawn u l-politika l-oħra tagħha. Il-Kunsill u l-Kummissjoni, assistiti mir-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandhom jassiguraw dik il-koerenza u għandhom jikkooperaw għal dan il-għan.

    Artikolu 10 B

    1.   Abbażi tal-prinċipji u l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 10 A, il-Kunsill Ewropew għandu jidentifika l-interessi u l-objettivi strateġiċi ta' l-Unjoni.

    Id-deċiżjonijiet tal-Kunsill Ewropew dwar l-interessi u l-objettivi strateġiċi ta' l-Unjoni għandhom jirrigwardaw il-politika barranija u ta' sigurtà komuni u oqsma oħra ta' azzjoni esterna ta' l-Unjoni. Dawn id-deċiżjonijiet jistgħu jikkonċernaw ir-relazzjonijiet ta' l-Unjoni ma' pajjiż jew reġjun speċifiku jew jista' jkollhom approċċ tematiku. Dawn għandhom jiddefinixxu d-durata tagħhom, u l-mezzi li għandhom jipprovdu l-Unjoni u l-Istati Membri.

    Il-Kunsill Ewropew għandu jaġixxi b'mod unanimu fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill, adottata minn dan ta' l-aħħar skond l-arranġamenti stabbiliti għal kull qasam. Id-deċiżjonijiet tal-Kunsill Ewropew għandhom jiġu implimentati skond il-proċeduri previsti fit-Trattati.

    2.   Ir-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għall-qasam tal-politika barranija u ta' sigurtà komuni, u l-Kummissjoni għall-oqsma l-oħra ta' azzjoni esterna, jistgħu jippreżentaw proposti konġunti lill-Kunsill.”

    POLITIKA BARRANIJA U TA' SIGURTÀ KOMUNI

    25)

    L-intestaturi li ġejjin għandhom jiddaħħlu:

    26)

    L-Artikolu 10 C l-ġdid li ġej għandu jiddaħħal:

    “Artikolu 10 C

    L-azzjoni ta' l-Unjoni fix-xena internazzjonali, skond dan il-kapitolu, għandha tkun gwidata mill-prinċipji, għandha tfittex li tilħaq l-objettivi u għandha titwettaq skond id-dispożizzjonijiet ġenerali previsti fil-Kapitolu 1.”

    27)

    L-Artikolu 11 għandu jiġi emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 1 għandu jiġi ssostitwit biż-żewġ paragrafi li ġejjin:

    “1.   Il-kompetenza ta' l-Unjoni f'materji ta' politika barranija u ta' sigurtà komuni għandha tkopri l-oqsma kollha tal-politika barranija u l-kwistjonijiet kollha li għandhom x'jaqsmu mas-sigurtà ta' l-Unjoni, inkluż it-tfassil progressiv ta' politika ta' difiża komuni, li tista' twassal għal difiża komuni.

    Il-politika barranija u ta' sigurtà komuni hija soġġetta għal regoli u proċeduri speċifiċi. Hija għandha tkun definita u implimentata mill-Kunsill Ewropew u mill-Kunsill li jaġixxu b'mod unanimu, ħlief fejn it-Trattati jipprovdu mod ieħor. L-adozzjoni ta' atti leġislattivi għandha tkun eskluża. Il-politika barranija u ta' sigurtà komuni għandha titwettaq mir-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u mill-Istati Membri, skond it-Trattati. Ir-rwoli speċifiċi tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni f'dan il-qasam huma definiti mit-Trattati. Il-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea m'għandhiex ikollha ġurisdizzjoni fir-rigward ta' dawn id-dispożizzjonijiet, ħlief għall-kompetenza tagħha li tissorvelja l-konformità ma' l-Artikolu 25b ta' dan it-Trattat u sabiex tikkontrolla l-legalità ta' ċerti deċiżjonijiet previsti fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 240a tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

    2.   Fil-qafas tal-prinċipji u l-objettivi ta' l-azzjoni esterna tagħha, l-Unjoni għandha tmexxi, tiddefinixxi u timplimenta politika barranija u ta' sigurtà komuni bbażata fuq l-iżvilupp ta' solidarjetà politika reċiproka bejn l-Istati Membri, fuq l-identifikazzjoni ta' kwistjonijiet ta' interess ġenerali u t-twettiq ta' konverġenza dejjem akbar ta' l-azzjonijiet ta' l-Istati Membri.”

    (b)

    il-paragrafu 2, innumerat mill-ġdid bħala 3, għandu jiġi emendat kif ġej:

    (i)

    fl-ewwel subparagrafu, il-kliem li ġejjin għandhom jiżdiedu fl-aħħar:

    “... u għandhom jirrispettaw l-azzjoni ta' l-Unjoni f'dan il-qasam.”;

    (ii)

    it-tielet subparagrafu għandu jiġi ssostitwit bi “Il-Kunsill u r-Rappreżentant Għoli għandhom jassiguraw li dawn il-prinċipji jkunu rispettati.”

    28)

    L-Artikolu 12 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “Artikolu 12

    L-Unjoni għandha twettaq il-politika barranija u ta' sigurtà komuni billi:

    a)

    tiddefinixxi l-linji gwida ġenerali;

    b)

    tadotta deċiżjonijiet li jiddefinixxu:

    i)

    l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu mill-Unjoni;

    ii)

    il-pożizzjonijiet li għandhom jittieħdu mill-Unjoni;

    iii)

    l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet previsti fil-punti i) u ii);

    u

    ċ)

    billi ssaħħaħ il-kooperazzjoni sistematika bejn l-Istati Membri fit-twettiq tal-politika tagħhom.”

    29)

    L-Artikolu 13 għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    fil-paragrafu 1, il-kliem “...jiddefinixxi l-prinċipji u l-linji ta' gwida ġenerali...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... jidentifika l-interessi strateġiċi ta' l-Unjoni, jistabbilixxi l-objettivi u jiddefinixxi l-linji gwida ġenerali...” u s-sentenza li ġejja għandha tiġi miżjuda: “Huwa għandu jadotta d-deċiżjonijiet meħtieġa.”; is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied:

    “Jekk l-iżviluppi internazzjonali ikunu jeħtieġu dan, il-President tal-Kunsill Ewropew għandu jsejjaħ laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew sabiex jiddefinixxi l-linji strateġiċi tal-politika ta' l-Unjoni fir-rigward ta' dawn l-iżviluppi.”

    b)

    il-paragrafu 2 għandu jitħassar u l-paragrafu 3 għandu jiġi nnumerat mill-ġdid bħala 2. L-ewwel subparagrafu għandu jiġi sostitwit bit-test li ġej: “Il-Kunsill għandu jfassal il-politika barranija u ta' sigurtà komuni u jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa għad-definizzjoni u għall-implimentazzjoni ta' din il-politika, abbażi tal-linji gwida ġenerali u l-linji strateġiċi definiti mill-Kunsill Ewropew.” It-tieni subparagrafu għandu jitħassar. Fit-tielet subparagrafu, li għandu jsir it-tieni subparagrafu, il-kliem “...għandu jassigura...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... u r-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà għandhom jassiguraw...”.

    ċ)

    il-paragrafu l-ġdid li ġej għandu jiżdied:

    “3.   Il-politika barranija u ta' sigurtà komuni għandha tiġi eżegwita mir-Rappreżentant Għoli u mill-Istati Membri, bl-użu tar-riżorsi nazzjonali u dawk ta' l-Unjoni.”

    30)

    L-Artikolu 13a l-ġdid li ġej għandu jiddaħħal:

    “Artikolu 13a

    1.   Ir-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, li għandu jippresjedi l-Kunsill ta' l-Affarijiet Barranin, għandu jikkontribwixxi permezz tal-proposti tiegħu għat-tħejjija tal-politika barranija u ta' sigurtà komuni u għandu jassigura l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet adottati mill-Kunsill Ewropew u mill-Kunsill.

    2.   Ir-Rappreżentant Għoli għandu jirrappreżenta lill-Unjoni f'materji li għandhom x'jaqsmu mal-politika barranija u ta' sigurtà komuni. Huwa għandu jmexxi djalogu politiku ma' partijiet terzi f' isem l-Unjoni u għandu jesprimi l-pożizzjoni ta' l-Unjoni fl-organizzazzjonijiet internazzjonali u fil-konferenzi internazzjonali.

    3.   Fit-twettiq tal-mandat tiegħu, ir-Rappreżentant Għoli għandu jiġi assistit minn Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna. Dan is-servizz għandu jaħdem f'kooperazzjoni mas-servizzi diplomatiċi ta' l-Istati Membri u għandu jkun magħmul minn uffiċjali mid-dipartimenti rilevanti tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u tal-Kummissjoni kif ukoll minn persunal issekondat mis-servizzi diplomatiċi nazzjonali. L-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandhom jiġu stabbiliti b'deċiżjoni tal-Kunsill. Il-Kunsill għandu jaġixxi fuq proposta tar-Rappreżentant Għoli, wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew u l-approvazzjoni tal-Kummissjoni.”

    31)

    L-Artikolu 14 għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    fl-ewwel paragrafu, l-ewwel żewġ sentenzi għandhom jiġu ssostitwiti bis-sentenza li ġejja: “Meta s-sitwazzjoni internazzjonali teħtieġ azzjoni operattiva mill-Unjoni, l-Kunsill għandu jadotta d-deċiżjonijiet meħtieġa.”;

    b)

    Il-paragrafu 2 isir it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, u l-paragrafi li jiġu wara jiġu numerati mill-ġdidi b'konsegwenza..Fl-ewwel sentenza, il-kliem “...għal azzjoni konġunta,” għandhom jiġu ssostitwiti bi “...għal deċiżjoni prevista fil-paragrafu 1” u l-kelma “azzjoni” għandha tiġi ssostitwita b' “deċiżjoni”. L-aħħar sentenza għandha titħassar;

    ċ)

    fil-paragrafu 3 li jsir il-paragrafu 2, il-kliem “... l-azzjonijiet konġunti” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... id-deċiżjonijiet previsti fil-paragrafu 1...”;

    d)

    il-paragrafu 4 attwali għandu jitħassar u konsegwentement il-paragrafi li jsegwu għandhom jiġu nnumerati mill-ġdid;

    e)

    fil-paragrafu 5, innumerat mill-ġdid bħala 3, l-ewwel sentenza, il-kliem “... fuq azzjoni konġunta, l-informazzjoni għandha tiġi mogħtija kmieni biżżejjed biex tagħti lok,” għandhom jiġu ssostitwiti bi “....fuq deċiżjoni prevista fil-paragrafu 1, l-informazzjoni mill-Istati Membru konċernat għandha tingħata fi żmien li jippermetti...” u l-kelma “għal” għandha titħassar;

    f)

    fil-paragrafu 6, innumerat mill-ġdid bħala 4, l-ewwel sentenza, il-kliem “... fin-nuqqas ta' deċiżjoni tal-Kunsill,” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... fin-nuqqas tad-Deċiżjoni tal-Kunsill prevista fil-paragrafu 1,” u l-kliem “... ta' azzjoni konġunta” għandhom jiġu ssostitwit bi “... tad-deċiżjoni msemmija.”;

    g)

    fil-paragrafu 7, innumerat mill-ġdid bħala 5, fl-ewwel sentenza l-kliem “... azzjoni konġunta” għandhom jiġu ssostitwiti bi “deċiżjoni prevista f'dan l-Artikolu” u fit-tieni sentenza l-kliem “ta' l-azzjoni konġunta” għandhom jiġu ssostitwiti bi “tad-deċiżjoni prevista fil-paragrafu 1”.

    32)

    Fl-Artikolu 15, il-kliem fil-bidu: “Il-Kunsill għandu jadotta pożizzjonijiet komuni. Il-Pożizzjonijiet komuni għandhom jiddefinixxu...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “Il-Kunsill għandu jadotta deċiżjonijiet li jiddefinixxu...” u l-aħħar kelma “komuni” għandha tiġi ssostitwita bi “ta' l-Unjoni”.

    33)

    Għandu jiddaħħal Artikolu 15a bil-formulazzjoni ta' l-Artikolu 22, bl-emendi li ġejjin:

    a)

    fil-paragrafu 1, il-kliem “L-Istati Membri jew il-Kummissjoni jistgħu jirreferu lill-Kunsill...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “Kull Stat Membru, ir-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, jew ir-Rappreżentant Għoli bl-appoġġ tal-Kummissjoni, jistgħu jirreferu lill-Kunsill...” u l-kliem “....jissottomettu proposti...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “...jippreżentaw, rispettivament, inizjattivi jew proposti ...”.

    b)

    fil-paragrafu 2, il-kliem “il-Presidenza” għandhom jiġu ssostitwiti bi “ir-Rappreżentant Għoli ...” u l-kliem “, jew fuq talba tal-Kummissjoni jew ta' Stat Membru għandha tlaqqa'”, bi “, jew fuq it-talba ta' Stat Membru, għandu jlaqqa'”.

    34)

    Għandu jiddaħħal Artikolu 15b bil-formulazzjoni ta' l-Artikolu 23, bl-emendi li ġejjin:

    a)

    fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej: “Id-deċiżjonijiet taħt dan it-Titolu għandhom jittieħdu mill-Kunsill Ewropew u mill-Kunsill li jaġixxu b'mod unanimu, ħlief fil-każijiet fejn dan il-kapitolu jipprovdi mod ieħor. L-adozzjoni ta' atti leġislattivi għandha tkun eskluża.” u l-aħħar sentenza tat-tieni subparagrafu għandha tiġi ssostitwita bit-test li ġej: “Jekk il-membri tal-Kunsill li jikkwalifikaw l-astensjoni tagħhom b'dan il-mod jirrappreżentaw mill-inqas terz ta' l-Istati Membri li jinkludu mill-inqas terz tal-popolazzjoni ta' l-Unjoni, id-deċiżjoni m'għandhiex tiġi adottata.”;

    b)

    il-paragrafu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:

    i)

    l-ewwel inċiż għandu jiġi ssostitwit biż-żewġ inċiżi li ġejjin:

    “—

    meta jadotta deċiżjoni li tiddefinixxi azzjoni jew pożizzjoni ta' l-Unjoni abbażi ta' deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew dwar l-interessi u l-objettivi strateġiċi ta' l-Unjoni, kif previst fl-Artikolu 10B(1);

    meta jadotta deċiżjoni li tiddefinixxi azzjoni jew pożizzjoni ta' l-Unjoni, fuq proposta preżentata mir-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà wara talba speċifika lilu mill-Kunsill Ewropew fuq inizjattiva ta' dan stess jew fuq dik tar-Rappreżentant Għoli;”

    ii)

    fit-tieni inċiż, li sar it-tielet inċiż, il-kliem “...azzjoni konġunta jew pożizzjoni komuni,” għandhom jiġu ssostitwiti bi “...deċiżjoni li tiddefinixxi azzjoni jew pożizzjoni ta' l-Unjoni,”;

    iii)

    fit-tieni subparagrafu, l-ewwel sentenza, il-kelma “importanti” għandha tiġi sostiwita bi “vitali”; l-aħħar sentenza għandha tiġi ssostitwita bit-test li ġej: “Ir-Rappreżentant Għoli jfittex, b'konsultazzjoni mill-qrib ma' l-Istat Membru kkonċernat, soluzzjoni aċċettabbli għal dan ta' l-aħħar. Fin-nuqqas ta' riżultat, il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jitlob li l-kwistjoni titressaq quddiem il-Kunsill Ewropew għal deċiżjoni b'unanimità.”;

    iv)

    it-tielet subparagrafu għandu jiġi ssostitwit mill-paragrafu 3 l-ġdid li ġej, fejn l-aħħar subparagrafu għandu jiġi nnumerat mill-ġdid bħala 4 u l-paragrafu 3 għandu jiġi nnumerat mill-ġdid bħala 5:

    “3.   Il-Kunsill Ewropew jista', b'mod unanimu, jadotta deċiżjoni li tipprevedi li l-Kunsill jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata f'każijiet oħra minbarra dawk previsti fil-paragrafu 2.”

    ċ)

    fil-paragrafu nnumerat mill-ġdid bħala 4, il-kliem “Dan il-paragrafu m'għandux japplika...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “Il-paragrafi 2 u 3 m'għandhomx japplikaw...”.

    35)

    L-Artikolu 16 għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    il-kliem “... jinfurmaw u ...” għandhom jitħassru, il-kelma “il-Kunsill” għandha tiġi ssostitwita bi “il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill” u l-kliem “...sabiex jassiguraw li l-influwenza ta' l-Unjoni tkun eżerċitata effettivament kemm jista' jkun possibli permess ta' azzjoni miftiehma u konverġenti.” għandhom jiġu ssostitwiti bi “...bil-ħsieb li jiddefinixxu approċċ komuni.”;

    b)

    it-test li ġej għandu jiżdied wara l-ewwel sentenza: “Qabel ma jieħu azzjoni fix-xena internazzjonali jew jintrabat b'xi obbligu li jista' jolqot l-interessi ta' l-Unjoni, kull Stat Membru għandu jikkonsulta ma' l-oħrajn fi ħdan il-Kunsill Ewropew jew il-Kunsill. L-Istati Membri għandhom jassiguraw, permezz tal-konverġenza ta' l-azzjonijiet tagħhom, li l-Unjoni tkun kapaċi li tasserixxi l-interessi u l-valuri tagħha fix-xena internazzjonali. L-Istati Membri għandhom juru solidarjetà bejniethom.”;

    ċ)

    iż-żewġ subparagrafi li ġejjin għandhom jiżdiedu:

    “Meta l-Kunsill Ewropew jew il-Kunsill ikun iddefinixxa approċċ komuni ta' l-Unjoni fis-sens ta' l-ewwel subparagrafu, ir-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Ministri ta' l-Affarijiet Barranin ta' l-Istati Membri għandhom jikkoordinaw l-attivitajiet tagħhom fil-Kunsill.

    Il-missjonijiet diplomatiċi ta' l-Istati Membri u d-delegazzjonijiet ta' l-Unjoni fil-pajjiżi terzi u fl-organizzazzjonijiet internazzjonali għandhom jikkooperaw bejniethom u għandhom jikkontribwixxu għat-tfassil u l-implimentazzjoni ta' l-approċċ komuni.”

    36)

    L-Artikolu 17 isir l-Artikolu 28A, bl-emendi tal-punt 49).

    37)

    L-Artikolu 18 qed jiġi emendat kif ġej:

    a)

    il-paragrafi 1 sa 4 għandhom jitħassru;

    b)

    fil-paragrafu 5, li jibqa' mingħajr numru, il-kliem “..., kull meta jħoss li jkun meħtieġ,...” għandhom jiġu sostiwiti bi “..., fuq proposta tar-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,...” u s-sentenza li ġejja għandha tiżdied fl-aħħar: “Ir-rappreżentant speċjali għandu jwettaq il-mandat tiegħu taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli.”.

    38)

    L-Artikolu 19 għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    fl-ewwel paragrafu, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, il-kliem “...pożizzjonijiet komuni” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... pożizzjonijiet ta' l-Unjoni” u s-sentenza li ġejja għandha tiżdied fi tmiem l-ewwel subparagrafu: “Ir-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà għandu jassigura l-organizzazzjoni ta' din il-koordinazzjoni.”;

    b)

    il-paragrafu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:

    i)

    fl-ewwel subparagrafu; il-kliem “Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1 u l-Artikolu 14 paragrafu 3,” għandhom jiġu ssostitwiti bi “Skond l-Artikolu 11(3),” u l-kliem “, kif ukoll ir-Rappreżentant Għoli,” għandhom jiddaħħlu wara “...iżommu lil dawn ta' l-aħħar”;

    ii)

    fit-tieni subparagrafu, l-ewwel sentenza, il-kliem “kif ukoll ir-Rappreżentant Għoli” għandhom jiddaħħlu wara “... l-Istati Membri l-oħra”; fit-tieni sentenza, il-kelma “permanenti” għandha titħassar u l-kliem “... fl-eżekuzzjoni tal-funzjonijiet tagħhom, jiżugraw id-difiża tal-pożizzjonijiet u ta'...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “...jiddefendu, fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom, il-pożizzjonijiet u...”

    iii)

    it-tielet subparagrafu l-ġdid li ġej għandu jiddaħħal:

    “Meta l-Unjoni tkun iddefiniet pożizzjoni dwar suġġett li jkun fuq l-aġenda tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, dawk l-Istati Membri li huma membri tiegħu għandhom jitolbu li r-Rappreżentant Għoli jkun mistieden jippreżenta l-pożizzjoni ta' l-Unjoni.”

    39)

    L-Artikolu 20 għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    fl-ewwel subparagrafu, il-kliem “Delegazzjonijiet tal-Kummissjoni” għandhom jiġu ssostitwiti bi “delegazzjonijiet ta' l-Unjoni” u l-kliem “...l-pożizzjonijiet komuni u l-interessi komuni adottati mill-Kunsill jiġu mħarsa u implimentati.” għandhom jiġu ssostitwiti bi “d-deċiżjonijiet li jiddefinixxu l-pożizzjonijiet u l-azzjonijiet ta' l-Unjoni adottati skond dan il-kapitolu jiġu mħarsa u implimentati.”

    b)

    fit-tieni subparagrafu, il-kliem “...informazzjoni, jagħmlu stimi konġuntement” għandhom ikunu ssostitwiti bi “...informazzjoni u waqt li jagħmlu evalwazzjonijiet konġunti.” u l-parti tas-sentenza “...u jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet riferiti fl-Artikolu 20 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea” għandha titħassar;

    ċ)

    għandu jiżdied is-subparagrafu l-ġdid li ġej:

    “Huma għandhom jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tad-dritt ta' protezzjoni taċ-ċittadini ta' l-Unjoni fit-territorju ta' pajjiżi terzi, kif previst fl-Artikolu 17(2)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, kif ukoll tal-miżuri adottati f'applikazzjoni ta' l-Artikolu 20 ta' dak it-Trattat.”

    40)

    L-Artikolu 21 għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    l-ewwel subparagrafu għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “Ir-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, li għandu jikkonsulta regolarment mal-Parlament Ewropew dwar l-aspetti prinċipali u l-għażliet fundamentali tal-politika barranija u ta' sigurtà komuni u tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni u jinfurmah bl-evoluzzjoni ta' din il-politika. Hu għandu jassigura li l-opinjonijiet tal-Parlament Ewropew jiġu kkunsidrati kif dovut. Ir-rappreżentanti speċjali jistgħu jkunu involuti fl-għoti ta' informazzjoni lill-Parlament Ewropew.”

    b)

    fit-tieni subparagrafu, l-ewwel sentenza, il-kliem “lill-Kunsill jew jagħmillu rakkomandazzjonijiet” għandhom jiġu ssostitwiti bi “jew rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill jew lir-Rappreżentant Għoli.”; fit-tieni sentenza, il-kelma “annwali” għandha tiġi ssostitwita minn “darbtejn fis-sena” u l-kliem “, inkluża l-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni.” għandhom jiddaħħlu fl-aħħar.

    41)

    It-test ta' l-Artikolu 22 għandu jsir l-Artikolu 15a; huwa għandu jiġi emendat kif indikat hawn fuq fil-punt 33).

    42)

    It-test ta' l-Artikolu 23 għandu jsir l-Artikolu 15b; huwa għandu jiġi emendat kif indikat hawn fuq fil-punt 34).

    43)

    L-Artikolu 24 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “Artikolu 24

    L-Unjoni tista' tikkonkludi ftehim ma' Stat wieħed jew aktar jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali f'oqsma koperti minn dan il-Kapitolu.”

    44)

    l-Artikolu 25 għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    fl-ewwel paragrafu, l-ewwel sentenza, ir-referenza għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għandha tiġi ssostitwita minn referenza għat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea u l-kliem “, tar-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà” għandhom jiddaħħlu wara “... fuq it-talba tal-Kunsill,”; fit-tieni sentenza il-kliem “...bla preġudizzju għar-responsabilità tal-Presidenza u tal-Kummissjoni” għandhom jiġu ssostitwiti b' “mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tar-Rappreżentant Għoli”;

    b)

    it-test tat-tieni paragrafu għandu jiġi sostitwit bit-test li ġej: “Fil-qafas ta' dan il-Kapitolu, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà għandu jeżerċita, taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill u tar-Rappreżentant Għoli, il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika ta' l-operazzjonijiet ta' maniġġar ta' kriżijiet previsti fl-Artikolu 28B.”

    ċ)

    fit-tielet paragrafu, il-kliem “bla preġudizzju għall-Artikolu 47” għandhom jitħassru.

    45)

    L-Artikoli 26 u 27 għandhom jiġu revokati. Għandhom jiddaħlu ż-żewġ Artikoli 25a u 25b li ġejjin, l-Artikolu 25b jissostitwixxi l-Artikolu 47:

    “Artikolu 25a

    Skond l-Artikolu 16 B tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea u b'deroga mill-paragrafu 2 tiegħu, il-Kunsill għandu jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi r-regoli li għandhom x'jaqsmu mal-protezzjoni ta' l-individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-Istati Membri meta jwettqu attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta' l-applikazzjoni ta' dan il-Kapitolu, u r-regoli dwar il-moviment liberu ta' din id-data. Il-ħarsien ta' dawn ir-regoli għandu jkun soġġett għall-kontroll minn awtoritajiet indipendenti.

    Artikolu 25b

    L-implimentazzjoni tal-politika barranija u ta' sigurtà komuni m'għandhiex tolqot l-applikazzjoni tal-proċeduri u l-firxa rispettiva tal-kompetenzi ta' l-istituzzjonijiet stabbiliti fit-Trattati għall-eżerċizzju tal-kompetenzi ta' l-Unjoni msemmija fl-Artikoli 2 B sa 2 E tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

    Bl-istess mod, l-implimentazzjoni tal-politika prevista f'dawk l-Artikoli m'għandhiex tolqot l-applikazzjoni tal-proċeduri u l-firxa rispettiva tal-kompetenzi ta' l-istituzzjonijiet stabbiliti fit-Trattati għall-eżerċizzju tal-kompetenzi ta' l-Unjoni taħt dan il-Kapitolu.”.

    46)

    L-Artikoli 27 A sa 27 E, dwar il-kooperazzjoni msaħħa, għandhom jiġu ssostitwiti bl-Artikolu 10 skond il-punt 22) ta' hawn fuq.

    47)

    l-Artikolu 28 għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    il-paragrafu 1 għandu jitħassar u konsegwentement il-paragrafi li jsegwu għandhom jiġu nnumerati mill-ġdid; fl-artikolu kollu, il-kliem “budget tal-Komunitajiet Ewropej” għandhom jiġu ssostitwiti bi “baġit ta' l-Unjoni”;

    b)

    fil-paragrafu 2, innumerat mill-ġdid bħala 1, il-kliem “... d-disposizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-oqsma msemmija f'dan it-Titolu” għandhom jiġu ssostitwiti bi “...l-implimentazzjoni ta' dan il-Kapitolu”;

    ċ)

    fil-paragrafu 3, innumerat mill-ġdid bħala 2, l-ewwel subparagrafu, il-kliem “... l-implimentazzjoni ta' dawk id-disposizzjonijiet” għandhom jiġu ssostitwiti bi “...l-implimentazzjoni ta' dan il-Kapitolu”;

    d)

    il-paragrafu 3 l-ġdid li ġej għandu jiżdied, u l-paragrafu 4 għandu jitħassar:

    “3.   Il-Kunsill għandu jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi l-proċeduri speċifiċi sabiex jiggarantixxi aċċess b' ħeffa għal approprjazzjonijiet fil-baġit ta' l-Unjoni għal finanzjament urġenti ta' inizjattivi fil-qafas tal-politika barranija u ta' sigurtà komuni, u b'mod partikolari għall-attivitajiet preparatorji ta' missjonijiet previsti fl-Artikolu 28 A (1) u fl-Artikolu 28 B. Il-Kunsill għandu jaġixxi wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew.

    L-attivitajiet preparatorji għal missjonijiet previsti fl-Artikoli 28 A(1) u fl-Artikolu 28 B, li mhumiex a karigu tal-baġit ta' l-Unjoni għandhom jiġu finanzjati minn fond ta' tnedija magħmul minn kontribuzzjonijiet ta' l-Istati Membri.

    Il-Kunsill għandu jadotta, b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mir-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, id-deċiżjonijiet li jistabbilixxu:

    a)

    il-proċeduri għall-istabbiliment u l-finanzjament tal-fond ta' tnedija, b'mod partikolari l-ammonti allokati lill-fond;

    b)

    il-proċeduri għall-amministrazzjoni tal-fond ta' tnedija;

    ċ)

    il-proċeduri għall-kontroll finanzjarju.

    Meta l-missjoni pjanata skond l-Artikoli 28 A(1) u l-Artikolu 28 B ma tkunx tista' titpoġġa a karigu tal-baġit ta' l-Unjoni, il-Kunsill għandu jawtorizza lir-Rappreżentant Għoli biex juża dan il-fond. Ir-Rappreżentant Għoli għandu jirrapporta lill-Kunsill dwar l-eżekuzzjoni ta' dan il-mandat.”

    POLITIKA TA' SIGURTÀ U TA' DIFIŻA KOMUNI

    48)

    Il-parti l-ġdida 2 li ġejja għandha tiddaħħal.

    49)

    Qed jiddaħħal l-Artikolu 28 A bil-formulazzjoni ta' l-Artikolu 17, bl-emendi li ġejjin:

    a)

    il-paragrafu 1 il-ġdid li ġej għandu jiddaħħal, u l-paragrafu ta' warajh għandu jiġi innumerat mill-ġdid bħala 2:

    “1.   Il-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni għandha tkun parti integrali mill-politika barranija u ta' sigurtà komuni. Din għandha tipprovdi lill-Unjoni b'kapaċità operattiva billi tagħmel użu minn riżorsi ċivili u militari. L-Unjoni tista' tużahom f'missjonijiet barra mill-Unjoni għaż-żamma tal-paċi, għall-prevenzjoni ta' konflitti u biex tissaħħaħ is-sigurtà internazzjonali skond il-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti. Dawn il-kompiti għandhom jitwettqu permezz tal-kapaċitajiet provduti mill-Istati Membri.”

    b)

    il-paragrafu 1, innumerat mill-ġdid bħala 2, għandu jiġi emendat kif ġej:

    i)

    l-ewwel subparagrafu għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “2.   Il-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni għandha tinkludi t-tfassil progressiv ta' politika ta' difiża komuni ta' l-Unjoni. Din sejra twassal għal difiża komuni, meta l-Kunsill Ewropew, li jaġixxi b'mod unanimu, jiddeċiedi hekk. F'dak il-każ dan għandu jirrakkomanda lill-Istati Membri li jadottaw deċiżjoni f' dan is-sens skond il-ħtiġijiet kostituzzjonali rispettivi tagħhom.”

    ii)

    fit-tieni subparagrafu, il-kliem “skond dan l-Artikolu” għandhom jiġu ssostitwiti bi “skond din it-taqsima”;

    iii)

    it-tielet subparagrafu għandu jitħassar.

    ċ)

    il-paragrafi eżistenti , 2, 3, 4 u 5 għandhom jiġu ssostitwiti bil-paragrafi 3 sa 7 li ġejjin:

    “3.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Unjoni l-kapaċitajiet ċivili u militari għall-implimentazzjoni tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni, sabiex jikkontribwixxu għall-objettivi stabbiliti mill-Kunsill. Dawk l-Istati Membri li jistabbilixxu forzi multinazzjonali flimkien jistgħu wkoll jagħmluhom disponibbli għall-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni.

    L-Istati Membri għandhom jimpenjaw ruħhom biex itejbu progressivament il-kapaċitajiet militari tagħhom. L-Aġenzija fil-qasam ta' l-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta' difiża, tar-riċerka, ta' l-akkwist u ta' l-armamenti (min hawn 'il quddiem imsejħa ‘l-Aġenzija Ewropea tad-Difiża’) tidentifika l-ħtiġijiet operattivi, tippromwovi l-miżuri li jissodisfaw dawn il-ħtiġijiet, tikkontribwixxi sabiex tidentifika u, fejn ikun meħtieġ, timplimenta kwalunkwe miżura meħtieġa sabiex issaħħaħ il-bażi industrijali u teknoloġika tas-settur tad-difiża, tipparteċipa sabiex tidentifika politika Ewropea dwar kapaċitajiet u armamenti u tassisti lill-Kunsill fil-valutazzjoni tat-titjib tal-kapaċitajiet militari.

    4.   Id-deċiżjonijiet dwar il-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni, inklużi dawk li jibdew missjoni kif previst f'dan l-Artikolu, għandhom jiġu adottati mill-Kunsill li jaġixxi b'mod unanimu, fuq proposta tar-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà jew fuq inizjattiva minn Stat Membru. Ir-Rappreżentant Għoli jista' jipproponi li juża kemm riżorsi nazzjonali kif ukoll strumenti ta' l-Unjoni, flimkien mal-Kummissjoni fejn xieraq.

    5.   Il-Kunsill jista' jafda l-eżekuzzjoni ta' missjoni fil-qafas ta' l-Unjoni lil grupp ta' Stati Membri sabiex jiġu protetti l-valuri ta' l-Unjoni u jinqdew l-interessi tagħha. L-eżekuzzjoni ta' din il-missjoni għandha tkun regolata mill-Artikolu 28 C.

    6.   Dawk l-Istati Membri li l-kapaċitajiet militari tagħhom jissodisfaw kriterji ogħla u li jkunu ħadu impenji aktar vinkolanti ma' xulxin fil-qasam bil-ħsieb tat-twettiq tal-missjonijiet l-aktar impenjattivi għandhom jistabbilixxu kooperazzjoni strutturata permanenti fil-qafas ta' l-Unjoni. Din il-kooperazzjoni għandha tkun regolata mill-Artikolu 28 E. Din m'għandhiex tolqot d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 28 B.

    7.   Jekk Stat Membru jkun il-vittma ta' aggressjoni armata fuq it-territorju tiegħu, l-Istati Membri l-oħra jkunu obbligati jtuh l-għajnuna u l-assistenza permezz tal-mezzi kollha li jista' jkollhom, skond l-Artikolu 51 tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti. Dan m'għandux jippreġudika l-karattru speċifiku tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża ta' ċerti Stati Membri.

    L-impenji u l-kooperazzjoni f'dan il-qasam għandhom ikunu konsistenti ma' l-impenji meħuda fl-Organizzazzjoni tat-Trattat tan-Nord Atlantiku, li, għal dawk l-Istati Membri li huma membri tagħha, tibqa' s-sisien tad-difiża kollettiva tagħhom u l-forum għall-implimentazzjoni tagħha.”

    50)

    L-Artikolu 28B sa 28E il-ġodda li ġejjin għandhom jiddaħħlu:

    “Artikolu 28 B

    1.   Il-missjonijiet previsti fl-Artikolu 28 A(1), li matulhom l-Unjoni tista' tuża mezzi ċivili u militari, għandhom jinkludu operazzjonijiet konġunti ta' diżarm, missjonijiet umanitarji u ta' salvataġġ, missjonijiet ta' għoti ta' pariri u ta' assistenza fi kwistjonijiet militari, missjonijiet ta' prevenzjoni ta' konflitti u taż-żamma tal-paċi, missjonijiet ta' forzi ta' kumbattiment fl-immaniġġar ta' kriżijiet, inklużi l-missjonijiet għall-istabbiliment tal-paċi u għall-istabbilizzazzjoni wara l-konflitti. Dawn il-missjonijiet kollha jistgħu jikkontribwixxu għall-ġlieda kontra t-terroriżmu, inkluż bl-appoġġ għal pajjiżi terzi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu fit-territorji tagħhom.

    2.   Il-Kunsill għandu jadotta deċiżjonijiet relatati mal-missjonijiet previsti fil-paragrafu 1, li jiddefinixxu l-objettivi u l-kamp ta' l-applikazzjoni tagħhom kif ukoll il-kondizzjonijiet ġenerali għall-implimentazzjoni tagħhom. Ir-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, waqt li jaġixxi taħt l-awtorità tal-Kunsill u f'kuntatt mill-qrib u kostanti mal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà, għandu jassigura l-koordinazzjoni ta' l-aspetti ċivili u militari ta' dawn il-missjonijiet.

    Artikolu 28 C

    1.   Fil-qafas tad-deċiżjonijiet adottati skond l-Artikolu 28b, il-Kunsill jista' jafda l-implimentazzjoni ta' missjoni lil grupp ta' Stati Membri li għandhom ir-rieda u l-kapaċitajiet meħtieġa għal tali missjoni. Dawn l-Istati Membri f'assoċjazzjoni mar-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà għandhom jiftehmu bejniethom dwar l-amministrazzjoni tal-missjoni.

    2.   L-Istati Membri li jipparteċipaw fit-twettiq tal-missjoni għandhom iżommu lill-Kunsill regolarment infurmat bil-progress tal-missjoni fuq inizjattiva tagħhom stess jew fuq it-talba ta' Stat Membru ieħor. L-Istati Membri parteċipanti għandhom jinfurmaw lill-Kunsill immedjatament jekk it-twettiq tal-missjoni jkollu konsegwenzi maġġuri jew jeħtieġ emenda ta' l-objettiv, tal-kamp ta' applikazzjoni jew tal-kondizzjonijiet stabbiliti għall-missjoni fid-deċiżjonijiet previsti fil-paragrafu 1. F'każijiet bħal dawn, il-Kunsill għandu jadotta d-deċiżjonijiet meħtieġa.

    Artikolu 28 D

    1.   L-Aġenzija Ewropea tad-Difiża, imsemmija fl-Artikolu 28 A(3), u li tinsab taħt l-awtorità tal-Kunsill, għandha l-missjoni li:

    a)

    tikkontribwixxi għall-identifikazzjoni ta' l-objettivi ta' kapaċità militari ta' l-Istati Membri u l-valutazzjoni tar-rispett ta' l-impenji ta' kapaċità meħuda mill-Istati Membri;

    b)

    tippromwovi l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet operazzjonali u l-adozzjoni ta' metodi ta' akkwist effettivi u kompatibbli;

    ċ)

    tipproponi proġetti multilaterali sabiex jiġu sodisfatti l-objettivi f'termini ta' kapaċitajiet militari, u tassigura l-koordinazzjoni tal-programmi implimentati mill-Istati Membri u l-amministrazzjoni ta' programmi speċifiċi ta' kooperazzjoni;

    d)

    issostni r-riċerka dwar it-teknoloġija tad-difiża, tikkoordina u tippjana l-attivitajiet ta' riċerka konġunta u l-istudji ta' soluzzjonijiet tekniċi li jissodisfaw il-ħtiġijiet operattivi futuri;

    e)

    tikkontribwixxi għall-identifikazzjoni u, jekk meħtieġ, għall-implimentazzjoni ta' kwalunkwe miżura utli għat-tisħiħ tal-bażi industrijali u teknoloġika tas-settur tad-difiża u għat-titjib ta' l-effiċjenza ta' l-infiq militari.

    2.   L-Aġenzija Ewropea tad-Difiża għandha tkun miftuħa għall-Istati Membri kollha li jixtiequ jipparteċipaw fiha. Il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, għandu jadotta deċiżjoni li tiddefinixxi l-istatut, is-sede u r-regoli ta' funzjonament ta' l-Aġenzija. Din id-deċiżjoni għandha tikkunsidra l-livell ta' parteċipazzjoni effettiva fl-attivitajiet ta' l-Aġenzija. Għandhom jiġu stabbiliti fl-Aġenzija gruppi speċifiċi li jiġbru flimkien Stati Membri involuti fi proġetti konġunti. L-Aġenzija għandha twettaq il-missjonijiet tagħha flimkien mal-Kummissjoni meta meħtieġ.

    Artikolu 28 E

    1.   Dawk l-Istati Membri li jixtiequ jieħdu sehem fil-kooperazzjoni strutturata permanenti prevista fl-Artikolu 28 A(6), li jissodisfaw il-kriterji u li jkunu ħadu l-impenji dwar il-kapaċitajiet militari previsti fil-Protokoll dwar il-kooperazzjoni strutturata permanenti għandhom jinnotifikaw l-intenzjoni tagħhom lill-Kunsill u lir-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.

    2.   Fi żmien tliet xhur min-notifika prevista fil-paragrafu 1, l-Kunsill għandu jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi kooperazzjoni strutturata permanenti, u li tiddetermina l-lista ta' l-Istati Membri partecipanti. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata wara li jikkonsulta lir-Rappreżentant Għoli.

    3.   Kull Stat Membri li, fi stadju aktar tard, jixtieq jieħu sehem fil-kooperazzjoni strutturata permanenti għandu jinnotifika l-intenzjoni tiegħu lill-Kunsill u lir-Rappreżentant Għoli.

    Il-Kunsill għandu jadotta deċiżjoni li tikkonferma l-parteċipazzjoni ta' l-Istat Membru kkonċernat li jissodisfa l-kriterji u jirrispetta l-impenji previsti fl-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-kooperazzjoni strutturata permanenti. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata wara li jikkonsulta lir-Rappreżentant Għoli. Il-Membri tal-Kunsill li jirrappreżentaw lill-Istati Membri parteċipanti biss jistgħu jieħdu sehem fil-votazzjoni.

    Il-maġġoranza kwalifikata għandha tkun definita skond l-Artikolu 205(3)(a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

    4.   Jekk Stat Membru parteċipanti ma jibqax jissodisfa l-kriterji jew ma jkunx jista' jibqa' jirrispetta l-impenji previsti fl-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-kooperazzjoni strutturata permanenti, il-Kunsill jista' jadotta deċiżjoni li tissospendi l-parteċipazzjoni ta' dak l-Istat Membru.

    Il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata. Il-membri tal-Kunsill li jirrappreżentaw lill-Istati Membri parteċipanti biss, bl-eċċezzjoni ta' l-Istat Membru konċernat, jistgħujieħdu sehem fil-votazzjoni.

    Il-maġġoranza kwalifikata għandha tkun definita skond l-Artikolu 205(3)(a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

    5.   Jekk Stat Membru parteċipanti jixtieq jirtira mill-kooperazzjoni strutturata permanenti, dan għandu jgħarraf l-intenzjoni tiegħu lill-Kunsill, li għandu jieħu nota tal-fatt li l-Istat Membru in kwistjoni waqaf jipparteċipa.

    6.   Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill fil-qafas tal-kooperazzjoni strutturata permanenti, minbarra dawk previsti fil-paragrafi 2 sa 5, għandhom jiġu adottati b'mod unanimu. Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, l-unanimità għandha tkun magħmula biss mill-voti tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri parteċipanti.”

    51)

    L-Artikoli 29 sa 39 tat-Titolu VI, dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali u dwar il-kooperazzjoni tal-pulizija, għandhom jiġu ssostitwiti bid-disposizzjonijiet tal-Kapitoli 1, 4 u 5 tat-Titolu IV tat-tielet Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea. Kif jidher fl-Artikolu 2, punti 64), 67) u 68) ta' dan it-Trattat l-Artikolu 29 għandu jiġi sostitwit mill-Artikoli 61 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 30 għandu jiġi sostitwit mill-Artikoli 69 F u 69 G ta' dak it-Trattat, l-Artikolu 31 għandu jiġi sostitwit mill-Artikolu 69 A, 69 B u 69 D ta' dak it-Trattat, l-Artikolu 32 għandu jiġi sostitwit mill-Artikolu 69 H ta' dak it-Trattat, l-Artikolu 33 għandu jiġi sostitwit mill-Artikolu 61 E ta' dak it-Trattat u l-Artikolu 36 għandu jiġi sostitwit mill-Artikolu 61 D ta' dak it-Trattat. L-intestatura tat-Titoli għandha titħassar u n-numru tagħha għandu jsir dak tat-Titolu dwar id-dispożizzjonijiet finali.

    52)

    L-Artikoli 40 sa 40 B tat-Titolu VI u l-Artikoli 43 sa 45 tat-Titolu VII, dwar il-kooperazzjoni msaħħa għandhom jiġu ssostitwiti bl-Artikolu 10 skond il-punt 22) ta' hawn fuq, u t-Titolu VII qed jiġi rrevokat.

    53)

    L-Artikoli 41 u 42 għandhom jiġu rrevokati.

    DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

    54)

    It-Titolu VIII, dwar id-dispożizzjonijiet finali, għandu jiġi nnumerat mill-ġdid bħala VI; dan it-Titolu u l-Artikoli 48, 49 u 53 għandhom jiġu emendati kif indikat, rispettivament, fil-punti 56), 57) u 61) hawn taħt. L-Artikolu 47 għandu jiġi ssostitwit bl-Artikolu 25b, kif indikat hawn fuq fil-punt 45) u l-Artikoli 46 u 50 għandhom jiġu rrevokati.

    55)

    L-Artikolu 46 A il-ġdid li ġej għandu jiddaħħal:

    “Artikolu 46 A

    L-Unjoni għandu jkollha personalità ġuridika.”

    56)

    L-Artikolu 48 għandu jiġi sostitwit bit-test li ġej:

    “Artikolu 48

    1.   It-Trattati jistgħu jkunu emendati skond proċedura ta' reviżjoni ordinarja. Dawn jistgħu jkunu emendati wkoll skond proċeduri ta' reviżjoni simplifikata.

    2.   Il-gvern ta' kwalunkwe Stat Membru, il-Parlament Ewropew jew il-Kummissjoni jistgħu jippreżentaw lill-Kunsill proposti għar-reviżjoni tat-Trattati. Dawn il-proposti jistgħu jirrigwardaw fost l-oħrajn iż-żieda jew it-tnaqqis tal-kompetenzi mogħtija lill-Unjoni fit-Trattati. Dawn il-proposti għandhom jiġu preżentati mill-Kunsill lill-Kunsill Ewropew u jiġu notifikati lill-Parlamenti nazzjonali.

    3.   Jekk il-Kunsill Ewropew, wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew u mal-Kummissjoni, jadotta deċiżjoni b'maġġoranza sempliċi favur li jiġu eżaminati l-emendi proposti, il-President tal-Kunsill Ewropew għandu jsejjaħ Konvenzjoni komposta minn rappreżentanti tal-Parlamenti nazzjonali, tal-Kapijiet ta' l-Istat jew tal-Gvern ta' l-Istati Membri, tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni. Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jiġi kkonsultat ukoll fil-każ ta' bidliet istituzzjonali fil-qasam monetarju. Il-Konvenzjoni għandha teżamina l-proposti għar-reviżjoni u għandha tadotta rakkomandazzjoni b'konsensus lil Konferenza tar-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri kif previst fil-paragrafu 4.

    Il-Kunsill Ewropew jista' jiddeċiedi b'maġġoranza sempliċi, wara l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, li ma jsejjaħx Konvenzjoni jekk dan ma jkunx ġustifikat mill-portata ta' l-emendi proposti. F' dak il-każ il-Kunsill Ewropew għandu jiddefinixxi l-mandat għal Konferenza tar-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri.

    4.   Konferenza tar-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri għandha tissejjaħ mill-President tal-Kunsill biex jiġu determinati bi ftehim komuni l-emendi li għandhom isiru lit-Trattati.

    L-emendi għandhom jidħlu fis-seħħ wara li jiġu ratifikati mill-Istati Membri kollha skond il-ħtiġijiet kostituzzjonali rispettivi tagħhom.

    5.   Jekk, sentejn wara l-iffirmar ta' Trattat li jemenda t-Trattati, erba' minn ħamsa ta' l-Istati Membri jkunu rratifikaw it-Trattat imsemmi u Stat Membru wieħed jew iktar ikun iltaqa' ma' diffikultajiet għar-ratifika, l-kwistjoni għandha titressaq lill-Kunsill Ewropew.

    6.   Il-Gvern ta' kwalunkwe Stat Membru, il-Parlament Ewropew jew il-Kummissjoni jistgħu jippreżentaw lill-Kunsill Ewropew proposti għal reviżjoni sħiħa jew parzjali tad-dispożizzjonijiet tat-tielet parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, dwar il-politika u l-azzjonijiet interni ta' l-Unjoni.

    Il-Kunsill Ewropew jista' jadotta deċiżjoni li temenda b'mod sħiħ jew parzjali id-dispożizzjonijiet tat-tielet parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea. Il-Kunsill Ewropew għandu jaġixxi b'mod unanimu wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew u mal-Kummissjoni, kif ukoll mal-Bank Ċentrali Ewropew fil-każ ta' bidliet istituzzjonali fil-qasam monetarju. Din id-deċiżjoni tidħol fis-seħħ biss wara l-approvazzjoni tagħha mill-Istati Membri, skond il-ħtiġijiet kostituzzjonali rispettivi tagħhom.

    Id-deċiżjoni prevista fit-tieni subparagrafu m'għandhiex iżżid il-kompetenzi mogħtija lill-Unjoni fit-Trattati.

    7.   Fejn it-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea jew it-Titolu V ta' dan it-Trattat jipprovdi li l-Kunsill għandu jaġixxi b'mod unanimu f'qasam jew każ partikolari, il-Kunsill Ewropew jista' jadotta deċiżjoni li tawtorizza lill-Kunsill biex jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata f'dak il-qasam jew każ. Dan is-subparagrafu m'għandux japplika għal deċiżjonijiet li jkollhom implikazzjonijiet militari jew fil-qasam tad-difiża.

    Fejn it-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea jipprovdi li atti leġislattivi għandhom ikunu adottati mill-Kunsill skond il-proċedura leġislattiva speċjali, il-Kunsill Ewropew jista' jadotta deciżjoni li tawtorizza l-adozzjoni ta' l-atti msemmija skond il-proċedura leġislattiva ordinarja.

    Kwalunkwe inizjattiva meħuda mill-Kunsill Ewropew abbażi ta' l-ewwel jew it-tieni subparagrafu għandha tkun notifikata lill-Parlamenti nazzjonali. Jekk parlament nazzjonali jgħarraf l-oppożizzjoni tiegħu fi żmien sitt xhur mid-data ta' tali notifika, id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel jew it-tieni subparagrafu m'għandhiex tiġi adottata. Fin-nuqqas ta' oppożizzjoni, il-Kunsill Ewropew jista' jadotta d-deċiżjoni msemmija.

    Għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet previsti fl-ewwel jew it-tieni subparagrafu, il-Kunsill Ewropew għandu jaġixxi b'mod unanimu wara li jkun kiseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, li għandha tingħata bil-maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu.”

    57)

    L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 49 għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    fl-ewwel sentenza, il-kliem “...jirrispetta l-prinċipji kif stabbiliti fl-Artikolu 6(1) jista' japplika...” għandhom jiġu sostwiti bi “... jirrispetta l-valuri msemmija fl-Artikolu 1a u jimpenja ruħu biex jippromwovihom jista' japplika...”;

    b)

    fit-tieni sentenza, il-kliem “Hu għandu jibgħat l-applikazzjoni lill-Kunsill, li għandu jaġixxi unanimament...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “Il-Parlament Ewropew u l-Parlamenti nazzjonali għandhom ikunu infurmati b'din l-applikazzjoni. L-Istat applikant għandu jindirizza l-applikazzjoni tiegħu lill-Kunsill li għandu jaġixxi b'mod unanimu...”; il-kelma “kunsens” għandha tiġi ssostwita bi “approvazzjoni” u l-kelma “assoluta” għandha titħassar.

    ċ)

    it-tielet sentenza l-ġdida li ġejja għandha tiżdied fl-aħħar. “Għandu jittieħed kont tal-kriterji ta' eliġibbiltà miftiehma mill-Kunsill Ewropew.”.

    58)

    L-Artikolu 49 A il-ġdid li ġej għandu jiddaħħal:

    “Artikolu 49 A

    1.   Kull Stat Membru jista' jiddeċiedi, skond il-ħtiġijiet kostituzzjonali tiegħu, li joħroġ mill-Unjoni.

    2.   L-Istat Membru li jiddeċiedi li joħroġ għandu jinnotifika lill-Kunsill Ewropew bl-intenzjoni tiegħu. Fid-dawl tal-linji gwida provduti mill-Kunsill Ewropew, l-Unjoni għandha tinnegozja u tikkonkludi ma' dak l-Istat ftehim li jistabbilixxi l-arranġamenti għall-ħruġ tiegħu, filwaqt li jittieħed kont tal-qafas tar-relazzjonijiet futuri tiegħu ma' l-Unjoni Ewropea. Dan il-ftehim għandu jkun innegozjat skond l-Artikolu 188 N(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea. Dan għandu jiġi konkluż f'isem l-Unjoni mill-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, wara l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew.

    3.   It-Trattati għandhom jieqfu milli japplikaw għall-Istat in kwistjoni mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-ftehim dwar il-ħruġ jew, fin-nuqqas ta' dan, sentejn wara n-notifika prevista fil-paragrafu 2, sakemm il-Kunsill Ewropew, bi ftehim ma' l-Istat Membru in kwistjoni, ma jiddeċidix b'mod unanimu li jestendi dan il-perijodu.

    4.   Għall-finijiet tal-paragrafi 2 u 3, il-membru tal-Kunsill Ewropew jew tal-Kunsill li jirrappreżenta l-Istat Membru li jkun qiegħed joħroġ m'għandux jipparteċipa fid-diskussjonijiet tal-Kunsill jew tal-Kunsill Ewropew jew f'deċiżjonijiet li jkunu jikkonċernawh.

    Il-maġġoranza kwalifikata għandha tkun definita skond l-Artikolu 205(3)(b), tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

    5.   Jekk l-Istat li jkun ħareġ mill-Unjoni jitlob li jaderixxi mill-ġdid, it-talba tiegħu għandha tkun soġġetta għall-proċedura prevista fl-Artikolu 49”.

    59)

    L-Artikolu 49 B għandu jiddaħħal:

    “Artikolu 49 B

    Il-Protokolli u l-Annessi mat-Trattati għandhom jiffurmaw parti integrali minnu.”

    60)

    L-Artikolu 49 C għandu jiddaħħal:

    “Artikolu 49 C

    1.   It-Trattati għandhom japplikaw għar-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika ta' l-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, Ir-Repubblika ta' Malta, ir-Renju ta' l-Olanda, ir-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju ta' l-Isvezja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq.

    2.   Il-kamp ta' applikazzjoni territorjali tat-Trattati huwa speċifikat fl-Artikolu 311a tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.”

    61)

    L-Artikolu 53 għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    l-ewwel subparagrafu għandu jsir il-paragrafu 1, il-lista tal-lingwi għandha tkun kompletata b'dawk elenkati fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 53 attwali tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-tieni subparagrafu għandu jitħassar;

    b)

    Il-paragrafu 2 il-ġdid li ġej għandu jiżdied:

    “2.   Dan it-Trattat jista' jiġi tradott ukoll fi kwalunkwe lingwa oħra determinata mill-Istati Membri minn fost dawk li, skond l-ordni kostituzzjonali ta' l-Istati Membri, igawdu minn status ta' lingwa uffiċjali fit-territorju kollu tagħhom jew f'parti minnu. L-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi kopja awtentikata ta' tali traduzzjoni li għandha titqiegħed fl-arkivji tal-Kunsill.”

    Artikolu 2

    It-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għandu jiġi emendat skond id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu.

    1)

    L-intestatura tat-Trattat għandha tiġi ssostitwita bi: “Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea”.

    A.   EMENDI ORIZZONTALI

    2)

    Fit-Trattat kollu:

    a)

    il-kliem “il-Komunità” jew “il-Komunità Ewropea” għandhom jiġu ssostitwiti bi “l-Unjoni”, il-kliem “tal-Komunitajiet Ewropej” jew “tal-KEE” għandhom jiġu ssostitwiti bi “ta' l-Unjoni Ewropea” u l-aġġettiv “Komunitarju” għandu jiġi ssostitwit bi “ta' l-Unjoni”, minbarra fl-Artikolu 299(6)(ċ) nnumerat mill-ġdid 311a(5)(ċ) u minbarra għall-kliem “Karta tal-Komunità” fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 136;

    b)

    il-kliem “dan it-Trattat”, “ta' dan it-Trattat” u “f'dan it-Trattat” għandhom jiġu ssostitwiti, rispettivament, bi “it-Trattati”, “tat-Trattati” u “fit-Trattati” u, skond il-każ, il-verb jew l-aġġettivi li jsegwu għandhom jitpoġġew fil-plural; dan il-punt ma japplikax għat-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 182, u għall-Artikoli 312 u 313;

    ċ)

    il-kliem “il-Kunsill, li jaġixxi skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 251” jew “il-Kunsill, li jaġixxi skond il-proċedura li hemm imsemmija fl-Artikolu 251” għandhom jiġu ssostitwiti bi “il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja” u l-kliem “il-proċedura prevista/li hemm imsemmija fl-Artikolu 251” għandhom jiġu ssostitwiti bi “il-proċedura leġislattiva ordinarja” u, skond il-każ, il-verb li jsegwi għandu jitpoġġa fil-plural;

    d)

    il-kliem “li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata” u “b'maġġoranza kwalifikata” għandhom jitħassru;

    e)

    il-kliem “Kunsill li jiltaqa', kompost minn Kapijiet ta' Stat jew Gvern”, “Kunsill imlaqqa' kompost minn Kapijiet ta' l-Istati Membri jew tal-Gvernijiet” u “Kunsill imlaqqa' fil-livell ta' kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern” għandhom jiġu ssostiwiti bi “Kunsill Ewropew”;

    f)

    il-kliem “istituzzjonijiet jew korpi” u “istituzzjonijiet u korpi” għandhom jiġu ssostitwiti bi “istituzzjonijiet, korpi u organi”, bl-eċċezzjoni ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 193;

    g)

    il-kliem “suq komuni” għandhom jiġu ssostitwiti bi “suq intern”;

    h)

    il-kelma “ECU” għandha tiġi ssostitwita bi “euro”.

    i)

    il-kliem “l-Istati Membri mingħajr deroga” għandhom jiġu ssostitwiti bi “l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro”;

    j)

    l-akronimu “BĊE” għandu jiġi ssostitwit bil-kliem “Bank Ċentrali Ewropew”;

    k)

    il-kliem “l-Istatut tas-SEBĊ” għandhom jiġu ssostitwiti bi “Statuti tas-SEBĊ u tal-BĊE”;

    l)

    il-kliem “kumitat imsemmi fl-Artikolu 114” għandhom jiġu ssostitwiti bi “Kumitat ekonomiku u finanzjarju”;

    m)

    il-kliem “l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja” jew “l-Istatut tal-Qorti” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea”;

    n)

    il-kliem “Qorti tal-Prim' Istanza” għandhom jiġu ssostitwiti bi “Qorti”;

    o)

    il-kliem “awla ġurisdizzjonali” u “awli ġurisdizzjonali” għandhom jiġu ssostitwiti, rispettivament, bi “qorti speċjalizzata” u “qrati speċjalizzati”, u s-sentenza għandha tkun grammatikament adattata bħala konsegwenza.

    3)

    Fl-Artikoli li ġejjin, il-kliem “skond il-proċedura leġislattiva speċjali”, għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “jaġixxi unanimament” jew “jaġixxi b'mod unanimu” u l-kliem “fuq proposta tal-Kummissjoni” għandhom jitħassru:

    l-Artikolu 13, li jsir l-Artikolu 16 E (1)

    l-Artikolu 19(1)

    l-Artikolu 19(2)

    l-Artikolu 22, it-tieni subparagrafu

    Artikolu 93

    l-Artikolu 94 li jsir l-Artikolu 95

    l-Artikolu 104(14) it-tieni subparagrafu

    l-Artikolu 175(2), l-ewwel subparagrafu

    4)

    Fl-Artikoli li ġejjin, il-kliem “, li jaġixxi b'maġġoranza sempliċi,” għandhom jiddaħħlu wara “il-Kunsill”:

    l-Artikolu 130, l-ewwel subparagrafu

    l-Artikolu 144, l-ewwel subparagrafu

    l-Artikolu 208

    l-Artikolu 209

    l-Artikolu 213, l-aħħar subparagrafu, it-tielet sentenza

    l-Artikolu 216

    l-Artikolu 284

    5)

    Fl-Artikoli li ġejjin, il-kliem “li jikkonsulta mal-Parlament” u “li jikkonsulta lill-Parlament” għandhom jiġu ssostitwiti bi “l-approvazzjoni tal-Parlament”:

    l-Artikolu 13, li jsir l-Artikolu 16 E(1)

    l-Artikolu 22, it-tieni subparagrafu

    6)

    Fl-Artikoli li ġejjin, il-kelma “istituzzjoni” għandha tiġi ssostitwita bi “istituzzjoni, korp jew organu” u, skond il-każ, is-sentenza għandha tkun grammatikalment adattata bħala konsegwenza:

    l-Artikolu 195(1), it-tieni subparagrafu

    l-Artikolu 232, it-tieni subparagrafu

    l-Artikolu 233, l-ewwel subparagrafu

    l-Artikolu 234 (b)

    l-Artikolu 255(3), li għandu jsir 16 A(3), it-tielet subparagrafu

    7)

    Fl-Artikoli li ġejjin, il-kliem “Qorti tal-Ġustizzja” jew “Qorti” għandhom jiġu ssostitwiti bi “Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea”:

    l-Artikolu 83(2)(d)

    l-Artikolu 88(2) it-tieni subparagrafu

    l-Artikolu 95(9), li jsir l-Artikolu 94(9)

    l-Artikolu 195(1)

    l-Artikolu 225A, is-sitt subparagrafu

    l-Artikolu 226, it-tieni subparagrafu

    l-Artikolu 227, l-ewwel subparagrafu

    l-Artikolu 228(1) l-ewwel darba li tidher

    l-Artikolu 229

    l-Artikolu 229A

    l-Artikolu 230, l-ewwel subparagrafu

    l-Artikolu 231, l-ewwel subparagrafu

    l-Artikolu 232, l-ewwel subparagrafu

    l-Artikolu 233, l-ewwel subparagrafu

    l-Artikolu 234, l-ewwel subparagrafu

    l-Artikolu 235

    l-Artikolu 236

    l-Artikolu 237, is-sentenza introduttiva u l-punt d)

    l-Artikolu 238

    l-Artikolu 240

    l-Artikolu 242, l-ewwel frażi

    l-Artikolu 243

    l-Artikolu 244

    l-Artikolu 247(9) li jsir (8)

    l-Artikolu 256, it-tieni subparagrafu

    Fl-Artikoli li ġejjin, il-kliem “tal-Ġustizzja” wara l-kelma “Qorti” għandhom jitħassru:

    l-Artikolu 227, ir-raba paragrafu

    l-Artikolu 228, paragrafu 1, it-tieni darba li tidher

    l-Artikolu 230, it-tielet sub-paragrafu

    l-Artikolu 231, it-tieni sub-paragrafu

    l-Artikolu 232, it-tielet subparagrafu

    l-Artikolu 234, it-tieni u t-tielet sub-paragrafu

    l-Artikolu 237, punt d), it-tielet frażi

    l-Artikolu 256, ir-raba' sub-paragrafu

    8)

    Fl-Artikoli li ġejjin, ir-referenza għal Artikolu ieħor tat-Trattat għandha tiġi ssostitwita bir-referenza li ġejja għal Artikolu tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea:

    l-Artikolu 21, it-tielet subparagrafu li jsir ir-raba' subparagrafu

    referenza għall-Artikolu 9 (l-ewwel referenza) u l-Artikolu 53(1) (it-tieni referenza)

    l-Artikolu 97b:

    referenza għall-Artikolu 2

    l-Artikolu 98:

    referenza għall-Artikolu 2 (l-ewwel referenza)

    l-Artikolu 105(1), it-tieni frażi:

    referenza għall-Artikolu 2

    l-Artikolu 215, it-tielet subparagrafuli jsir ir-raba' subparagrafu

    referenza għall-Artikolu 9D(7), l-ewwel subparagrafu:

    9)

    Ma jikkonċernax il-verżjoni Maltija.

    B.   EMENDI SPEĊIFIĊI

    PREAMBOLU

    10)

    Fit-tieni premessa, il-kelma “pajjiżi” għandha tiġi ssostitwita bi “Stati” u fl-aħħar premessa tal-Preambolu, il-kliem “IDDEĊIDEW li jistabbilixxu KOMUNITÀ EWROPEA u għal dan il-għan innominaw...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “INNOMINAW għal dan il-għan...”.

    DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI

    11)

    L-Artikoli 1 u 2 għandhom jiġu revokati. Għandu jiddaħħal Artikolu 1a:

    “Artikolu 1a

    1.   Dan it-Trattat jorganizza l-funzjonament ta' l-Unjoni u jiddetermina l-oqsma, id-delimitazzjoni u l-eżerċizzju tal-kompetenzi tagħha.

    2.   Dan it-Trattat u t-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea huma t-Trattati li fuqhom hija bbażata l-Unjoni. Dawn iż-żewġ Trattati, li għandhom l-istess valur legali, huma indikati bil-kliem ‘it-Trattati.’.”

    KATEGORIJI U OQSMA TA' KOMPETENZA

    12)

    Għandhom jiddaħlu titolu u artikoli ġodda 2 A sa 2 E:

    “TITOLU I

    KATEGORIJI U OQSMA TA' KOMPETENZA TA' L-UNJONI

    Artikolu 2 A

    1.   Meta t-Trattati jagħtu kompetenza esklużiva lill-Unjoni f'qasam speċifiku, l-Unjoni biss tista' tilleġisla u tadotta atti legalment vinkolanti, u l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħmlu dan biss jekk jingħataw is-setgħa mill-Unjoni jew biex jimplimentaw l-atti ta' l-Unjoni.

    2.   Meta t-Trattati jagħtu lill-Unjoni kompetenza kondiviża ma' l-Istati Membri f'qasam speċifiku, l-Unjoni u l-Istati Membri jistgħu jilleġislaw u jadottaw atti legalment vinkolanti f'dak il-qasam. L-Istati Membri għandhom jeżerċitaw il-kompetenza tagħhom sal-punt fejn l-Unjoni ma tkunx eżerċitat tagħha. L-Istati Membri għandhom jeżerċitaw il-kompetenza tagħhom mill-ġdid sal-punt fejn l-Unjoni tkun iddeċidiet li tieqaf teżerċita tagħha.

    3.   L-Istati Membri għandhom jikkoordinaw il-politika ekonomika u ta' l-impjieg tagħhom skond l-arranġamenti previsti f' dan it-Trattat, li l-Unjoni tkun kompetenti li tiddefinixxi.

    4.   L-Unjoni għandu jkollha l-kompetenza, skond id-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li tiddefinixxi u timplimenta politika barranija u ta' sigurtà komuni, inkluża d-definizzjoni progressiva ta' politika ta' difiża komuni.

    5.   F'ċerti oqsma u skond il-kondizzjonijiet previsti fit-Trattati, l-Unjoni għandu jkollha l-kompetenza li tieħu azzjonijiet biex tagħti appoġġ, tikkoordina jew tissupplimenta l-azzjonijiet ta' l-Istati Membri, madankollu mingħajr ma tissostitwihom fil-kompetenza tagħhom f'dawn l-oqsma.

    L-atti legalment vinkolanti ta' l-Unjoni adottati abbażi tad-dispożizzjonijiet fit-Trattati dwar dawn l-oqsma m' għandux ikun fihom l-armonizzazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti ta' l-Istati Membri.

    6.   Il-kamp ta' l-applikazzjoni u l-arranġamenti għall-eżerċizzju tal-kompetenzi ta' l-Unjoni għandhom jiġu determinati mid-dispożizzjonijiet tat-Trattati relatati għal kull qasam.

    Artikolu 2 B

    1.   L-Unjoni għandha kompetenza esklużiva fl-oqsma li ġejjin:

    a)

    l-unjoni doganali;

    b)

    l-istabbiliment tar-regoli tal-kompetizzjoni meħtieġa għall-funzjonament tas-suq intern;

    ċ)

    il-politika monetarja għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro;

    d)

    il-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar fil-qafas tal-politika komuni tas-sajd;

    e)

    il-politika kummerċjali komuni.

    2.   L-Unjoni għandha wkoll kompetenza esklużiva li tikkonkludi ftehim internazzjonali meta l-konklużjoni tiegħu tkun prevista f'att leġislattiv ta' l-Unjoni, jew tkun meħtieġa sabiex l-Unjoni tkun tista' teżerċita l-kompetenza interna tagħha, jew sal-punt fejn il-konklużjoni tiegħu tista' tolqot xi regoli komuni jew tbiddel il-kamp ta' l-applikazzjoni tagħhom.

    Artikolu 2 C

    1.   L-Unjoni għandha kompetenza kondiviża ma' l-Istati Membri fejn it-Trattati jtuha kompetenza li ma tirrigwardax l-oqsma previsti fl-Artikoli 2 B u 2 E.

    2.   Il-kompetenza kondiviża bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tapplika għall-oqsma prinċipali li ġejjin:

    a)

    is-suq intern;

    b)

    il-politika soċjali, għall-aspetti definiti f'dan it-Trattat;

    ċ)

    il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali;

    d)

    l-agrikoltura u s-sajd, eskluża l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar;

    e)

    l-ambjent;

    f)

    il-protezzjoni tal-konsumatur;

    g)

    it-trasport;

    h)

    in-netwerks trans-Ewropej;

    i)

    l-enerġija;

    j)

    l-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja;

    k)

    l-interessi komuni ta' sigurtà f'materji ta' saħħa pubblika, għall-aspetti definiti f'dan it-Trattat.

    3.   Fl-oqsma tar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-ispazju, l-Unjoni għandha l-kompetenza biex tieħu azzjonijiet, b'mod partikolari biex tiddefinixxi u timplimenta programmi mingħajr ma' l-eżerċizzju ta' din il-kompetenza ma jkun jista' jimpedixxi lill-Istati Membri milli jeżerċitaw tagħhom.

    4.   Fl-oqsma tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp u ta' l-għajnuna umanitarja, l-Unjoni għandha l-kompetenza biex tieħu azzjonijiet u tmexxi politika komuni mingħajr ma l-eżerċizzju ta' dik il-kompetenza jkun jista' jimpedixxi lill-Istati Membri milli jeżerċitaw tagħhom.

    Artikolu 2 D

    1.   L-Istati Membri għandhom jikkoordinaw il-politika ekonomika tagħhom fi ħdan l-Unjoni. Għal dan il-għan, il-Kunsill għandu jadotta miżuri, b'mod partikolari linji gwida ġenerali għal din il-politika.

    Dispożizzjonijiet speċifiċi għandhom japplikaw għal dawk l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

    2.   L-Unjoni għandha tieħu miżuri sabiex tassigura l-koordinazzjoni tal-politika dwar l-impjieg ta' l-Istati Membri, partikolarment billi tiddefinixxi linji gwida għal din il-politika.

    3.   L-Unjoni tista' tieħu inizjattivi biex tassigura l-koordinazzjoni tal-politika soċjali ta' l-Istati Membri.

    Artikolu 2 E

    L-Unjoni għandha kompetenza li tieħu azzjonijiet biex tappoġġa, tikkoordina jew tissupplimenta l-azzjoni ta' l-Istati Membri. Fil-livell Ewropew, l-oqsma ta' dawn l-azzjonijiet għandhom ikunu:

    a)

    il-protezzjoni u t-titjib tas-saħħa tal-bniedem;

    b)

    l-industrija;

    ċ)

    il-kultura;

    d)

    it-turiżmu;

    e)

    l-edukazzjoni, il-formazzjoni vokazzjonali, iż-żgħażagħ u l-isport;

    f)

    il-protezzjoni ċivili;

    g)

    il-kooperazzjoni amministrattiva.”

    DISPOŻIZZJONIJIET TA' APPLIKAZZJONI ĠENERALI

    13)

    Għandhom jiddaħħlu t-titolu u l-Artikolu 2 F li ġejjin:

    “TITOLU II

    DISPOŻIZZJONIJIET TA' APPLIKAZZJONI ĠENERALI

    Artikolu 2 F

    L-Unjoni għandha tara li jkun hemm koerenza bejn il-politika u l-attivitajiet differenti tagħha, b'kont meħud ta' l-objettivi kollha tagħha u skond il-prinċipju ta' l-għoti tal-kompetenzi.”

    14)

    L-Artikolu 3(1) għandu jiġi rrevokat. Il-paragrafu 2 għandu jiġi emendat hekk: il-kliem “... l-attivitajiet (...) msemmija f'dan l-Artikolu” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... l-azzjonijiet tagħha,” u l-paragrafu jibqa' mingħajr numru.

    15)

    It-test ta' l-Artikolu 4 isir l-Artikolu 97b. Dan qed jiġi emendat kif jidher fil-punt 85).

    16)

    L-Artikolu 5 għandu jiġi rrevokat; dan jiġi sostitwit mill-Artikolu 3b tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea .

    17)

    Għandu jiddaħħal Artikolu 5a :

    “Artikolu 5a

    Fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politika u l-azzjonijiet tagħha, l-Unjoni għandha tieħu kont tal-ħtiġijiet marbuta mal-promozzjoni ta' livell għoli ta' impjieg, mal-garanzija ta' protezzjoni soċjali xierqa, mal-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali kif ukoll ma' livell għoli ta' edukazzjoni, taħriġ u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.”

    18)

    Għandu jiddaħħal Artikolu 5b:

    “Artikolu 5b

    Fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politika u l-azzjonijiet tagħha, l-Unjoni għandha tfittex li tiġġieled kull diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali.”

    19)

    Fl-Artikolu 6, il-kliem “imsemmija f'Artikolu 3” għandhom jitħassru.

    20)

    Għandu jiddaħħal Artikolu 6a bil-formulazzjoni ta' l-Artikolu 153(2).

    21)

    Għandu jiddaħħal Artikolu 6b bil-formulazzjoni tat-termini normattivi tal-Protokoll dwar il-protezzjoni u l-benessri ta' l-annimali; il-kliem “, tas-sajd,” għandhom jiddaħħlu wara “l-agrikoltura,” il-kliem “...u r-riċerka,” għandhom jiġu ssostitwiti bi “...ir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku u ta' l-ispazju,” u l-kliem “bħala esseri sensibbli,” għandhom jiddaħħlu wara “...tal-benessri ta' l-annimali”.

    22)

    L-Artikoli 7 sa 10 A għandhom jiġu rrevokati. L-Artikoli 11 u 11 A għandhom jiġu ssostitwiti mill-Artikoli 10 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mill-Artikoli 280 A sa 280 I tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, kif jidher hawn isfel fl-Artikolu 1 punt 22) ta' dan it-Trattat u hawn isfel fil-punt 278).

    23)

    It-test ta' l-Artikolu 12 isir l-Artikolu 16 D.

    24)

    It-test ta' l-Artikolu 13 għandu jsir l-Artikolu 16 E. Huwa għandu jiġi emendat kif indikat hawn taħt fil-punt 33).

    25)

    It-test ta' l-Artikolu 14 għandu jsir l-Artikolu 22a. Huwa għandu jiġi emendat kif indikat hawn taħt fil-punt 41).

    26)

    It-test ta' l-Artikolu 15 għandu jsir l-Artikolu 22b. Huwa għandu jiġi emendat kif indikat hawn taħt fil-punt 42).

    27)

    L-Artikolu 16 għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    fil-bidu ta' l-Artikoli il-kliem “mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 73, 86 u 87 ...” għandhom jinbidlu bi “mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3a tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 73, 86 u 87 ta' dan it-Trattat,..”;

    b)

    fit-tmiem ta' l-ewwel sentenza, il-kliem “... u kondizzjonijiet li jippermettulhom li jwettqu l-missjonijiet tagħhom.” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... u kondizzjonijiet, b'mod partikolari ekonomiċi u finanzjarji, li jippermettulhom iwettqu l-missjonijiet tagħhom.”;

    ċ)

    is-sentenza l-ġdida li ġejja għandha tiżdied:

    “Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu permezz ta' regolamenti skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, għandhom jistabbilixxu dawn il-prinċipji u jistabbilixxu dawn il-kondizzjonijiet mingħajr preġudizzju għall-kompetenza ta' l-Istati Membri skond it-Trattati, li jipprovdu, jikkummissjonaw u jiffinanzjaw dawn is-servizzi.”

    28)

    Għandu jiddaħħal Artikolu 16 A bil-formulazzjoni ta' l-Artikolu 255; dan għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    il-paragrafu 1 għandu jkun preċedut mit-test li ġej, fejn il-paragrafu 1 għandu jiġi nnumerat mill-ġdid bħala 3 u l-paragrafi 2 u 3 għandhom isiru subparagrafi:

    “1.   Sabiex tiġi promossa t-tmexxija tajba u sabiex tiġi assigurata l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili, l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi ta' l-Unjoni għandhom iwettqu x-xogħol tagħhom b'mod kemm jista' jkun miftuħ.

    2.   Il-Parlament Ewropew, kif ukoll il-Kunsill meta jkun qiegħed jikkunsidra u jivvota dwar abbozz ta' att leġislattiv, għandhom jiltaqgħu fil-pubbliku.”

    b)

    fil-paragrafu 1, innumerat mill-ġdid bħala 3, li jsir l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3, il-kliem “tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-kummissjoni” għandhom jiġu ssostitwiti bi “ta' l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi ta' l-Unjoni, ikun xi jkun il-mezz tagħhom” u l-kliem “skond il-paragrafi 2 u 3” għandhom jiġu ssostitwiti bi “skond dan il-paragrafu”;

    ċ)

    fil-paragrafu 2, li għandu jsir it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, innumerat mill-ġdid bħala 3, il-kliem “permezz ta' regolamenti” għandhom jiddaħħlu wara “jiġu stabbiliti” u l-kliem “fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Amsterdam” għandhom jitħassru;

    d)

    fil-paragrafu 3, li għandu jsir it-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1, innumerat mill-ġdid bħala 3, il-kliem “... msemmija hawn fuq għandha telabora...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... għandha tassigura t-trasparenza tal-ħidma tagħha u telabora...”, il-kliem “..., skond ir-regolamenti previst fit-tieni subparagrafu” għandhom jiddaħħlu fi tmiem is-subparagrafu u ż-żewġ subparagrafi ġodda li ġejjin għandhom jiżdiedu:

    “Il-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Bank Ewropew ta' l-Investiment għandhom ikunu soġġetti għal dan il-paragrafu biss meta jeżerċitaw il-kompiti amministrattivi tagħhom.

    Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jassiguraw il-pubblikazzjoni tad-dokumenti dwar il-proċeduri leġislattivi skond il-kondizzjonijiet previsti fir-Regolament imsemmi fit-tieni subparagrafu.”

    29)

    Artikolu 16 B għandu jiddaħħal, li jissostitwixxi l-Artikolu 286:

    “Artikolu 16 B

    1.   Kull persuna għandu jkollha d-dritt għall-protezzjoni ta' data personali li tirrigwardaha.

    2.   Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġisltattiva ordinarja, għandhom jistabbilixxu r-regoli li għandhom x'jaqsmu mal-protezzjoni ta' l-individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi ta' l-Unjoni, kif ukoll mill-Istati Membri meta jwettqu attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-dritt ta' l-Unjoni, u mal-moviment liberu ta' din id-data. Il-ħarsien ta' dawn ir-regoli għandu jkun soġġett għall-kontroll minn awtoritajiet indipendenti.

    Ir-regoli adottati abbażi ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-regoli speċifiċi previsti fl-Artikolu 25a tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.”

    30)

    L-Artikolu 16 C il-ġdid li ġej għandu jiddaħħal:

    “Artikolu 16 C

    1.   L-Unjoni tirrispetta u ma tippreġudikax l-istatus li jgawdu minnu, taħt il-liġi nazzjonali, il-knejjes u l-assoċjazzjonijiet jew il-komunitajiet reliġjużi fl-Istati Membri.

    2.   L-Unjoni tirrispetta wkoll l-istatus li jgawdu minnu, taħt il-liġi nazzjonali l-organizzazzjonijiet filosofiċi u mhux konfessjonali.

    3.   Waqt li tirrikonoxxi l-identità u l-kontribuzzjoni speċifika tagħhom, l-Unjoni għandha żżomm djalogu miftuħ, trasparenti u regolari ma' dawn il-knejjes u organizzazzjonijiet.”

    NON-DISKRIMINAZZJONI U ĊITTADINANZA

    31)

    L-intestatura tat-tieni parti għandha tiġi ssostitwita bl-intestatura li ġejja: “NON-DISKRIMINAZZJONI U ĊITTADINANZA TA' L-UNJONI”.

    32)

    Għandu jiddaħħal Artikolu 16 D bil-formulazzjoni ta' l-Artikolu 12.

    33)

    Għandu jiddaħħal Artikolu 16 E, bil-formulazzjoni ta' l-Artikolu 13; fil-paragrafu 2, il-kliem “...meta l-Kunsill jadotta...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, jistgħu jadottaw il-prinċipji bażiċi...” u l-kliem fit-tmiem “..., huwa għandu jaġixxi skond il-proċedura fl-Artikolu 251” għandhom jitħassru.

    34)

    L-Artikolu 17 għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    fil-paragrafu 1, il-kelma “tikkumplimenta” għandha tiġi ssostiwita bi “tiżdied ma'”;

    b)

    il-paragrafu 2 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “2.   Iċ-ċittadini ta' l-Unjoni għandhom igawdu d-drittijiet u jintrabtu bid-dmirijiet previsti fit-Trattati. Huma għandhom, fost l-oħrajn:

    a)

    id-dritt ta' moviment liberu u d-dritt ta' residenza libera fit-territorju ta' l-Istati Membri;

    b)

    id-dritt tal-vot u d-dritt li joħorġu bħala kandidati fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew kif ukoll fl-elezzjonijiet muniċipali fl-Istat Membru fejn huma jirrisjedu, taħt l-istess kondizzjonijiet bħaċ-ċittadini ta' dak l-Istat;

    ċ)

    id-dritt li jgawdu, fit-territorju ta' pajjiż terz fejn l-Istat Membru li tiegħu huma ċittadini ma jkunx rappreżentat, mill-protezzjoni ta' l-awtoritajiet diplomatiċi u konsulari ta' kwalunkwe Stat Membru, taħt l-istess kondizzjonijiet bħaċ-ċittadini ta' dak l-Istat;

    d)

    id-dritt li jressqu petizzjoni lill-Parlament Ewropew, id-dritt li jirrikorru għall-Ombudsman Ewropew, kif ukoll id-dritt li jindirizzaw lill-istituzzjonijiet u l-korpi konsultattivi ta' l-Unjoni fi kwalunkwe lingwa tat-Trattat u d-dritt li jirċievu tweġiba bl-istess lingwa.

    Dawn id-drittijiet għandhom ikunu eżerċitati skond il-kondizzjonijiet u fil-limiti definiti fit-Trattati u permezz tal-miżuri adottati għall-applikazzjoni tagħhom.”

    35)

    L-Artikolu 18 għandu jiġi emendat kif ġej:

    (a)

    fil-paragrafu 2, il-kliem “... il-Kunsill jista' jadotta...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “...il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, jistgħu jadottaw ...” u l-aħħar sentenza għandha titħassar;

    (b)

    il-paragrafu 3 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “3.   Għall-istess finijiet previsti fil-paragrafu 1, u biss jekk it-Trattati jkunu pprevedew is-setgħat meħtieġa, il-Kunsill, li jaġixxi skond il-proċedura leġislattiva speċjali, jista' jadotta miżuri li jikkonċernaw is-sigurtà soċjali jew il-protezzjoni soċjali. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'mod unanimu wara li jikkonsulta mal-Parlament Ewropew.”

    36)

    Fl-Artikolu 20, il-kliem “..jistabbilixxu r-regoli neċessarji bejniethom u...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “...jieħdu d-dispożizzjonijiet meħtieġa u ...”. Is-subparagrafu l-ġdid li ġej għandu jiżdied:

    “Il-Kunsill, li jaġixxi skond il-proċedura leġislattiva speċjali u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, jista' jadotta direttivi li jistabbilixxu l-miżuri ta' koordinazzjoni u ta' kooperazzjoni meħtieġa biex jiffaċilitaw din il-protezzjoni.”

    37)

    Fl-Artikolu 21, l-ewwel subparagrafu l-ġdid għandu jiddaħħal:

    “Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu permezz ta' regolament skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, għandhom jadottaw id-dispożizzjonijiet dwar il-proċeduri u l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-preżentazzjoni ta' inizjattiva taċ-ċittadini skond l-Artikolu 8B tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, inkluż in-numru minimu ta' Stati Membri li minnhom iridu jiġu ċ-ċittadini li jippreżentawha.”

    38)

    Fl-Artikolu 22, it-tieni subparagrafu, il-kliem “...mad-drittijiet previsti f'din il-Parti, u jirrakkommandahom lill-Istati Membri għall-adozzjoni skond il-ħtiġijiet kostituzzjonali rispettivi tagħhom ...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “...mad-drittijiet elenkati fl-Artikolu 17(2). Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jidħlu fis-seħħ wara l-approvazzjoni tagħhom mill-Istati Membri skond il-ħtiġijiet kostituzzjonali rispettivi tagħhom.”.

    39)

    Fl-intestatura tat-tielet parti, il-kliem “U AZZJONIJIET INTERNI” għandhom jiżdiedu wara “POLITIKA”.

    SUQ INTERN

    40)

    It-titolu I, intitolat “IS-SUQ INTERN”, għandu jiddaħħal fil-bidu tat-tielet parti.

    41)

    L-Artikolu 22a għandu jiddaħħal, bil-formulazzjoni ta' l-Artikolu 14; Il-paragrafu 1 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “1.   L-Unjoni għandha tadotta miżuri bil-ħsieb li tistabbilixxi jew li tassigura l-funzjonament tas-suq intern, skond id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattati.”

    42)

    L-Artikolu 22b għandu jiddaħħal, bil-formulazzjoni ta' l-Artikolu 15; Fl-ewwel subparagrafu, il-kliem “matul il-perjodu ta' l-istabbiliment” għandhom jiġu ssostiwiti bi “għall-istabbiliment...”.

    43)

    It-Titolu I dwar il-moviment liberu tal-merkanzija għandu jiġi nnumerat mill-ġdid bħala “Ia”.

    44)

    Fl-Artikolu 23(1), il-kliem “... hija bażata fuq...” għandhom jiġi ssostitwiti bi “tinkludi”.

    45)

    Il-kapitolu 1a għandu jiddaħħal wara l-Artikolu 27, intitolat “KOOPERAZZJONI DOGANALI”, u l-Artikolu 27a għandu jiddaħħal bil-formulazzjoni ta' l-Artikolu 135, fejn l-aħħar sentenza ta' dan l-Artikolu 135 għandha titħassar.

    AGRIKOLTURA U SAJD

    46)

    Fl-intestatura tat-Titolu II, il-kliem “U SAJD” għandhom jiżdiedu.

    47)

    L-Artikolu 32 għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu l-ġdid li ġej għandu jiddaħħal:

    “1.   L-Unjoni għandha tiddefinixxi u timplimenta politika komuni ta' l-agrikoltura u s-sajd.”

    , fejn it-test attwali tal-paragrafu 1 għandu jsir it-tieni subparagrafu.

    Fl-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu, il-kliem “, u tas-sajd” għandhom jiddaħħlu wara l-kelma “agrikoli” u s-sentenza li ġejja għandha tiżdied bħala l-aħħar sentenza tas-subparagrafu: “Ir-referenzi għall-politika agrikola komuni jew għall-agrikoltura u l-użu tat-terminu ‘agrikola’, għandhom jinftehmu bħala li jirreferu wkoll għas-sajd, b'kont meħud tal-karatteristiċi speċifiċi ta' dan is-settur.”

    b)

    fil-paragrafu 2, il-kliem “... jew il-funzjonament ...” għandhom jiddaħħlu wara l-kelma “istabbiliment”.

    ċ)

    Fil-paragrafu 3 il-kliem “ta' dan it-trattat” għandhom jitħassru.

    48)

    L-Artikolu 36 għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    fl-ewwel subparagrafu, il-kliem “mill-Parlament Ewropew u” għandhom jiddaħħlu quddiem il-kliem “mill-Kunsill” u r-referenza għall-paragrafu 3 għandha titħassar.

    b)

    fit-tieni subparagrafu is-sentenza introduttiva għandha tiġi sostiwita bis-sentenza li ġejja: “Il-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, jista’ jawtorizza l-għoti ta’ għajnuna:”

    49)

    L-Artikolu 37 għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    il-paragrafu 1 għandu jitħassar.

    b)

    il-paragrafu 2 għandu jiġi nnumerat mill-ġdid bħala “1”; il-parti tas-sentenza “Fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta' dan it-Trattat, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u waqt li tikkonsidra x-xogħol tal-konferenza ipprovdut fil-paragrafu 1, għandha tissottometti proposti...” għandha tiġi ssostitwita bi “Il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposti...”; u t-tielet subparagrafu għandu jitħassar;

    ċ)

    il-paragrafi li ġejjin għandhom jiddaħħlu bħala l-paragrafi 2 u 3 l-ġodda, u l-paragrafi ta' wara jiġu nnumerati b' konsegwenza :

    “2.   Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġisltattiva ordinarja u wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandhom jistabbilixxu l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli prevista fl-Artikolu 34(1) kif ukoll id-dispożizzjonijiet l-oħra meħtieġa għall-kisba ta' l-objettivi tal-politika agrikola komuni u l-politika komuni tas-sajd.

    3.   Il-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, għandu jadotta l-miżuri dwar l-iffissar tal-prezzijiet, l-imposti, l-għajnuna u l-limitazzjonijiet kwantitattivi, kif ukoll dwar l-iffissar u l-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd.”

    d)

    fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 innumerat mill-ġdid 4, il-kliem “il-Kunsill b'votazzjoni tal-maġġoranza kkwalifikata jista' bil-kondizzjonijiet previsti fil-paragrafu ta' qabel jissostitwixxi organizzazzjonijiet nazzjonali tas-suq bl-organizzazzjoni komuni...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “Skond il-paragrafu 2, l-organizzazzjonijiet nazzjonali tas-suq jistgħu jiġu ssostitwiti bl-organizzazzjoni komuni ...”;

    e)

    fl-ewwel parti tas-sentenza tal-paragrafu 4 innumerat mill-ġdid 5, l-emenda ma tapplikax għall-Malti.

    MOVIMENT LIBERU TAL-ĦADDIEMA

    50)

    L-Artikolu 39(3)(d) għandu jiġi fformulat mill-ġdid, kif ġej: “li jibqa' fit-territorju ta' Stat Membru wara li jkun okkupa impjieg hemm, soġġett għal kondizzjonijiet f' regolamenti implimentattivi li għandhom jitħejjew mill-Kummissjoni”.

    51)

    L-Artikolu 42 għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    fl-ewwel subparagrafu, il-kliem “...lill-ħaddiema migranti u lid-dipendenti tagħhom:” għandhom jiġu ssostitwiti bi “il-ħaddiema migranti impjegati u dawk li jaħdmu għal rashom u d-dipendenti tagħhom:”

    b)

    l-aħħar subparagrafu għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “Meta membru tal-Kunsill jiddikjara li abbozz ta' att leġislattiv imsemmi fl-ewwel subparagrafu jkun jaffettwa aspetti importanti tas-sistema ta' sigurtà soċjali tiegħu, inkluż il-kamp ta' applikazzjoni, l-ispiża jew l-istruttura finanzjarja tagħha, jew ikun jaffettwa l-ekwilibriju finanzjarju ta' dik is-sistema, huwa jista' jitlob li l-kwistjoni titressaq quddiem il-Kunsill Ewropew. F'dan il-każ, il-proċedura leġislattiva ordinarja għandha tiġi sospiża. Wara diskussjoni, il-Kunsill Ewropew għandu, fi żmien erba' xhur minn din is-sospensjoni, jew:

    a)

    jirreferi l-abbozz lura lill-Kunsill, li għandu jtemm is-sospensjoni tal-proċedura leġislattiva ordinarja, jew

    b)

    ma jieħu l-ebda azzjoni jew jitlob lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposta ġdida; f'dak il-każ, l-att propost oriġinarjament għandu jitqies li ma jkunx ġie adottat.”

    ID-DRITT TA' STABBILIMENT

    52)

    Fl-Artikolu 44(2), il-kliem “il-Parlament Ewropew,” għandhom jiżdiedu fil-bidu ta' l-ewwel subparagrafu.

    53)

    Fl-Artikolu 45, it-tieni subparagrafu, il-kliem “Il-Kunsill, b'vot tal-maġġoranza kwalifikata fuq proposta tal-Kummissjoni, jista' jeżenta...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, jistgħu jeżentaw...”.

    54)

    L-Artikolu 47 għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    is-sentenza li ġejja għandha tiżdied fit-tmiem tal-paragrafu 1: “kif ukoll għall-koordinazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar il-bidu u t-tkomplija ta' l-attivitajiet ta' dawk li jaħdmu għal rashom.”

    b)

    il-paragrafu 2 għandu jitħassar u l-paragrafu 3 għandu jiġi nnumerat mill-ġdid bħala “2”; il-kliem “għandha tkun” għandha tiġi ssostitwita bi “hija”.

    55)

    L-Artikolu 48a għandu jiddaħħal, bil-formulazzjoni ta' l-Artikolu 294;

    IS-SERVIZZI

    56)

    L-Artikolu 49 għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    fl-ewwel subparagrafu, il-kliem “Stat tal-Komunità” għandhom jiġu ssostiwiti bi “Stat Membru”;

    b)

    fit-tieni subparagrafu, il-kliem “Il-Kunsill jista', b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, jestendu...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, jistgħu jestendu...”.

    57)

    Fl-Artikolu 50, it-tielet subparagrafu, il-kliem “fil-pajjiż” għandhom jiġu sostitiwiti bi “fl-Istat Membru” u l-kliem “dak il-pajjiż” għandhom jiġu sostitiwiti bi “dan l-Istat”.

    58)

    Fl-Artikolu 52(1), il-kliem “...il-Kunsill b'maġġoranza kwalifikata, fuq proposta tal-Kummissjoni u wara li jiġu kkonsultati l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Parlament Ewropew, għandu...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “...il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, u wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandhom, b'maġġoranza kwalifikata...”.

    59)

    Fl-Artikolu 53, il-kliem “... jiddikjaraw ruħhom disposti li jipproċedu għal-liberaliżżazzjoni tas- ...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “...jagħmlu ħilithom biex jilliberalizzaw is-...”.

    KAPITAL

    60)

    Fl-Artikolu 57(2), il-kliem “... il-Kunsill jista', filwaqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta tal-Kummissjoni, jadotta miżuri ...” għandhom jiġu sostiwiti bi “... il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, għandhom jadottaw il-miżuri...” u l-aħħar sentenza tal-paragrafu 2 issir il-paragrafu 3 li għandha taqra kif ġej:

    “3.   B'deroga mill-paragrafu 2, il-Kunsill biss, li jaġixxi skond il-proċedura leġislattiva speċjali, b'unanimità u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, jista' jadotta miżuri li jikkostitwixxu pass lura fid-dritt ta' l-Unjoni fir-rigward tal-liberalizzazzjoni tal-moviment tal-kapital lejn jew minn pajjiżi terzi.”

    61)

    Fl-Artikolu 58, il-paragrafu 4 l-ġdid li ġej għandu jiżdied:

    “4.   Fin-nuqqas ta' miżuri f'applikazzjoni ta' l-Artikolu 57(3), il-Kummissjoni jew, fin-nuqqas ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni fi żmien tliet xhur mit-talba ta' l-Istat Membru kkonċernat, il-Kunsill, jista' jadotta deċiżjoni li tiddikjara li l-miżuri fiskali restrittivi adottati minn Stat Membru li jikkonċernaw pajjiż terz wieħed jew aktar, għandhom ikunu kkunsidrati kompatibbli mat-Trattati ġaladarba dawn ikunu ġustifikati minn wieħed mill-objettivi ta' l-Unjoni u jkunu kompatibbli mal-funzjonament tajjeb tas-suq intern. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'mod unanimu fuq talba minn Stat Membru.”

    62)

    L-Artikolu 60 għandu jsir l-Artikolu 61 H. Huwa għandu jiġi emendat kif indikat hawn taħt fil-punt 64).

    L-ISPAZJU TA' LIBERTÀ, SIGURTÀ U ĠUSTIZZJA

    63)

    Titolu IV, intitolat “L-ISPAZJU TA' LIBERTÀ, SIGURTÀ U ĠUSTIZZJA” għandu jissostitwixxi t-Titolu IV dwar il-visa, l-asil, l-immigrazzjoni u politika oħra relatati mal-moviment liberu ta' persuni. Dan it-titolu għandu jinkludi l-kapitoli li ġejjin:

    Kapitolu 1:

    Dispożizzjonijiet Ġenerali

    Kapitolu 2:

    Politika dwar il-kontrolli fil-fruntieri, l-asil u l-immigrazzjoni

    Kapitolu 3:

    Kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili

    Kapitolu 4:

    Kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali

    Kapitolu 5:

    Kooperazzjoni tal-pulizija

    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

    64)

    L-Artikolu 61 għandu jiġi ssostitwit bil-Kapitolu 1 u l-Artikoli 61 sa 61 I li ġejjin. L-Artikolu 61 jissostitwixxi wkoll l-Artikolu 29 tat-Trattat attwali dwar l-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 61 D jissostitwixxi l-Artikolu 36, l-Artikolu 61 E jissostitwixxi l-Artikolu 64(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 33 tat-Trattat attwali dwar l-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 61 G jissostitwixxi l-Artikolu 66 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u l-Artikolu 61 H jieħu l-Artikolu 60 ta' dan l-aħħar Trattat, kif jidher fil-punt 62) hawn isfel.

    “KAPITOLU 1

    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

    Artikolu 61

    1.   L-Unjoni għandha tikkonsisti fi spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja b'rispett għad-drittijiet fundamentali u s-sistemi u t-tradizzjonijiet legali differenti ta' l-Istati Membri.

    2.   L-Unjoni għandha tassigura li ma jkunx hemm kontrolli fuq il-persuni fil-fruntieri interni u għandha tiżviluppa politika komuni dwar l-asil, l-immigrazzjoni u l-kontroll fil-fruntieri esterni ibbażata fuq is-solidarjetà bejn l-Istati Membri, li tkun ġusta lejn iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi. Għall-finijiet ta' dan it-titolu, persuni apolidi għandhom jiġu trattati bħala ċittadini ta' pajjiżi terzi.

    3.   L-Unjoni għandha tagħmel ħilitha sabiex tassigura livell għoli ta' sigurtà permezz ta' miżuri ta' prevenzjoni u ta' ġlieda kontra l-kriminalità, ir-razziżmu u l-ksenofobija, permezz ta' miżuri ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-pulizija u ġudizzjarji u awtoritajiet kompetenti oħrajn, kif ukoll permezz tar-rikonoxximent reċiproku ta' sentenzi f'materji kriminali u, jekk meħtieġ, permezz ta' l-approssimazzjoni ta' liġijiet kriminali.

    4.   L-Unjoni għandha tiffaċilita l-aċċess għall-ġustizzja, b'mod partikolari permezz tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku ta' deċiżjonijiet ġudizzjarji u extraġudizzjarji f'materji ċivili.

    Artikolu 61 A

    Il-Kunsill Ewropew għandu jiddefinixxi l-linji gwida strateġiċi għal ippjanar leġislattiv u operazzjonali fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja.

    Artikolu 61 B

    Il-Parlamenti Nazzjonali għandhom jaraw li l-proposti u l-inizjattivi leġislattivi preżentati taħt il-Kapitoli 4 u 5 iħarsu l-prinċipju tas-sussidjarjetà, skond il-Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità.

    Artikolu 61 C

    Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 226, 227 u 228, il-Kunsill jista', fuq proposta tal-Kummissjoni, jadotta miżuri li jistabbilixxu l-arranġamenti li permezz tagħhom l-Istati Membri, f'kollaborazzjoni mal-Kummissjoni, jagħmlu valutazzjoni oġġettiva u imparzjali ta' l-implimentazzjoni tal-politika ta' l-Unjoni prevista f'dan it-Titolu mill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri, b'mod partikolari biex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni sħiħa tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku. Il-Parlament Ewropew u l-Parlamenti nazzjonali għandhom jinżammu infurmati bil-kontenut u bir-riżultati ta' din il-valutazzjoni.

    Artikolu 61 D

    Għandu jiġi stabbilit kumitat permanenti fil-Kunsill biex jassigura li kooperazzjoni operattiva dwar is-sigurtà interna tiġi promossa u msaħħa fi ħdan l-Unjoni. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 207, għandu jiffaċilita l-koordinazzjoni ta' l-azzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri. Ir-rappreżentanti tal-korpi u l-organi konċernati ta' l-Unjoni jistgħu jkunu involuti fil-proċedimenti ta' dan il-Kumitat. Il-Parlament Ewropew u l-Parlamenti nazzjonali għandhom jinżammu infurmati bil-proċedimenti.

    Artikolu 61 E

    Dan it-titolu m'għandux jolqot l-eżerċizzju tar-responsabbiltajiet ta' l-Istati Membri rigward iż-żamma ta' l-ordni pubbliku u s-salvagwardja tas-sigurtà interna.

    Artikolu 61 F

    L-Istati Membri għandu jkollhom l-għażla li jorganizzaw bejniethom u taħt ir-responsabbiltà tagħhom forom ta' kooperazzjoni u ta' koordinazzjoni kif iqisu xieraq bejn id-dipartimenti kompetenti ta' l-amministrazzjonijiet tagħhom responsabbli biex jassiguraw is-sigurtà nazzjonali.

    Artikolu 61 G

    Il-Kunsill għandu jadotta miżuri biex jassigura l-kooperazzjoni amministrattiva bejn is-servizzi kompetenti ta' l-Istati Membri fl-oqsma koperti b'dan it-Titolu, kif ukoll bejn dawk is-servizzi u l-Kummissjoni. Huwa għandu jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni, soġġett għall-Artikolu 61 I, u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew.

    Artikolu 61 H

    Fejn meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi previsti fl-Artikolu 61, fir-rigward tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u attivitajiet marbuta ma' dan, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu permezz ta' regolament skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, għandhom jiddefinixxu qafas għal miżuri amministrattivi fir-rigward tal-movimenti tal-kapital u tal-pagamenti, bħall-iffriżar ta' fondi, assi finanzjarji jew benefiċċji ekonomiċi li jappartjenu lil, jew li jkunu proprjetà ta', jew miżmuma minn, persuni fiżiċi jew ġuridiċi, gruppi jew entitajiet mhux statali.

    Il-Kunsill fuq proposta tal-Kummissjoni għandu jadotta miżuri sabiex jimplimenta l-qafas imsemmi fl-ewwel subparagrafu.

    L-atti previsti f'dan l-Artikolu għandhom jinkludu d-dispożizzjonijiet meħtieġa dwar salvagwardji legali.

    Artikolu 61 I

    L-atti previsti fil-Kapitoli 4 u 5, kif ukoll il-miżuri previsti fl-Artikolu 61 G li jassiguraw kooperazzjoni amministrattiva fl-oqsma koperti minn dawn il-kapitoli, għandhom jiġu adottati:

    a)

    fuq proposta tal-Kummissjoni, jew

    b)

    fuq l-inizjattiva ta' kwart mill-Istati Membri.”

    KONTROLLI FIL-FRUNTIERI, ASIL U IMMIGRAZZJONI

    65)

    L-Artikoli 62 sa 64 għandhom jiġu ssostitwiti bil-Kapitolu 2 u l-Artikoli 62 sa 63b li ġejjin. L-Artikolu 62 jissostitwixxi l-Artikolu 62, l-Artikolu 63 (1) u (2) jissostitwixxi l-Artikolu 63 punti 1 u 2, l-Artikolu 63(3) jissostitwixxi l-Artikolu 64(2), u l-Artikolu 63a jissostitwixxi l-Artikolu 63, punti 3 u 4:

    “KAPITOLU 2

    POLITIKA DWAR KONTROLLI FIL-FRUNTIERI, L-ASIL U L-IMMIGRAZZJONI

    Artikolu 62

    1.   L-Unjoni għandha tiżviluppa politika bil-għan li:

    a)

    tassigura li ma jkun hemm l-ebda kontroll fuq persuni, tkun xi tkun iċ-ċittadinanza tagħhom, meta jaqsmu l-fruntieri interni;

    b)

    twettaq kontrolli fuq persuni u sorveljanza effiċjenti tal-qsim tal-fruntieri esterni;

    ċ)

    iddaħħal b'mod gradwali sistema integrata ta' ġestjoni għall-fruntieri esterni.

    2.   Għall-fini tal-paragrafu 1, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa dwar:

    a)

    il-politika komuni dwar viżi u permessi oħra ta' residenza għal permanenza qasira;

    b)

    il-kontrolli li huma soġġetti għalihom il-persuni li jaqsmu l-fruntieri esterni;

    ċ)

    il-kondizzjonijiet li taħthom iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi għandhom il-libertà li jivvjaġġaw fl-Unjoni għal żmien qasir;

    d)

    kwalunkwe miżura meħtieġa għall-istabbiliment gradwali ta' sistema integrata ta' ġestjoni għall-fruntieri esterni;

    e)

    in-nuqqas ta' kontroll fuq persuni, tkun xi tkun iċ-ċittadinanza tagħhom, meta jaqsmu l-fruntieri interni.

    3.   Jekk jidher li tkun meħtieġa azzjoni mill-Unjoni biex tiffaċilita l-eżerċizzju tad-dritt, previst fl-Artikolu 17(2)(a) u biss jekk it-Trattati jkunu pprovdew is-setgħat meħtieġa, il-Kunsill, li jaġixxi skond il-proċedura leġislattiva speċjali, jista' jadotta dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-passaporti, il-karti ta' l-identità, il-permessi ta' residenza jew kwalunkwe dokument ieħor relatat. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'mod unanimu wara li jikkonsulta mal-Parlament Ewropew.

    4.   Dan l-Artikolu m'għandux jolqot il-kompetenza ta' l-Istati Membri dwar id-demarkazzjoni ġeografika tal-fruntieri tagħhom, skond id-dritt internazzjonali.

    Artikolu 63

    1.   L-Unjoni għandha tiżviluppa politika komuni dwar l-asil, il-protezzjoni sussidjarja u l-protezzjoni temporanja bil-għan li toffri status xieraq lil kull ċittadin ta' pajjiż terz li jeħtieġ protezzjoni internazzjonali u bil-għan li tassigura l-ħarsien tal-prinċipju ta' non-refoulement. Din il-politika trid tkun konformi mal-Konvenzjoni ta' Ġinevra tat-28 ta' Lulju 1951 u mal-Protokoll tal-31 ta' Jannar 1967 dwar l-istatus tar-refuġjati, kif ukoll ma' trattati oħra rilevanti.

    2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa dwar sistema komuni Ewropea ta' asil li tinkludi:

    a)

    status uniformi ta' asil għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi, validu fl-Unjoni kollha;

    b)

    status uniformi ta' protezzjoni sussidjarja għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li, mingħajr ma jiksbu asil Ewropew, jeħtieġu protezzjoni internazzjonali;

    ċ)

    sistema komuni ta' protezzjoni temporanja, fil-każ ta' dħul massiv, għal persuni maqlugħa minn pajjiżhom;

    d)

    proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar ta' l-istatus uniformi ta' asil jew ta' protezzjoni sussidjarja;

    e)

    kriterji u mekkaniżmi għad-determinazzjoni ta' l-Istat Membru responsabbli li jikkunsidra applikazzjoni għal asil jew għal protezzjoni sussidjarja;

    f)

    standards dwar il-kondizzjonijiet biex jintlaqgħu l-applikanti għal asil jew għal protezzjoni sussidjarja;

    g)

    sħubija u kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi għall-amministrazzjoni tal-flussi ta' persuni li japplikaw għal asil jew għal protezzjoni sussidjarja jew temporanja.

    3.   F'każ li Stat Membru wieħed jew iktar isibu ruħhom f'sitwazzjoni ta' emerġenza karatterizzata minn dħul f'daqqa ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, il-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, jista' jadotta miżuri provviżorji għall-benefiċċju ta' l-Istat(i) Membru(i) konċernat(i). Għandu jaġixxi wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew.

    Artikolu 63a

    1.   L-Unjoni għandha tiżviluppa politika komuni ta' immigrazzjoni maħsuba biex tassigura, fl-istadji kollha, l-amministrazzjoni effikaċi tal-flussi tal-migrazzjoni, it-trattament ġust ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi residenti legalment fl-Istati Membri, kif ukoll il-prevenzjoni u l-ġlieda b' saħħa kontra l-immigrazzjoni illegali u t-traffikar tal-bnedmin.

    2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, għandhom jadottaw il-miżuri fl-oqsma li ġejjin:

    a)

    il-kondizzjonijiet ta' dħul u residenza, kif ukoll l-istandards dwar il-ħruġ minn Stati Membri ta' viżi u permessi ta' residenza għal żmien twil, inklużi dawk biex terġa' tingħaqad il-familja;

    b)

    id-definizzjoni tad-drittijiet ta' ċittadin ta' pajjiż terz residenti legalment fi Stat Membru inklużi l-kondizzjonijiet li jirregolaw il-libertà ta' moviment u ta' residenza fi Stati Membri oħra;

    ċ)

    l-immigrazzjoni illegali u r-residenza mhux awtorizzata, inkluża t-tkeċċija u r-ripatrijazzjoni ta' persuni residenti mingħajr awtorizzazzjoni;

    d)

    il-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin, b'mod partikolari tan-nisa u t-tfal.

    3.   L-Unjoni tista' tikkonkludi ftehim ma' pajjiżi terzi dwar id-dħul mill-ġdid fil-pajjiż ta' l-oriġini jew ta' provenjenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li ma jissodisfawx jew ma jibqgħux jissodisfaw il-kondizzjonijiet għad-dħul, għall-preżenza jew għar-residenza fit-territorju ta' wieħed mill-Istati Membri.

    4.   Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, jistgħu jistabbilixxu miżuri biex jinkoraġġixxu u jappoġġaw l-azzjoni ta' l-Istati Membri bl-għan li tiġi promossa l-integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi residenti legalment fit-territorju tagħhom, bl-esklużjoni ta' kwalunkwe armonizzazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti ta' l-Istati Membri.

    5.   Dan l-Artikolu m'għandux jolqot id-dritt ta' l-Istati Membri li jistabbilixxu l-volumi ta' dħul ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi ġejjin minn pajjiżi terzi, fit-territorju tagħhom sabiex ifittxu impjieg, kemm jekk impjegati u kemm jekk jaħdmu għal rashom.

    Artikolu 63b

    Il-politika ta' l-Unjoni prevista f'dan il-Kapitolu u l-implimentazzjoni tagħha għandha tiġi regolata mill-prinċipju tas-solidarjetà u t-tqassim ġust tar-responsabbiltà, inkluż l-implikazzjonijiet finanzjarji tagħha bejn l-Istati Membri. Kull meta jkun meħtieġ, l-atti ta' l-Unjoni adottati skond dan il-Kapitolu għandhom jinkludu l-miżuri xierqa għall-applikazzjoni ta' dan il-prinċipju.”

    KOOPERAZZJONI ĠUDIZZJARJA F'MATERJI ĊIVILI

    66)

    L-Artikolu 65 għandu jiġi ssostitwit bil-Kapitolu 3 u l-Artikolu 65 li ġejjin:

    “KAPITOLU 3

    KOOPERAZZJONI ĠUDIZZJARJA F'MATERJI ĊIVILI

    Artikolu 65

    1.   L-Unjoni għandha tiżviluppa kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili li jkollhom implikazzjonijiet transkonfinali, ibbażata fuq il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji u extraġudizzjarji. Din il-kooperazzjoni tista' tinkludi l-adozzjoni ta' miżuri għall-approssimazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti ta' l-Istati Membri.

    2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, għandhom jadottaw, b'mod partikolari fejn dan ikunmeħtieġ għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern, miżuri bil-għan li jassiguraw:

    a)

    ir-rikonoxximent reċiproku bejn Stati Membri u l-infuzar ta' deċiżjonijiet f'każijiet ġudizzjarji u extraġudizzjarji;

    b)

    in-notifika transkonfinali ta' dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji;

    ċ)

    il-kompatibblità tar-regoli applikabbli fl-Istati Membri dwar il-kunflitt tal-liġijiet u tal-ġurisdizzjoni;

    d)

    il-kooperazzjoni biex jinkisbu l-provi;

    e)

    aċċess effettiv għall-ġustizzja;

    f)

    it-tneħħija ta' xkiel għall-funzjonament tajjeb ta' proċedimenti ċivili, jekk meħtieġ billi tkun promossa l-kompatibbiltà tar-regoli dwar il-proċedura ċivili applikabbli fl-Istati Membri;

    g)

    l-iżvilupp ta' metodi alternattivi għas-soluzzjoni tat-tilwim;

    h)

    appoġġ fit-taħriġ tal-ġudikatura u l-persunal ġudizzjarju.

    3.   B'deroga mill-paragrafu 2, il-miżuri dwar il-liġi tal-familja b'implikazzjonijiet transkonfinali għandhom jiġu stabbiliti mill-Kunsill, li skond il-proċedura leġislattiva speċjali. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'mod unanimu wara li jikkonsulta mal-Parlament Ewropew.

    Il-Kunsill, fuq proposta tal-Kumissjoni, jista' jadotta deċiżjoni li tiddetermina dawk l-aspetti tal-liġi tal-familja b'implikazzjonijiet transkonfinali li jistgħu jkunu s-suġġett ta' atti adottati skond il-proċedura leġislattiva ordinarja. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'mod unanimu wara li jikkonsulta mal-Parlament Ewropew.

    Il-proposta prevista fit-tieni subparagrafu għandha tintbagħat lill-Parlamenti nazzjonali. Jekk Parlament nazzjonali jgħarraf l-oppożizzjoni tiegħu fi żmien sitt xhur mid-data ta' tali notifika, id-deċiżjoni m'għandhiex tiġi adottata. Fin-nuqqas ta' oppożizzjoni, il-Kunsill jista' jadotta din id-deċiżjoni.”

    KOOPERAZZJONI ĠUDIZZJARJA F'MATERJI KRIMINALI

    67)

    L-Artikoli 66 għandu jiġi sostitwit bl-Artikolu 61 G, kif jidher fil-punt 64) u l-Artikoli 67 sa 69 jiġu rrevokati. Għandhom jiddaħlu l-Kapitolu 4 u l-Artikoli 69 A sa 69 E li ġejjin. L-Artikoli 69 A, 69 B u 69 D jissostitwixxu l-Artikolu 31 tat-Trattat attwali ta' l-Unjoni Ewropea, kif jidher hawn isfel fl-Artikolu 1 punt 51), ta' dan it-Trattat:

    “KAPITOLU 4

    KOOPERAZZJONI ĠUDIZZJARJA F'MATERJI KRIMINALI

    Artikolu 69 A

    1.   Il-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali fl-Unjoni għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku ta' sentenzi u deċiżjonijiet ġudizzjarji u għandha tinkludi l-approssimazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti ta' l-Istati Membri fl-oqsma previsti fil-paragrafu 2 u fl-Artikolu 69 B.

    Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, għandhom jadottaw il-miżuri li:

    a)

    jistabbilixxu regoli u proċeduri biex jassiguraw ir-rikonoxximent fl-Unjoni kollha tal-forom kollha ta' sentenzi u deċiżjonijiet ġudizzjarji;

    b)

    jipprevjenu u jsolvu konflitti ta' ġurisdizzjoni bejn l-Istati Membri;

    ċ)

    jappoġġaw it-taħriġ tal-ġudikatura u l-persunal ġudizzjarju;

    d)

    jiffaċilitaw il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji jew ekwivalenti ta' l-Istati Membri fir-rigward ta' proċedimenti f'materji kriminali u l-infurzar tad-deċiżjonijiet.

    2.   Fejn ikun meħtieġ biex jiġi faċilitat ir-rikonoxximent reċiproku tas-sentenzi u d-deċiżjonijiet ġudizzjarji, kif ukoll il-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja f'materji kriminali ta' natura transkonfinali, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu permezz ta' direttivi skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, jistgħu jistabbilixxu regoli minimi. Dawn ir-regoli minimi għandhom jieħdu kont tad-differenzi bejn it-tradizzjonijiet u s-sistemi legali ta' l-Istati Membri.

    Dawn għandhom jikkonċernaw:

    a)

    l-ammissibbiltà reċiproka tal-provi bejn l-Istati Membri;

    b)

    id-drittijiet ta' l-individwi fil-proċedura kriminali;

    ċ)

    id-drittijiet ta' vittmi tal-kriminalità;

    d)

    aspetti speċifiċi oħra tal-proċedura kriminali li l-Kunsill ikun identifika minn qabel b'deċiżjoni; għall-adozzjoni ta' din id-deċiżjoni, il-Kunsill għandu jaġixxi b'mod unanimu wara li jkun kiseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew.

    L-adozzjoni tar-regoli minimi previsti f'dan il-paragrafu m'għandhiex iżomm lill-Istati Membri milli jżommu fis-seħħ jew idaħħlu livell ogħla ta' protezzjoni għall-individwi.

    3.   Fejn membru tal-Kunsill jikkunsidra li abbozz ta' direttiva kif previst fil-paragrafu 2 jkun ta' ħsara għal aspetti fundamentali tas-sistema tal-ġustizzja kriminali tiegħu, jista' jitlob li l-abbozz tad-direttiva jitressaq quddiem il-Kunsill Ewropew. F'dan il-każ, il-proċedura leġislattiva ordinarja għandha tiġi sospiża. Wara diskussjoni, u fil-każ ta' konsensus, il-Kunsill Ewropew għandu, fi żmien erba' xhur minn din is-sospensjoni, jirreferi l-abbozz lura lill-Kunsill, li għandu jtemm is-sospensjoni tal-proċedura leġislattiva ordinarja.

    Fl-istess perijodu ta' żmien, fil-każ ta' nuqqas ta' qbil, u jekk mill-inqas 9 Stati Membri jixtiequ jistabbilixxu kooperazzjoni msaħħa abbażi ta' l-abbozz tad-direttiva konċernata, dawn għandhom jinnotifikaw b'dan lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. F'dan il-każ, l-awtorizzazzjoni biex jipproċedu bil-kooperazzjoni msaħħa prevista fl-Artikolu 10(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 280 D(1) ta' dan it-Trattat għandha titqies li ngħatat u għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni msaħħa.

    Artikolu 69 B

    1.   Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu permezz ta' direttivi skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, jistgħu jistabbilixxu regoli minimi dwar id-definizzjoni ta' reati kriminali u sanzjonijiet fl-oqsma tal-kriminalità partikolarment gravi ta' dimensjoni transkonfinali li jirriżultaw min-natura jew l-impatt ta' dawn ir-reati jew minn ħtieġa partikolari li jiġu miġġielda fuq bażijiet komuni.

    Dawn l-oqsma ta' kriminalità huma li ġejjin: it-terroriżmu, it-traffikar ta' bnedmin u l-isfruttament sesswali tan-nisa u t-tfal, it-traffikar illeċitu ta' droga, it-traffiku illeċitu ta' armi, il-money laundering, il-korruzzjoni, il-falsifikazzjoni ta' mezzi ta' ħlas, il-kriminalità fl-informatika u l-kriminalità organizzata.

    Abbażi ta' l-iżviluppi fil-kriminalità, il-Kunsill jista' jadotta deċiżjoni li tidentifika oqsma oħra ta' kriminalità li jissodisfaw il-kriterji indikati f'dan il-paragrafu. Huwa għandu jaġixxi b'mod unanimu wara li jkun kiseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew.

    2.   Jekk l-approssimazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti ta' l-Istati Membri f'materji kriminali tkun indispensabbli sabiex tiġi assigurata l-implimentazzjoni effiċjenti ta' politika ta' l-Unjoni f'qasam li kien soġġett għall-miżuri ta' armonizzazzjoni, jistgħu jsiru direttivi li jistabbilixxu r-regoli minimi fir-rigward tad-definizzjoni ta' reati kriminali u sanzjonijiet fil-qasam ikkonċernat. Dawn id-direttivi għandhom jiġu adottati skond il-proċedura leġislattiva ordinarja jew speċjali bħal dik użata għall-adozzjoni tal-miżuri ta' armonizzazzjoni in kwistjoni, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 61 I.

    3.   Fejn membru tal-Kunsill jikkunsidra li abbozz ta' direttiva kif previst fil-paragrafu 1 jew 2 jolqot xi aspetti fundamentali tas-sistema tal-ġustizzja kriminali tiegħu, jista' jitlob li l-abbozz ta' direttiva jitressaq quddiem il-Kunsill Ewropew. F'dan il-każ, il-proċedura leġislattiva ordinarja għandha tiġi sospiża. Wara diskussjoni, u fil-każ ta' konsensus, il-Kunsill Ewropew għandu, fi żmien erba' xhur minn din is-sospensjoni, jirreferi l-abbozz lura lill-Kunsill, li għandu jtemm is-sospensjoni tal-proċedura leġislattiva ordinarja.

    Fl-istess perijodu ta' żmien, fil-każ ta' nuqqas ta' qbil, u jekk mill-inqas disa' Stati Membri jixtiequ jistabbilixxu kooperazzjoni msaħħa abbażi ta' l-abbozz tad-direttiva konċernata, huma għandhom jinnotifikaw b'dan lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. F'dan il-każ, l-awtorizzazzjoni biex jipproċedu bil-kooperazzjoni msaħħa prevista fl-Artikolu 10(2) u tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 280 D(1) ta' dan it-Trattat għandha titqies li ngħatat u għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar kooperazzjoni msaħħa.

    Artikolu 69 C

    Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja jistgħu jistabbilixxu miżuri biex jinkoraġġixxu u jappoġġaw l-azzjoni ta' l-Istati Membri fil-qasam tal-prevenzjoni tal-kriminalità, bl-esklużjoni ta' kwalunkwe armonizzazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti ta' l-Istati Membri.

    Artikolu 69 D

    1.   Il-missjoni tal-Eurojust għandha tkun li tappoġġa u ssaħħaħ il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali ta' investigazzjoni u prosekuzzjoni fir-rigward ta' kriminalità serja li tolqot żewġ Stati Membri jew aktar jew li teħtieġ prosekuzzjoni fuq bażi komuni, abbażi ta' operazzjonijiet immexxija u informazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri u mill-Europol.

    F'dan ir-rigward, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu permezz ta' regolament skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, għandhom jiddeterminaw l-istruttura, il-funzjonament, il-qasam ta' l-azzjoni u l-kompiti ta' l-Eurojust. Dawn il-kompiti jistgħu jinkludu:

    a)

    il-bidu ta' investigazzjonijiet kriminali kif ukoll proposti għall-bidu ta' prosekuzzjonijiet, immexxija mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, b'mod partikolari dawk relatati ma' reati kontra l-interessi finanzjarji ta' l-Unjoni;

    b)

    il-koordinazzjoni ta' investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet previsti fil-punt a);

    ċ)

    it-tisħiħ tal-kooperazzjoni ġudizzjarja, inkluża bir-riżoluzzjoni tal-kunflitti dwar il-ġurisdizzjoni u b'kooperazzjoni mill-qrib man-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew.

    Dawn ir-regolamenti għandhom jiddeterminaw ukoll l-arranġamenti ta' assoċjazzjoni tal-Parlament Ewropew u l-Parlamenti nazzjonali fil-valutazzjoni ta' l-attivitajiet ta' l-Eurojust.

    2.   Fil-prosekuzzjonijiet previsti fil-paragrafu 1, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 69 E, l-atti formali ta' proċedura ġudizzjarja għandhom jitwettqu mill-uffiċjali nazzjonali kompetenti.

    Artikolu 69 E

    1.   Biex jiġġieled ir-reati kontra l-interessi finanzjarji ta' l-Unjoni, il-Kunsill, li jaġixxi permezz ta' regolament skond il-proċedura leġislattiva speċjali, jista' jistabbilixxi Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew mill-Eurojust. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'mod unanimu wara li jkun kiseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew.

    Fin-nuqqas ta' unanimità, grupp magħmul minn mill-anqas disa' Stati Membri jista' jitlob li l-abbozz ta' regolament jitressaq quddiem il-Kunsill Ewropew. F'dan il-każ, il-proċedura fil-Kunsill għandha tiġi sospiża. Wara diskussjoni, u fil-każ ta' konsensus, il-Kunsill Ewropew għandu, fi żmien erba' xhur minn din is-sospensjoni, jirreferi l-abbozz lura lill-Kunsill għall-adozzjoni.

    Fl-istess perijodu ta' żmien, fil-każ ta' nuqqas ta' qbil, u jekk mill-inqas disa' Stati Membri jixtiequ jistabbilixxu kooperazzjoni msaħħa abbażi ta' l-abbozz ta' regolament konċernat, Dawn għandhom jinnotifikaw b'dan lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. F'dan il-każ, l-awtorizzazzjoni biex jipproċedu b'kooperazzjoni msaħħa prevista fl-Artikolu 10(2) u tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 280 D(1) ta' dan it-Trattat għandha titqies li ngħatat u għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni msaħħa.

    2.   L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandu jkun kompetenti għall-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni u t-tressiq għall-ġustizzja, fejn xieraq f'kollaborazzjoni ma' l-Europol, ta' l-awturi u l-kompliċi ta' reati kontra l-interessi finanzjarji ta' l-Unjoni, kif determinat mir-regolament previst fil-paragrafu 1. Huwa għandu jwettaq il-funzjoni ta' prosekutur fil-qrati kompetenti ta' l-Istati Membri fir-rigward ta' dawn ir-reati.

    3.   Ir-regolamenti previsti fil-paragrafu 1 għandhom jiddeterminaw ir-regoli ġenerali applikabbli għall-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, il-kondizzjonijiet li jirregolaw it-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu, ir-regoli ta' proċedura applikabbli għall-attivitajiet tiegħu, kif ukoll dawk li jirregolaw l-ammissibilità tal-provi, u r-regoli applikabbli għall-istħarriġ ġudizzjarju tal-miżuri proċedurali meħuda minnu fit-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu.

    4.   Il-Kunsill Ewropew jista', fl-istess ħin jew wara, jadotta deċiżjoni li temenda l-paragrafu 1 sabiex twessa' l-kompetenzi ta' l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew biex jinkludu l-ġlieda kontra l-kriminalità serja b'dimensjoni transkonfinali u li konsegwentement temenda l-paragrafu 2 fir-rigward ta' l-awturi u l-kompliċi ta' reati serji li jolqtu lil aktar minn Stat Membru wieħed. Il-Kunsill Ewropew għandu jaġixxi b'mod unanimu wara li jkun kiseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew u wara li jikkonsulta l-Kummissjoni.”

    KOOPERAZZJONI TAL-PULIZIJA

    68)

    Għandhom jiddaħlu l-Kapitolu 5 u l-Artikoli 69 F, 69 G u 69 H. L-Artikoli 69 F u 69 G jissostitwixxu l-Artikolu 30 tat-Trattat attwali ta' l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 69 H jissostitwixxi l-Artikolu 32 ta' dak it-Trattat, kif jidher hawn isfel fl-Artikolu 1 punt 51), ta' dan it-Trattat:

    “KAPITOLU 5

    KOOPERAZZJONI TAL-PULIZIJA

    Artikolu 69 F

    1.   L-Unjoni għandha tistabbilixxi kooperazzjoni tal-pulizija li tinvolvi l-awtoritajiet kompetenti kollha ta' l-Istati Membri, inkluża l-pulizija, is-servizzi tad-dwana u servizzi oħrajn ta' l-infurzar tal-liġi speċjalizzati fl-oqsma tal-prevenzjoni, il-kxif u l-investigazzjoni ta' reati kriminali.

    2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, jistgħu jistabbilixxu miżuri dwar:

    a)

    il-ġabra, il-ħażna, l-ipproċessar, l-analiżi u l-iskambju ta' informazzjoni rilevanti;

    b)

    l-appoġġ għat-taħriġ tal-persunal, kif ukoll il-kooperazzjoni dwar l-iskambju tal-persunal, dwar tagħmir u dwar ir-riċerka fil-kxif tal-kriminalità;

    ċ)

    it-tekniċi investigattivi komuni biex jinkixfu forom serji ta' kriminalità organizzata.

    3.   Il-Kunsill, li jaġixxi skond il-proċedura leġislattiva speċjali, jista' jistabbilixxi miżuri dwar il-kooperazzjoni operattiva bejn l-awtoritajiet imsemmija f'dan l-Artikolu. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'mod unanimu wara li jikkonsulta mal-Parlament Ewropew.

    Fin-nuqqas ta' unanimità, grupp magħmul minn mill-anqas disa' Stati Membri jista' jitlob li l-abbozz ta' miżuri jitressaq quddiem il-Kunsill Ewropew. F'dan il-każ, il-proċedura fil-Kunsill għandha tiġi sospiża. Wara diskussjoni, u fil-każ ta' konsensus, il-Kunsill Ewropew għandu, fi żmien erba' xhur minn din is-sospensjoni, jirreferi l-abbozz lura lill-Kunsill għall-adozzjoni.

    Fl-istess perijodu ta' żmien, fil-każ ta' nuqqas ta' qbil, u jekk mill-inqas disa' Stati Membri jixtiequ jistabbilixxu kooperazzjoni msaħħa abbażi ta' l-abbozz tal-miżuri konċernati, dawn għandhom jinnotifikaw b'dan lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. F'dan il-każ, l-awtorizzazzjoni biex jipproċedu b'kooperazzjoni msaħħa prevista fl-Artikolu 10(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 280 D(1) ta' dan it-Trattat għandha titqies li ngħatat u għandhom japplikaw d-dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni msaħħa.

    Il-proċedura speċifika prevista fit-tieni u t-tielet subparagrafu m'għandhiex tapplika għal atti li jkunu żvilupp ta' l-acquis ta' Schengen.

    Artikolu 69 G

    1.   Il-missjoni ta' l-Europol għandha tkun li tappoġġja u ssaħħaħ azzjoni ta' l-awtoritajiet tal-pulizija u servizzi oħrajn ta' l-infurzar tal-liġi ta' l-Istati Membri kif ukoll il-kooperazzjoni reċiproka tagħhom fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità serja li tolqot lil żewġ Stati Membri jew iktar, it-terroriżmu u l-forom ta' kriminalità li jolqtu interess komuni kopert minn politika ta' l-Unjoni.

    2.   Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu permezz ta' regolament skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, jiddeterminaw l-istruttura, il-funzjonament, il-qasam ta' l-azzjoni u l-kompiti ta' l-Europol. Dawn il-kompiti jistgħu jinkludu:

    a)

    il-ġabra, il-ħażna, l-ipproċessar, l-analiżi u l-iskambju ta' informazzjoni mgħoddi partikolarment mill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri jew ta' pajjiżi jew korpi terzi;

    b)

    il-koordinazzjoni, l-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni ta' investigazzjonijiet u azzjonijiet operattivi mwettqa flimkien ma' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jew fil-qafas ta' gruppi investigattivi konġunti, meta xieraq f'kollaborazzjoni ma' l-Eurojust.

    Dawn ir-regolamenti għandhom jiddeterminaw ukoll il-proċeduri għal kontroll ta' l-attivitajiet ta' l-Europol mill-Parlament Ewropew, flimkien mal-Parlamenti nazzjonali.

    3.   Kwalunkwe azzjoni operattiva mill-Europol għandha titwettaq flimkien u bi ftehim ma' l-awtoritajiet ta' l-Istati Membri li t-territorju tagħhom huwa konċernat. L-applikazzjoni ta' miżuri koerċitivi għandha tkun ir-responsabbiltà esklużiva ta' l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

    Artikolu 69 H

    Il-Kunsill, li jaġixxi skond il-proċedura leġislattiva speċjali, għandu jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-limiti li fihom l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri msemmija fl-Artikoli 69 A u 69 F jistgħu jintervjenu fit-territorju ta' Stat Membru ieħor flimkien u bi ftehim ma' l-awtoritajiet ta' dan ta' l-aħħar. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'mod unanimu, wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew.”

    TRASPORT

    69)

    Fl-Artikolu 70, il-kliem “...l-Istati Membri għandhom isegwu l-għanijiet tat-Trattat” għandhom jiġu ssostitwiti bi “l-objettivi tat-Trattati għandhom jiġu segwiti ...”

    70)

    Fl-Artikolu 71, il-paragrafu 2 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “2.   Fl-adozzjoni tal-miżuri previsti fil-paragrafu 1, għandu jittieħed kont tal-każijiet fejn l-applikazzjoni tagħhom taf tolqot b'mod gravi l-livell ta' l-għajxien u l-impjieg f'ċerti reġjuni, kif ukoll it-tħaddim tat-tagħmir tat-trasport.”

    71)

    Fil-bidu ta' l-Artikolu 72, il-kliem “..., u sakemm il-Kunsill ma jagħtix il-kunsens unanimu tiegħu,...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “..., u sakemm il-Kunsill ma jkunx adotta miżura li tagħti deroga,...”.

    72)

    L-Artikolu 75 għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    fil-paragrafu 1, il-kelma “... abolita ...” għandha tiġi ssostitwita bi “... projbita ...” u l-kelma “... il-Komunità” għandha tiġi ssostitwita bi “... l-Unjoni”;

    b)

    fil-paragrafu 2, il-kliem “mill-Kunsill” għandhom jiġi ssostitwiti bi “mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill”.

    ċ)

    fil-paragrafu 3, l-ewwel sentenza, il-kliem “il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali” għandhom jiġu ssostitwiti bi “il-Parlament Ewropew u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali”.

    73)

    Fl-Artikolu 78, is-sentenza li ġejja għandha tiżdied:

    “Ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, il-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, jista' jadotta deċiżjoni li tirrevoka dan l-Artikolu.”

    74)

    Fl-Artikolu 79, il-parti tal-sentenza “mingħajr preġudizzju għall-poteri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali” għandha titħassar.

    75)

    Fl-Artikolu 80, il-paragrafu 2 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “2.   Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, jistgħu jistabbilixxu d-dispożizzjonijiet xierqa għan-navigazzjoni marittima u ta' l-ajru. Huma għandhom jaġixxu wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u mal-Kumitat tar-Reġjuni.”

    REGOLI FUQ IL-KOMPETIZZJONI

    76)

    Fl-Artikolu 85, il-paragrafu 3 l-ġdid li ġej għandu jiżdied:

    “3.   Il-Kummissjoni tista' tadotta regolamenti dwar il-kategoriji ta' ftehim li fir-rigward tagħhom il-Kunsill ikun adotta regolament jew direttiva skond l-Artikolu 83(2)(b).”

    77)

    L-Artikolu 87 għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    fil-paragrafu 2, is-sentenza li ġejja għandha tiżdiedi fi tmiem il-punt c):

    “Ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, il-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, jista' jadotta deċiżjoni li tħassar dan il-punt.”

    b)

    fil-paragrafu 3, il-parti li ġejja tas-sentenza għandha tiżdiedi fi tmiem il-punt a): “..., kif ukoll tar-reġjuni msemmija fl-Artikolu 299, b'kont meħud tas-sitwazzjoni strutturali, ekonomika u soċjali tagħhom,”.

    78)

    Fl-Artikolu 88, il-paragrafu 4 l-ġdid li ġej għandu jiżdied:

    “4.   Il-Kummissjoni tista' tadotta regolamenti dwar il-kategoriji ta' għajnuna mill-Istat li l-Kunsill ikun iddetermina skond l-Artikolu 89, li jistgħu jiġu eżentati mill-proċedura prevista fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.”

    DISPOŻIZZJONIJIET FISKALI

    79)

    Fl-Artikolu 93, fl-aħħar, il-kliem “...fiż-żmien stipulat fl-Artikolu 14” għandhom jiġi ssostitwiti bi “u tevita d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni”.

    APPROSSIMAZZJONI TAL-LIĠIJIET

    80)

    L-Artikoli 94 u 95 huma maqluba. l-Artikolu 94 għandu jiġi nnumerat mill-ġdid bħala “95” u l-Artikolu 95 għandu jiġi nnumerat mill-ġdid bħala “94”.

    81)

    l-Artikolu 95, innumerat mill-ġdid bħala 94, għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    fil-bidu tal-paragrafu 1, il-kliem “B'deroga mill-Artikolu 94” għandhom jitħassru.

    b)

    fil-bidu tal-paragrafu 4, il-parti tal-sentenza “Jekk, wara l-adozzjoni mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni ta' miżuri ta' armonizzazzjoni,...” għandha tiġi ssostitwita bi “Jekk, wara l-adozzjoni ta' miżura ta' armonizzazzjoni mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni,...”;

    ċ)

    fil-bidu tal-paragrafu 5, il-parti tal-sentenza “Aktar minn hekk, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, jekk, wara l-adozzjoni mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni ta' miżura ta' armonizzazzjoni, ...” għandha tiġi ssostitwita bi “Barra minn hekk, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, jekk, wara l-adozzjoni ta' miżura ta' armonizzazzjoni mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni,...”;

    d)

    fil-paragrafu 10, il-kliem “proċedura ta' kontroll mill-Komunità” għandhom jiġu ssostitwiti bi “proċedura ta' kontroll mill-Unjoni”.

    82)

    Fl-Artikolu 94, innumerat mill-ġdid bħala 95, il-kliem “Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 94,...” għandhom jiddaħħlu fil-bidu.

    83)

    Fl-Artikolu 96, it-tieni subparagrafu, l-ewwel sentenza, il-kliem “, il-Kunsill fuq proposta tal-Kummissjoni (...) għandu joħroġ” għandhom jiġi ssostitwiti bi “, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, għandhom joħorġu...”. It-tieni sentenza għandha tiġi ssostitwita bi “Kwalunkwe miżura utli oħra prevista fit-Trattati tista' tiġi adottata.”.

    PROPRJETÀ INTELLETTWALI

    84)

    L-Artikolu 97a l-ġdid li ġej għandu jiddaħħal bħala l-aħħar Artikolu tat-titolu 6:

    “Artikolu 97a

    Fil-qafas ta' l-istabbiliment jew tal-funzjonament tas-suq intern, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, għandhom jistabbilixxu l-miżuri dwar il-ħolqien ta' drittijiet Ewropej biex tiġi assigurata protezzjoni uniformi tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali madwar l-Unjoni u dwar l-istabbiliment ta' sistemi ta' awtorizzazzjoni, ta' koordinazzjoni u ta' kontroll ċentralizzati fil-livell ta' l-Unjoni.

    Il-Kunsill, li jaġixxi skond il-proċedura leġislattiva speċjali, għandu jistabbilixxi, permezz ta' regolament, l-arranġamenti lingwistiċi għad-drittijiet Ewropej. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'mod unanimu wara li jikkonsulta mal-Parlament Ewropew.”

    POLITIKA EKONOMIKA U MONETARJA

    85)

    Artikolu 97b għandu jiddaħħal bħala l-ewwel Artikolu tat-Titolu VII, bil-formulazzjoni ta' l-Artikolu 4; huwa għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    fil-paragrafu 1, il-kliem “u skond il-programm hawn preskritt” għandhom jitħassru;

    b)

    fil-paragrafu 2, il-parti tas-sentenza “Fl-istess waqt u flimkien ma' dak imsemmi hawn aktar qabel, u kif provdut f'dan it-Trattat u skond il-programm preskritt fih u l-proċeduri hemm imsemmija, dawn l-attivitajiet għandhom jinkludu l-fissazzjoni irrevokabbli tar-rati tal-kambju li jwasslu għall-introduzzjoni ta' munita waħda, l-ECU, …” għandha tiġi ssostitwita bi “Fl-istess waqt u bil-kondizzjonijiet u skond il-proċeduri previsti fit-Trattati, din l-azzjoni għandha tinvolvi munita waħda, l-euro, …”.

    86)

    L-Artikolu 99 għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    fil-paragrafu 4, l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu għandha tiġi ssostitwita biż-żewġ sentenzi li ġejjin:

    “Meta jiġi stabbilit, taħt il-proċedura prevista fil-paragrafu 3, li l-politika ekonomika ta' Stat Membru mhijiex konformi mal-linji direttivi ġenerali previsti fil-paragrafu 2 jew li hemm ir-riskju li tipperikola l-funzjonament xieraq ta' l-Unjoni ekonomika u monetarja, il-Kummissjoni tista' tindirizza twissija lill-Istat Membru konċernat. Il-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, jista' jindirizza r-rakkomandazzjonijiet meħtieġa lill-Istat Membru konċernat.”;

    b)

    it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4 isir il-paragrafu 5 u l-paragrafu 5 attwali għandu jiġi nnumerat mill-ġdid bħala 6;

    ċ)

    iż-żewġ subparagrafi ġodda li ġejjin għandhom jiddaħħlu fil-paragrafu 4:

    “Fil-kamp ta' l-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu, il-Kunsill għandu jaġixxi mingħajr ma jieħu in kunsiderazzjoni l-vot tal-membru tal-Kunsill li jkun qed jirrappreżenta lill-Istat Membru konċernat.

    Il-maġġoranza kwalifikata tal-membri l-oħra tal-Kunsill għandha tiġi definita skond l-Artikolu 205(3)(a).”

    d)

    fil-paragrafu 5 nnumerat mill-ġdid bħala 6, il-parti tas-sentenza “Il-Kunsill, li jaġixxi skond il-proċedura msemmijja fl-Artikolu 252, jista' jadotta regoli dettaljati sabiex jirregola l-proċedura...” għandha tiġi ssostitwita bil-parti li ġejja tas-sentenza: “Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu permezz ta' regolament skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, jistgħu jadottaw ir-regoli dettaljati sabiex jirregolaw il-proċedura...”,u l-kliem “ta' dan l-Artikolu” jiġu mħassra.

    DIFFIKULTAJIET FIL-FORNIMENT TA' ĊERTI PRODOTTI (ENERĠIJA)

    87)

    Fl-Artikolu 100, il-paragrafu 1 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “1.   Mingħajr preġudizzju għal proċeduri oħrajn provduti fit-Trattati, il-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, jista' jiddeċiedi, fi spirtu ta' solidarjetà bejn l-Istati Membri, dwar miżuri xierqa għas-sitwazzjoni ekonomika, b'mod partikolari jekk ikun hemm diffikultajiet serji fil-provvista ta' ċerti prodotti, b'mod partikolari fil-qasam ta' l-enerġija.”.

    DISPOŻIZZJONIJIET OĦRA – POLITIKA EKONOMIKA U MONETARJA

    88)

    Fl-Artikolu 102, il-paragrafu 2 għandu jitħassar u l-paragrafu 1 għandu jibqa' mingħajr numru.

    89)

    Fl-Artikolu 103, il-paragrafu 2 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “2.   Jekk ikun meħtieġ, il-Kunsill, li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, jista' jispeċifika d-definizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-projbizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 101 u 102, kif ukoll f'dan l-Artikolu.”.

    PROĊEDURA FIL-KAŻ TA' ŻBILANĊ EĊĊESSIV

    90)

    L-Artikolu 104 għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    il-paragrafu 5 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “5.   Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li jeżisti jew jista' jinħoloq defiċit eċċessiv fi Stat Membru, din għandha tindirizza opinjoni lill-Istat Membru kkkonċernat u għandha tinforma b'dan lill-Kunsill.”;

    b)

    fil-paragrafu 6, il-kelma “rakkomandazzjoni” għandha tiġi ssostitwita bil-kelma “proposta”;

    ċ)

    fil-paragrafu 7, l-ewwel sentenza għandha tiġi ssostitwita bi “Meta l-Kunsill jiddeċiedi, skond il-paragrafu 6, li jeżisti defiċit eċċessiv dan għandu jadotta, mingħajr dewmien inġustifikat, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-Istat Membru konċernat, bil-għan li dik is-sitwazzjoni tiġi mitmuma fi żmien determinat.”;

    d)

    fil-paragrafu 11, l-ewwel subparagrafu, fis-sentenza introduttiva, il-kelma “jintensifika” għandha tiġi ssostitwita bi “jirrinforza”;

    e)

    fil-paragrafu 12, fil-bidu ta' l-ewwel sentenza, il-kliem “id-deċiżjonijiet” għandhom jiġu ssostitwiti bi “id-deċiżjonijiet jew ir-rakkomandazzjonijiet”;

    f)

    il-paragrafu 13 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “13.   Meta jieħu d-deċiżjonijiet jew ir-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 8, 9, 11 u 12, il-Kunsill għandu jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni.

    Meta jadotta l-miżuri msemmija fil-pargarafi 6 sa 9, 11 u 12, il-Kunsill għandu jaġixxi mingħajr ma jieħu kont tal-vot tal-membru tal-Kunsill li jirrappreżenta l-Istat Membru kkkonċernat.

    Il-maġġoranza kwalifikata tal-membri l-oħra tal-Kunsill għandha tiġi definita skond l-Artikolu 205(3)(a).”;

    g)

    fil-paragrafu 14, it-tielet subparagrafu, il-kliem “, qabel l-1 ta' Jannar 1994,” għandhom jitħassru.

    POLITIKA MONETARJA

    91)

    L-Artikolu 105 għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    fil-paragrafu 1, l-ewwel sentenza, il-kelma “SEBĊ” għandha tiġi ssostiwita bi “Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali, min hawn 'il quddiem imsejħa ‘SEBĊ’,”;

    b)

    fit-tieni inċiż tal-paragrafu 2, ir-referenza għall-Artikolu 111 tinbidel b' referenza għall-Artikolu 188 O;

    ċ)

    it-test tal-paragrafu 6 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “6.   Il-Kunsill li jaġixxi b' mod unanimu permezz ta' regolament skond il-proċedura leġislattiva speċjali u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew u l-Bank Ċentrali Ewropew, jista' jagħti missjonijiet speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew li jirrigwardaw politika relatata mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ta' istituzzjonijiet finanzjarji oħra, bl-eċċezzjoni ta' l-impriżi ta' assigurazzjoni.”

    92)

    L-Artikolu 106 għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    fil-paragrafu 1, l-ewwel sentenza, il-kelma “ta' l-euro” għandha tiddaħħal wara “... karti tal-flus ...”;

    b)

    fil-paragrafu 2, l-ewwel sentenza, il-kelma “ta' l-euro” għandha tiddaħħal wara “... muniti ...”; fil-bidu tat-tieni sentenza, il-kliem “Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 252 u wara li jikkonsulta l-BĊE, ...” għandhom jiġu ssostitwiti bi: “Il-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni u wara li jikkonsulta mal-Parlament Ewropew u lill-Bank Ċentrali Ewropew,...”.

    93)

    L-Artikolu 107 għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    il-paragrafi 1 u 2 għandhom jitħassru u l-paragrafi 3, 4, 5 u 6 għandhom jiġu nnumerati mill-ġdid rispettivament bħala 1, 2, 3 u 4;

    b)

    fil-paragrafu 4 nnumerat mill-ġdid bħala 2, il-kliem “l-Istatut tas-SEBĊ” għandhom jiġu ssostitwiti bis-sentenza li ġejja: “L-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, min hawn 'il quddiem imsejħa ‘l-Istatut tas-SEBĊ u tal-BĊE’ ...”;

    ċ)

    it-test tal-paragrafu 5 nnumerat mill-ġdid bħala 3 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “3.   L-Artikoli 5.1, 5.2, 5.3, 17, 18, 19.1, 22, 23, 24, 26, 32.2, 32.3, 32.4, 32.6, 33.1 a) u 36 ta' l-Istatut tas-SEBĊ u tal-BĊE jistgħu jiġu emendati mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja. Dawn għandhom jaġixxu jew fuq rakkomandazzjoni mill-Bank Ċentrali Ewropew u wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, jew fuq proposta tal-Kummissjoni u wara konsultazzjoni mal-Bank Ċentrali Ewropew.”.

    94)

    Fl-aħħar ta' l-Artikolu 109, il-parti tas-sentenza “...l-aktar tard sad-data ta' l-istabbiliment tas-SEBĊ” għandha titħassar.

    95)

    Fl-Artikolu 110, l-ewwel erba' subparagrafi tal-paragrafu 2 għandhom jitħassru.

    MIŻURI DWAR L-UŻU TA' L-EURO

    96)

    Fl-Artikolu 111, it-testi tal-paragrafi 1 sa 3 u 5 għandhom isiru, rispettivament, il-paragrafi 1 sa 4 ta' l-Artikolu 188 O; dawn għandhom jiġu emendati kif indikat hawn taħt fil-punt 174). It-test tal-paragrafu 4 għandu jsir il-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 115c; dan għandu jiġi emendat kif indikat hawn taħt fil-punt 100).

    97)

    L-Artikolu 111a għandu jiddaħħal:

    “Artikolu 111a

    Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, għandhom jistabbilixxu l-miżuri meħtieġa għall-użu ta' l-euro bħala l-munita unika. Dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati wara konsultazzjoni mal-Bank Ċentrali Ewropew.”.

    DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI (UEM)

    98)

    It-test ta' l-Artikoli 112 isir l-Artikolu 245b, u jiġi emendat kif jidher fil-punt 228). It-test ta' l-Artikolu 113 isir l-Artikolu 245c.

    99)

    L-Artikolu 114 għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-kliem “Kumitat Monetarju bi status konsultattiv” għandhom jiġu ssostitwiti bi “Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju”;

    b)

    fil-paragrafu 1, it-tieni u t-tielet subparagrafi għandhom jitħassru;

    ċ)

    fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu għandu jitħassar; fit-tielet inċiż, ir-referenza għall-Artikolu 99 (2), (3), (4) u (5) għandha tinbidel b' referenza għall-Artikolu 99 (2), (3), (4) u (6), u r-referenzi għall-Artikolu 122(2), u l-Artikolu 123 (4) u (5) għandhom jiġu ssostitwiti b' referenza għall-Artikoli 117a (2) u (3);

    d)

    fil-paragrafu 4, ir-referenzi għall-Artikoli 122 u 123 għandhom jinbidlu b' referenza għall-Artikolu 116a.

    Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro

    100)

    Il-kapitolu 3a l-ġdid u l-Artikoli 115 A, 115 B u 115 C l-ġodda li ġejjin għandhom jiddaħħlu:

    “KAPITOLU 3a

    DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦALL-ISTATI MEMBRI LI L-MUNITA TAGĦHOM HIJA L-EURO

    Artikolu 115 A

    1.   Sabiex ikun assigurat il-funzjonament tajjeb ta' l-Unjoni Ekonomika u Monetarja, u skond id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattati, il-Kunsill għandu, skond il-proċedura rilevanti minn fost dawk previsti fl-Artikoli 99 u 104, bl-eċċezzjoni tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 104(14), jadotta miżuri speċifiċi għal dawk l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro sabiex:

    a)

    tissaħħaħ il-koordinazzjoni u s-sorveljanza tad-dixxiplina baġitarja tagħhom;

    b)

    jiġu stabbiliti l-linji gwida ta' politika ekonomika għalihom, waqt li jkun assigurat li dawn ikunu kompatibbli ma' dawk adottati għall-Unjoni kollha u li jinżammu taħt sorveljanza.

    2.   Għal dawk il-miżuri stabbiliti fil-paragrafu 1, għandhom jieħdu sehem fil-vot biss il-membri tal-Kunsill li jirrappreżentaw Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

    Il-maġġoranza kwalifikata ta' dawn il-membri tal-Kunsill għandha tiġi definita skond l-Artikolu 205(3)(a).

    Artikolu 115 B

    L-arranġamenti għal laqgħat bejn ministri ta' dawk l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jiġu stabbiliti fil-Protokoll dwar il-Grupp ta' l-euro.

    Artikolu 115 C

    1.   Sabiex ikun assigurat il-post ta' l-euro fis-sistema monetarja internazzjonali, il-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, għandu jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi l-pożizzjonijiet komuni dwar materji ta' interess partikolari għall-unjoni ekonomika u monetarja fl-istituzzjonijiet u l-konferenzi finanzjarji internazzjonali kompetenti. Il-Kunsill għandu jaġixxi wara li jikkonsulta mal-Bank Ċentrali Ewropew.

    2.   Il-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, jista' jadotta miżuri xierqa sabiex jassigura rappreżentazzjoni magħquda fl-istituzzjonijiet u l-konferenzi finanzjarji internazzjonali. Il-Kunsill għandu jaġixxi wara li jikkonsulta mal-Bank Ċentrali Ewropew.

    3.   Għall-miżuri previsti fil-paragrafi 1 u 2, għandhom jieħdu sehem fil-vot biss membri tal-Kunsill li jirrappreżentaw Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

    Il-maġġoranza kwalifikata ta' dawn il-membri tal-Kunsill għandha tiġi definita skond l-Artikolu 205(3)(a).”

    DISPOŻIZZJONIJIET TRANSITORJI DWAR L-ISTATI MEMBRI B'DEROGA

    101)

    L-Artikolu 116 għandu jiġi rrevokat u jiddaħħal Artikolu 116a:

    “Artikolu 116a

    1.   L-Istati Membri li fir-rigward tagħhom il-Kunsill ma jkunx iddeċieda li jissodisfaw il-kondizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni ta' l-euro għandhom jissejħu min hawn 'il quddiem ‘Stati Membri b'deroga’.

    2.   Id-dispożizzjonijiet li ġejjin tat-Trattati m'għandhomx japplikaw għall-Istati Membri b'deroga:

    a)

    l-adozzjoni tal-partijiet tal-linji direttivi ġenerali tal-politika ekonomika li tikkonċerna ż-żona ta' l-euro in ġenerali (l-Artikolu 99(2));

    b)

    il-mezzi vinkolanti ta' rimedju għal defiċit eċċessiv (Artikolu 104(9) u (11));

    ċ)

    l-iskop u l-ħidmiet tas-SEBĊ (Artikolu 105(1), (2), (3) u (5));

    d)

    il-ħruġ ta' l-euro (Artikolu 106);

    e)

    l-atti tal-Bank Ċentrali Ewropew (Artikolu 110);

    f)

    il-miżuri li jirregolaw l-użu ta' l-euro (Artikolu 111a);

    g)

    il-ftehim monetarji u miżuri oħra dwar il-politika tar-rata tal-kambju (Artikolu 188 O);

    h)

    il-ħatra ta' membri tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (Artikolu 245b(2));

    i)

    id-deċiżjonijiet li jistabbilixxu l-pożizzjonijiet komuni dwar il-kwistjonijiet ta' interess partikolari għall-unjoni ekonomika u monetarja fl-istituzzjonijiet u l-konferenzi finanzjarji internazzjonali kompetenti (Artikolu 115 C(1));

    j)

    il-miżuri li jassiguraw rappreżentanza magħquda fl-istituzzjonijiet u l-konferenzi finanzjarji internazzjonali (Artikolu 115 C(2)).

    Fl-Artikoli previsti fil-punti (a) sa (j), ‘Stati Membri’ għandha għalhekk tfisser l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

    3.   Taħt il-Kapitolu IX ta' l-Istatuti tas-SEBĊ u tal-BĊE, Stati Membri b'deroga u l-banek ċentrali nazzjonali tagħhom ikunu esklużi mid-drittijiet u l-obbligi fis-SEBĊ.

    4.   Id-drittijiet tal-vot ta' membri tal-Kunsill li jirrappreżentaw l-Istati Membri b'deroga għandhom jiġu sospiżi għall-adozzjoni mill-Kunsill tal-miżuri previsti fl-Artikoli elenkati fil-paragrafu 2, u fil-każijiet li ġejjin:

    a)

    rakkomandazzjonijiet indirizzati lil dawk l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro fil-qafas ta' sorveljanza multilaterali, inklużi dwar il-programmi ta' stabbiltà u twissijiet (Artikolu 99(4));

    b)

    miżuri dwar defiċit eċċessiv li jikkonċernaw lil dawk l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (Artikolu 104(6), (7), (8) (12) u (13)).

    Il-maġġoranza kwalifikata tal-membri l-oħra tal-Kunsill għandha tiġi ddefinita skond l-Artikolu 205(3)(a).”.

    102)

    L-Artikolu 117 għandu jiġi rrevokat, minbarra l-ewwel ħames inċiżi tal-paragrafu 2 li jsiru l-ewwel ħames inċiżi tal-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 118a; dawn jiġu emendati kif jidher hawn isfel fil-punt 103). Għandu jiddaħħal Artikolu 117a kif ġej:

    a)

    il-paragrafu 1 jieħu l-formulazzjoni ta' l-Artikolu 121(1), bl-emendi li ġejjin:

    i)

    fil-paragrafu kollu, il-kelma “l-IME” għandha tiġi ssostitwita bi “Bank Ċentrali Ewropew”;

    ii)

    fil-bidu tal-paragrafu, il-parti li ġejja tas-sentenza għandha tiddaħħal: “Mill-inqas kull sentejn, jew fuq talba ta' Stat Membru b'deroga, ...”;

    iii)

    fl-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza, il-kliem “...il-progress magħmul mill-Istati Membri sabiex dawn jissodisfaw l-obbligazzjonijiet tagħhom...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “...il-progress magħmul mill-Istati Membri b'deroga fit-twettiq ta' l-obbligi tagħhom ...”;

    iv)

    fl-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza, il-kliem “...kull Stat Membru ...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... kull wieħed minn dawn l-Istati Membri ...” u l-kliem “ta' dan it-Trattat” għandhom jitħassru;

    v)

    fl-ewwel subparagrafu, it-tielet inċiż, il-kliem “...fil-konfront tal-munita ta' xi Stat Membru ieħor;” għandhom jiġu ssostiwiti bi “...fil-konfront ta' l-euro;”;

    vi)

    fl-ewwel subparagrafu, ir-raba' inċiż, il-kliem “...l-Istat Membru...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “...l-Istat Membru b'deroga...” u l-kliem “...tas-Sistema Monetarja Ewropea...” għandhom jitħassru;

    vii)

    fit-tieni subparagrafu, il-kliem “l-iżvilupp ta' l-ECU” għandhom jitħassru;

    b)

    il-paragrafu 2 jieħu l-formulazzjoni ta' l-Artikolu 122(2), it-tieni sentenza bl-emendi li ġejjin:

    i)

    fi tmiem tat-test, il-kliem “stabbiliti fl-Artikolu 121(1)” għandhom jiġu ssostitwiti bi “stabbiliti fil-paragrafu 1”

    ii)

    għandhom jiżdiedu t-tieni u t-tielet subparagrafi ġodda li ġejjin:

    “Il-Kunsill għandu jaġixxi wara li jirċievi rakkomandazzjoni minn maġġoranza kwalifikata ta' dawk fost il-membri tiegħu li jirrappreżentaw l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro. Dawn il-membri għandhom jaġixxu fi żmien sitt xhur minn meta l-Kunsill jirċievi l-proposta tal-Kummissjoni.

    Il-maġġoranza kwalifikata tal-membri msemmija, prevista fit-tieni subparagrafu, għandha tiġi dddefinita skond l-Artikolu 205(3)(a).”

    ċ)

    il-paragrafu 3 jieħu l-formulazzjoni ta' l-Artikolu 123(5) bl-emendi li ġejjin:

    i)

    il-parti tas-sentenza tal-bidu tal-paragrafu “Jekk jiġi deċiż, skond il-proċedura dikjarata fl-Artikolu 122(2), li tiġi rrevokata deroga,...” għandha tiġi ssostitwita bi “Jekk jiġi deċiż, skond il-proċedura prevista fil-paragrafu 2, li tiġi mitmuma deroga, ...”;

    ii)

    il-kliem “għandu jadotta r-rata...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “għandu jistabbilixxi irrevokabilment ir-rata ...”;

    103)

    L-Artikolu 118 għandu jiġi rrevokat. Għandu jiddaħħal Artikolu 118a kif ġej:

    a)

    l-ewwel paragrafu jieħu l-formulazzjoni ta' l-Artikolu 123(3); il-kliem “ta' dan it-Trattat” għandhom jitħassru;

    b)

    it-tieni paragrafu jieħu l-formulazzjoni ta' l-ewwel ħames inċiżi ta' l-Artikolu 117(2); il-ħames inċiżi għandhom ikunu emendati kif ġej u għandhom ikunu ppreċeduti mis-sentenza introduttiva li ġejja:

    “Jekk u sakemm ikun hemm Stati Membri b'deroga, il-Bank Ċentrali Ewropew għandu, fir-rigward ta' dawk l-Istati Membri:”

    (i)

    fit-tielet inċiż, il-kliem “Sistema Monetarja Ewropea” għandhom jiġu ssostitwiti bi “mekkaniżmu tar-rata tal-kambju”;

    (ii)

    il-ħames inċiż għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “—

    iwettaq il-kompiti li kellu qabel il-Fond Ewropew ta' Kooperazzjoni Monetarja, li kienu ttieħdu mill-Istitut Monetarju Ewropew.”

    ;

    104)

    L-Artikolu 118b għandu jiddaħħal bil-formulazzjoni ta' l-Artikolu 124 (1); dan għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    il-parti tas-sentenza “Sakemm jibda t-tielet stadju, kull wieħed mill-Istati Membri għandu jittratta ...” għandha tiġi ssostitwita bi “Kull Stat Membru b'deroga għandu jittratta ...”;

    b)

    il-parti tas-sentenza “... tas-Sistema Monetarja Ewropea (SME) u fl-iżvilupp ta' l-ECU, u għandhom jirrispettaw is-setgħat eżistenti f'dan il-qasam.” għandha tiġi ssostitwita bi “...tal-mekkaniżmu tar-rata tal-kambju.”.

    105)

    L-Artikolu 119 għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    fil-paragrafu 1, il-kliem “b'deroga” għandhom jiddaħħlu, rispettivament, wara “Stat Membru” fl-ewwel subparagrafu u “Stat Membru” fit-tieni subparagrafu u l-kelma “progressiva” fl-ewwel subparagrafu għandha titħassar;

    b)

    fil-paragrafu 2(a), il-kliem “b'deroga” għandhom jiddaħħlu wara “l-Istati Membri” u fil-punt (b), il-kliem “l-Istat li jkun jinsab f'diffikultà ...” għandhom jiġi ssostitwiti bi “l-Istat Membru b'deroga, li jkun jinsab f'diffikultà, ...”;

    ċ)

    fil-paragrafu 3, il-kliem “il-Kummissjoni għandha tawtorizza lill-Istat li jkun jinsab f'diffikultajiet ...” bi “il-Kummissjoni għandha tawtorizza lill-Istat Membru b'deroga li jkun jinsab f'diffikultà, ...”;

    d)

    il-paragrafu 4 għandu jitħassar.

    106)

    L-Artikolu 120 għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    fil-paragrafu 1, il-kliem “l-Istat Membru nvolut jista' ...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “Stat Membru b'deroga jista' ...”;

    b)

    fil-paragrafu 3, il-kelma “opinjoni” għandha tiġi ssostitwita bil-kelma “rakkomandazzjoni” u l-kelma “Membru” għandha tiżdied wara “l-Istat”;

    ċ)

    il-paragrafu 4 għandu jitħassar.

    107)

    Fl-Artikolu 121, il-paragrafu 1 għandu jsir il-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 117a; dan għandu jiġi emendat kif indikat hawn taħt fil-punt 102). Il-bqija ta' l-Artikolu 121 għandu jiġi rrevokat.

    108)

    Fl-Artikolu 122, it-tieni sentenza tal-paragrafu 2 għandha ssir l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 117a; din għandha tiġi emendata kif indikat hawn fuq fil-punt 102). Il-bqija ta' l-Artikolu 122 għandu jiġi rrevokat.

    109)

    Fl-Artikolu 123, il-paragrafu 3 għandu jsir il-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 118a u l-paragrafu 5 għandu jsir il-paragrafu 3 ta' l-Artikolu 117a; dawn għandhom jiġu emendati, kif indikat hawn taħt, rispettivament fil-punt 103) u fil-punt 102). Il-bqija ta' l-Artikolu 123 għandu jiġi rrevokat.

    110)

    Fl-Artikolu 124, il-paragrafu 1 għandu jsir l-Artikolu 118b l-ġdid; huwa għandu jiġi emendat kif indikat hawn taħt fil-punt 104). Il-bqija ta' l-Artikolu 124 għandu jiġi rrevokat.

    IMPJIEGI

    111)

    Fl-Artikolu 125, il-kliem “u fl-Artikolu 2 ta' dan it-Trattat” għandhom jitħassru.

    TITOLI MĊAQALQA

    112)

    It-titolu IX “IL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI” u l-Artikoli 131 u 133 għandhom isiru, rispettivament, it-titolu II fil-ħames parti dwar l-azzjoni esterna ta' l-Unjoni u l-Artikoli 188 B u 188 C. L-Artikolu 131 għandu jiġi emendat kif indikat hawn taħt fil-punt 157) u l-Artikolu 133 għandu jiġi ssostitwit bl-Artikolu 188 C.

    L-Artikoli 132 u 134 għandhom jiġu rrevokati.

    113)

    It-titolu X “IL-KOOPERAZZJONI DOGANALI” u l-Artikolu 135 għandhom isiru, rispettivament, il-Kapitolu 1a, fit-titolu Ia “Il-moviment liberu tal-merkanzija” u l-Artikolu 27a, kif indikat hawn fuq fil-punt 45).

    POLITIKA SOĊJALI

    114)

    L-intestatura tat-Titolu XI “POLITIKA SOĊJALI, EDUKAZZJONI, FORMAZZJONI VOKAZZJONALI U ŻGĦAŻAGĦ” għandha tiġi ssostitwita bl-intestatura li ġejja: “POLITIKA SOĊJALI” u nnumerata mill-ġdid bħala IX; l-intestatura “Kapitolu 1 – Disposizzjonijiet Soċjali” għandha titħassar.

    115)

    L-Artikolu 136a ġdid li ġej għandu jiddaħħal:

    “Artikolu 136a

    L-Unjoni Ewropea tirrikonoxxi u tippromwovi r-rwol ta' l-imsieħba soċjali fil-livell tagħha, filwaqt li tqis id-diversità tas-sistemi nazzjonali. Għandha tiffaċilita d-djalogu bejn is-sħab soċjali, waqt li tirrispetta l-awtonomija tagħhom.

    Is-Summit bi tliet partijiet għat-Tkabbir u l-Impjiegi għandu jikkontribwixxi għad-djalogu soċjali.”

    116)

    L-Artikolu 137 għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    fil-paragrafu 2, fil-kliem introduttivi ta' l-ewwel subparagrafu, il-kliem “il-Kunsill:” għandhom jiġu sostiwiti bi “il-Parlament Ewropew u l-Kunsill:” u l-verbi għandhom ikunu adattati b'konsegwenza ta' dan; l-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu għandha tinqasam f'żewġ subparagrafi li jaqraw kif ġej:

    “Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u tal-Kumitat tar-Reġjuni.

    Fl-oqsma msemmija fil-paragrafu 1 c), d), f) u g), il-Kunsill għandu jaġixxi skond il-proċedura leġislattiva speċjali, b' mod unanimu, wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew u mal-Kumitati msemmija.”

    It-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu għandha ssir l-aħħar subparagrafu, u l-kliem “ta' dan it-Trattat” għandhom jitħassru;

    b)

    fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu, il-parti li ġejja tas-sentenza għandha tiżdied fl-aħħar “...jew, jekk ikun xieraq, l-implimentazzjoni ta' deċiżjoni tal-Kunsill adottata skond l-Artikolu 139.”; fit-tieni subparagrafu, il-kliem “...direttiva jkollha tiġi trasposta skond l-Artikolu 249,” għandhom jiġu ssostitwit bi “...direttiva jew deċiżjoni għandha tiġi trasposta jew implimentata,” u l-kliem “...jew dik id-deċiżjoni” għandhom jiżdiedu fl-aħħar tas-subparagrafu.

    117)

    Fl-Artikolu 138(4), l-ewwel sentenza, il-kliem “Fl-okkażjoni ta' dawn il-konsultazzjonijiet, ...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “Fl-okkażjoni ta' konsultazzjonijiet msemmija fil-paragrafi 2 u 3, ...” u, fit-tieni sentenza, il-kliem “tal-proċedura” għandhom jiġu ssostiwiti bi “ta' dan il-proċess”.

    118)

    L-Artikolu 139(2), għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    fl-ewwel subparagrafu, is-sentenza li ġejja għandha tiżdied fl-aħħar: “Il-Parlament Ewropew għandu jiġi infurmat.”;

    b)

    fit-tieni subparagrafu, il-bidu ta' l-ewwel sentenza “Il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, ħlief meta l-ftehim ...” għandu jiġi ssostitwit bi “Il-Kunsill għandu jaġixxi b'mod unanimu meta l-ftehim ...” u l-aħħar sentenza għandha titħassar.

    119)

    Fl-Artikolu 140, il-parti li ġejja tas-sentenza għandha tiżdied fl-aħħar tat-tieni subparagrafu: “..., b'mod partikolari permezz ta' inizjattivi li jimmiraw li jistabbilixxu linji gwida u indikaturi, li jorganizzaw skambju ta' l-aħjar prattika, u li jħejju l-elementi meħtieġa għall-monitoraġġ u l-valutazzjonijiet perjodiċi. Il-Parlament Ewropew għandu jinżamm kompletament infurmat.”.

    120)

    Fl-Artikolu 143, it-tieni subparagrafu għandu jitħassar.

    IL-FOND SOĊJALI EWROPEW

    121)

    Il-Kapitolu 2 għandu jiġi nnumerat mill-ġdid bħala “TITOLU X”.

    122)

    Fl-Artikolu 148, il-kliem “deċiżjonijiet ta' implimentazzjoni li għandhom x'jaqsmu” għandhom jiġu ssostitwiti bi “regolamenti ta' implimentazzjoni relatati”.

    EDUKAZZJONI, FORMAZZJONI VOKAZZJONALI, ŻGĦAŻAGĦ U SPORT

    123)

    Il-Kapitolu 3 għandu jiġu nnumerat mill-ġdid bħala t-“TITOLU XI” u l-kliem “... U ŻGĦAŻAGĦ” għandhom jiġu ssostitwiti bi “, ŻGĦAŻAGĦ U SPORT”.

    124)

    L-Artikolu 149 għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    fil-paragrafu 1, is-subparagrafu li ġej għandu jiddaħħal:

    “L-Unjoni għandha tikkontribwixxi għat-tmexxija l-quddiem tal-kwistjonijiet Ewropej ta' l-Isports, waqt li tieħu in kunsiderazzjoni n-natura speċifika tiegħu, l-istrutturi tiegħu ibbażati fuq il-volontarjat u l-funzjoni soċjali u edukattiva tiegħu.”;

    b)

    fil-paragrafu 2, il-ħames inċiż, il-kliem “... u l-inkoraġġiment tal-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika ta' l-Ewropa,” għandhom jiżdiedu fl-aħħar; l-inċiż li ġej għandu jiddaħħal bħala l-aħħar inċiż:

    “—

    l-iżvilupp tad-dimensjoni Ewropea fl-isport, billi tkun promossa l-ġustizzja u t-trasparenza fil-kompetizzjonijiet sportivi u l-kooperazzjoni bejn il-korpi responsabbli mill-isport, u billi tkun protetta l-integrità fiżika u morali ta' l-isportivi, speċjalment ta' dawk l-aktar żgħażagħ fosthom.”;

    ċ)

    fil-paragrafu 3, il-kliem “fil-qasam ta' l-edukazzjoni” għandhom jiġu ssostitwiti bi “fil-qasam ta' l-edukazzjoni u l-isport”;

    d)

    fil-paragrafu 4, il-kliem “, il-Kunsill għandu jadotta” għandhom jitħassru, l-ewwel inċiż għandu jibda bil-kliem “il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu ...” u l-kliem “għandhom jadottaw” għandhom jiddaħħlu qabel “inċentivi”; it-tieni inċiż għandu jibda bil-kliem “il-Kunsill għandu jadotta, fuq proposta ...”.

    125)

    Fl-Artikolu 150(4), il-parti li ġejja tas-sentenza għandha tiżdied fl-aħħar: “u l-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, għandu jadotta rakkomandazzjonijiet.”

    KULTURA

    126)

    L-Artikolu 151(5) għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    fis-sentenza introduttiva, il-kliem “, il-Kunsill għandu jadotta” għandhom jitħassru;

    b)

    l-ewwel sentenza ta' l-ewwel inċiż għandha tibda bil-kliem “il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu ...”, il-kliem “għandhom jadottaw” għandhom jiddaħħlu qabel “inċentivi” u t-tieni sentenza ta' l-ewwel inċiż għandha titħassar;

    ċ)

    fit-tieni inċiż, il-kliem “waqt li jaġixxi unanimament” għandhom jitħassru u l-inċiż għandu jibda bil-kliem “il-Kunsill għandu jadotta, fuq proposta ...”.

    SAĦĦA PUBBLIKA

    127)

    L-Artikolu 152 għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, il-kelma “umana” għandha tiġi ssostitwiti bi “fiżika u mentali” u l-parti li ġejja tas-sentenza għandha tiżdied fi tmiem dan is-subparagrafu: “, kif ukoll il-monitoraġġ ta' theddid transkonfinali serju għas-saħħa, l-allert għal dan it-theddid u l-ġlieda kontrih.”;

    b)

    fil-paragrafu 2, fl-aħħar ta' l-ewwel subparagrafu, is-sentenza li ġejja għandha tiżdied: “B'mod partikolari għandha tħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri sabiex titjieb il-komplimentarjetà tas-servizzi tas-saħħa tagħhom fir-reġjuni ta' fruntiera.”;

    ċ)

    fil-paragrafu 2, fl-aħħar tat-tieni subparagrafu, il-parti li ġejja tas-sentenza għandha tiżdied: “..., b'mod partikolari inizjattivi li jimmiraw li jistabbilixxu linji gwida u indikaturi, li jorganizzaw l-iskambju ta' l-aħjar prattika, u li jħejju l-elementi meħtieġa għall-kontroll u l-valutazzjonijiet perjodiċi. Il-Parlament Ewropew għandu jinżamm kompletament infurmat.”;

    d)

    il-paragrafu 4 għandu jiġi emendat kif ġej:

    i)

    fis-subparagrafu introduttiv, il-parti li ġejja tas-sentenza għandha tiddaħħal fil-bidu: “B'deroga mill-Artikolu 2 A(5) u l-Artikolu 2 E(a), u skond l-Artikolu 2 C(2)(k), ...” u l-kliem li ġejjin għandhom jiżdiedu fl-aħħar: “..., sabiex jiġu affrontati l-problemi komuni tas-sigurtà:”;

    ii)

    fil-punt b), il-kliem “b'deroga għall-Artikolu 37,...” għandhom jitħassru;

    iii)

    il-punt ċ) il-ġdid li ġej għandu jiddaħħal:

    “ċ)

    miżuri li jistabbilixxu standards għolja ta' kwalità u sigurtà għall-prodotti mediċinali u t-tagħmir għall-użu mediku.”

    iv)

    il-punt c) preżenti għandu jiġi nnumerat mill-ġdid bħala paragrafu “5” u għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “5.   Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja u wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u mal-Kumitat tar-Reġjuni, jistgħu jadottaw ukoll miżuri ta' inċentiva għall-protezzjoni u t-titjib tas-saħħa tal-bniedemb'mod partikolari għall-ġlieda kontra l-ikbar flaġelli transkonfinali għas-saħħa, miżuri li jikkonċernaw il-monitoraġġ ta' theddid transkonfinali serju għas-saħħa, l-allert fuq dan it-theddid u l-ġlieda kontrih, kif ukoll miżuri li għandhom bħala objettiv dirett il-protezzjoni tas-saħħa pubblika fir-rigward tat-tabakk u l-abbuż ta' l-alkoħol, bl-esklużjoni ta' kull armonizzazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti ta' l-Istati Membri.”;

    e)

    it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4 preżenti għandu jsir paragrafu 6 u l-paragrafu 5, innumerat mill-ġdid bħala “7”, għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “7.   L-azzjoni ta' l-Unjoni għandha tirrispetta bis-sħiħ ir-responsabbiltajiet ta' l-Istati Membri fir-rigward tad-definizzjoni tal-politika tas-saħħa tagħhom, kif ukoll l-organizzazzjoni u l-għoti ta' servizzi tas-saħħa u tal-kura medika. Ir-responsabbiltajiet ta' l-Istati Membri jinkludu l-ġestjoni tas-servizzi tas-saħħa u tal-kura medika, kif ukoll l-allokazzjoni tar-riżorsi assenjati lilhom. Il-miżuri previsti fil-paragrafu 4(a) m'għandhomx jolqtu dispożizzjonijiet nazzjonali dwar id-donazzjoni jew l-użu ta' organi u demm għal skopijiet mediċi.”.

    PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR

    128)

    Fl-Artikolu 153, il-paragrafu 2 għandu jsir l-Artikolu 6a u l-paragrafi 3, 4 u 5 għandhom jiġu nnumerati mill-ġdid rispettivament bħala 2, 3 u 4.

    INDUSTRIJA

    129)

    L-Artikolu 157 għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    fl-aħħar tal-paragrafu 2, il-parti li ġejja tas-sentenza għandha tiżdied: “..., b'mod partikolari inizjattivi li jimmiraw li jistabbilixxu linji gwida u indikaturi, li jorganizzaw l-iskambju ta' l-aħjar prattika, u li jħejju l-elementi meħtieġa għall-monitoraġġ u l-valutazzjonijiet perijodiċi. Il-Parlament Ewropew għandu jinżamm kompletament infurmat.”;

    b)

    fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu, il-parti li ġejja tas-sentenza għandha tiżdied fl-aħħar tat-tieni sentenza: “..., minbarra kwalunkwe armonizzazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti ta' l-Istati Membri.”.

    IL-KOEŻJONI EKONOMIKA, SOĊJALI U TERRITORJALI

    130)

    L-intestatura tat-Titolu XVII għandha tiġi ssostitwita bi: “KOEŻJONI EKONOMIKA, SOĊJALI U TERRITORJALI”.

    131)

    L-Artikolu 158 għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    fl-ewwel subparagrafu, il-kliem “koeżjoni ekonomika u soċjali” għandhom jiġu ssostitwiti bi “koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali”;

    b)

    fit-tieni subparagrafu, il-kliem “jew gżejjer” u l-kliem “inklużi ż-żoni rurali” għandhom jitħassru;

    ċ)

    is-subparagrafu l-ġdid li ġej għandu jiżdied:

    “Fost ir-reġjuni konċernati, għandha tingħata attenzjoni partikolari lil żoni rurali, lil żoni milquta minn transizzjoni industrijali, u lil reġjuni li jbatu minn żvantaġġi naturali jew demografiċi gravi u permanenti bħal per eżempju r-reġjuni tat-tramuntana mbiegħda b'densità ta' popolazzjoni baxxa ħafna, u reġjuni insulari, reġjuni transkonfinali u reġjuni muntanjużi.”

    132)

    Fl-Artikolu 159, it-tieni subparagrafu, il-kliem “ekonomika u soċjali” għandhom jiġu ssostitwiti bi “ekonomika, soċjali u territorjali”.

    133)

    L-Artikolu 161 għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    fil-bidu ta' l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza, il-kliem “Mingħajr ebda preġudizzju għall-Artikolu 162, il-Kunsill, li jimxi fuq proposta unanima tal-Kummissjoni u wara li jikseb il-kunsens tal-Parlament Ewropew ...” għandhom jiġi ssostitwiti bi “Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 162, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu permezz ta' regolament skond il-proċedura leġislattiva ordinarja ...” u fit-tieni sentenza, il-kliem “Il-Kunsill, permezz ta' l-istess proċedura, għandu wkoll jiddefinixxi” għandhom jitħassru fil-bidu u l-kliem “għandhom ikunu definiti wkoll mill-istess proċedura” għandhom jiżdiedu fl-aħħar;

    b)

    fit-tieni subparagrafu, il-kliem “Il-Kunsill” għandhom jitħassru;

    ċ)

    it-tielet subparagrafu għandu jitħassar.

    134)

    Fl-Artikolu 162, l-ewwel subparagrafu, il-kliem “Deċiżjonijiet ta' implimentazzjoni” għandhom jiġu ssostitwiti bi “Ir-Regolamenti ta' implimentazzjoni”.

    RIĊERKA U ŻVILUPP TEKNOLOĠIKU

    135)

    Fl-intestatura tat-Titolu XVIII, il-kliem “U SPAZJU” għandhom jiżdiedu.

    136)

    L-Artikolu 163 għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    il-paragrafu 1 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “1.   L-azzjoni ta' l-Unjoni għandu jkollha l-objettiv li ssaħħaħ is-sisien xjentifiċi u teknoloġiċi tagħha billi tistabbilixxi żona ta' riċerka Ewropea li fiha r-riċerkaturi, l-għarfien xjentifiku u t-teknoloġiji jiċċirkolaw liberament, u li tinkoraġixxi l-iżvilupp tal-kompetittivita tagħha u ta' l-industrija tagħha, kif ukoll li tippromwovi l-attivitajiet kollha ta' riċerka li huma meqjusa meħtieġa għal Kapitoli oħra tat-Trattati.”;

    b)

    fil-paragrafu 2, il-parti tas-sentenza “...u timmira fuq kollox li tagħti l-opportunità lill-impriżi li jisfruttaw il-potenzjal kollu ta' suq intern, ...” għandha tiġi ssostitwita bi “... u timmira fuq kollox li tippermetti lir-riċerkaturi li jikkooperaw liberament lil hinn mill-fruntieri u lill-impriżi li jisfruttaw il-potenzjal kollu tas-suq intern, ...”.

    137)

    Fl-Artikolu 165(2), il-parti li ġejja tas-sentenza għandha tiżdied fl-aħħar: “..., b'mod partikolari inizjattivi li jimmiraw li jistabbilixxu linji gwida u indikaturi, li jorganizzaw l-iskambju ta' l-aħjar prattika, u li jħejju l-elementi meħtieġa għall-monitoraġġ u l-valutazzjonijiet perijodiċi. Il-Parlament Ewropew għandu jinżamm kompletament infurmat.”

    138)

    Ll-Artikolu 166 jiġi emendat kif ġej:

    a)

    fil-paragrafu 4 il-kliem “b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta tal-Kummisjoni” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “li jaġixxi skond il-proċedura leġislattiva speċjali”;

    b)

    il-paragrafu 5 l-ġdid li ġej għandu jiżdied:

    “5.   B'mod komplementari għall-attivitajiet imfassla fil-programm qafas pluriennali, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja u wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandhom jistabbilixxu l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' żona ta' riċerka Ewropea.”.

    139)

    Fl-Artikolu 167, il-kliem “il-Kunsill” għandhom jiġu ssostitwiti bi “l-Unjoni”.

    140)

    Fl-Artikolu 168, it-tieni subparagrafu, il-kliem “Il-Kunsill” għandhom jiġu ssostitwiti bi “L-Unjoni”.

    141)

    Fl-Artikolu 170, l-aħħar parti tas-sentenza “..., li jkunu negozjati u konklużi skond l-Artikolu 300” għandha titħassar.

    SPAZJU

    142)

    L-Artikolu 172a l-ġdid li ġej għandu jiddaħħal:

    “Artikolu 172a

    1.   Sabiex jiġu promossi l-progress xjentifiku u teknoloġiku, il-kompetittività industrijali u l-implimentazzjoni tal-politika tagħha, l-Unjoni għandha tfassal politika Ewropea dwar l-ispazju. Għal dan il-għan, tista' tippromwovi inizjattivi konġunti, tagħti appoġġ lir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku u tikkoordina l-isforzi meħtieġa għall-esplorazzjoni u l-isfruttament ta' l-ispazju.

    2.   Sabiex jikkontribwixxu għat-twettiq ta' l-objettivi previsti fil-paragrafu 1, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, għandhom jistabbilixxu l-miżuri meħtieġa, li jistgħu jieħdu l-forma ta' programm Ewropew dwar l-ispazju, bl-esklużjoni ta' kwalunkwe armonizzazzjoni tal-liġijiet u regolamenti ta' l-Istati Membri.

    3.   L-Unjoni għandha tistabbilixxi relazzjonijiet xierqa ma' l-Aġenzija Ewropea ta' l-Ispazju.

    4.   Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħrajn ta' dan it-Titolu.”

    AMBJENT (BIDLA FIL-KLIMA)

    143)

    L-Artikolu 174 għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    fil-paragrafu 1, ir-raba' inċiż għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “—

    il-promozzjoni ta' miżuri fil-livell internazzjonali biex jitrattaw problemi ambjentali reġjonali jew globali, u b'mod partikolari li jiġġieldu l-bidla fil-klima.”.

    b)

    fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu, il-kliem “proċedura ta' spezzjoni mill-Komunità” għandhom jiġu ssostitwiti bi “proċedura ta' monitoraġġ mill-Unjoni”.

    ċ)

    fil-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu, l-aħħar parti tas-sentenza “..., li jkunu negozjati u konklużi skond l-Artikolu 300” għandha titħassar.

    144)

    L-Artikolu 175 għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'mod unanimu fuq proposta tal-Kummissjoni u wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni, jista' jagħmel il-proċedura leġislattiva ordinarja applikabbli għall-oqsma previsti fl-ewwel subparagrafu.”;

    b)

    fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu, il-kliem “F'oqsma oħra,...” għandhom jitħassru u t-tieni subparagrafu għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dawn il-programmi għandhom jiġu adottati skond il-kondizzjonijiet tal-paragrafu 1 jew 2, skond il-każ.”;

    ċ)

    fil-paragrafu 4, il-kliem “... għall-ċerti mizuri ta' natura komunitarja” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... għal ċerti miżuri adottati mill-Unjoni, ...”.

    d)

    fil-paragrafu 5, il-kliem “il-Kunsill għandu fl-att li bih jadotta dik il-miżura, jistabbilixxi dispożizzjonijiet...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “din il-miżura għandha tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ...”.

    TITOLI MĊAQALQA

    145)

    It-Titolu XX “KOOPERAZZJONI GĦALL-IŻVILUPP” u l-Artikoli 177, 179, 180 u 181, għandhom isiru, rispettivament, il-Kapitolu 1 tat-Titolu III tal-ħames parti dwar l-Azzjoni Esterna ta' l-Unjoni u l-Artikoli 188 D sa 188 G; dawn l-Artikoli għandhom jiġu emendati kif indikat hawn taħt fil-punti 161) sa 164). L-Artikolu 178 għandu jiġi rrevokat.

    146)

    It-Titolu XXI “KOOPERAZZJONI EKONOMIKA, FINANZJARJA U TEKNIKA MA' PAJJIŻI TERZI” u l-Artikolu 181 A għandhom isiru, rispettivament, il-Kapitolu 2 tat-Titolu 11 fil-ħames parti dwar l-Azzjoni Esterna ta' l-Unjoni u l-Artikolu 188 H l-ġdid; dan l-Artikolu għandu jiġi emendat kif indikat hawn taħt fil-punt 166).

    ENERĠIJA

    147)

    It-Titolu XX għandu jiġi ssostitwit bit-Titolu l-ġdid u l-Artikolu 176 A li ġejjin:

    “TITOLU XX

    ENERĠIJA

    Artikolu 176 A

    1.   Fil-kuntest ta' l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern u b' kont meħud tal-ħtieġa ta' preservazzjoni u titjib ta' l-ambjent, il-politika ta' l-Unjoni fil-qasam ta' l-enerġija għandha timmira li, fi spirtu ta' solidarjetà bejn l-Istati Membri:

    a)

    tassigura l-funzjonament tas-suq ta' l-enerġija;

    b)

    tassigura s-sigurtà tal-provvista ta' l-energija fl-Unjoni,

    ċ)

    tippromwovi l-effiċjenza fl-enerġija u l-iffrankar fl-użu ta' l-enerġija kif ukoll l-iżvilupp ta' forom ta' enerġija ġodda u rinnovabbli; u

    d)

    tippromwovi l-interkonnessjoni ta' netwerks ta' l-enerġija.

    2.   Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet oħra tat-Trattati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, għandhom jistabbilixxu l-miżuri meħtieġa għall-kisba ta' l-objettivi previsti fil-paragrafu 1. Dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u mal-Kumitat tar-Reġjuni.

    Dawn m'għandhomx jolqtu d-dritt ta' Stat Membru li jiddetermina l-kondizzjonijiet għall-isfruttament tar-riżorsi ta' enerġija tiegħu, l-għażla tiegħu bejn riżorsi differenti ta' enerġija u l-istruttura ġenerali tal-provvista ta' enerġija tiegħu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 175(2)(c).

    3.   B'deroga mill-paragrafu 2, il-Kunsill, li jaġixxi skond il-proċedura leġislattiva speċjali, b'mod unanimu u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, għandu jistabbilixxi l-miżuri li huma previsti fih meta dawn ikunu essenzjalment ta' natura fiskali.”.

    TURIŻMU

    148)

    It-Titolu XXI għandu jiġi ssostitwit bit-Titolu l-ġdid u l-Artikolu 176 B il-ġdid li ġejjin:

    “TITOLU XXI

    TURIŻMU

    Artikolu 176 B

    1.   L-Unjoni għandha tikkumplimenta l-azzjoni ta' l-Istati Membri fil-qasam tat-turiżmu, b'mod partikolari billi tippromwovi l-kompetittività ta' l-impriżi ta' l-Unjoni f'dan is-settur.

    Għal dan il-għan, l-azzjoni ta' l-Unjoni għandha timmira:

    a)

    li tinkoraġġixxi l-ħolqien ta' ambjent favorevoli għall-iżvilupp ta' l-impriżi f'dan is-settur;

    b)

    li tippromwovi l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, b'mod partikolari bl-iskambju ta' prattika tajba.

    2.   Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, għandhom jistabbilixxu l-miżuri partikolari sabiex jikkumplimentaw l-azzjonijiet fl-Istati Membri sabiex jintlaħqu l-objettivi previsti f'dan l-Artikolu, bl-esklużjoni ta' kwalunkwe armonizzazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti ta' l-Istati Membri.”

    PROTEZZJONI ĊIVILI

    149)

    It-Titolu XXI il-ġdid u l-Artikolu 176 C il-ġdid li ġejjin għandhom jiddaħħlu:

    “TITOLU XXII

    PROTEZZJONI ĊIVILI

    Artikolu 176 C

    1.   L-Unjoni għandha tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri sabiex issaħħaħ l-effettività ta' sistemi ta' prevenzjoni ta' diżastri naturali jew ikkaġunati mill-bniedem u ta' protezzjoni minnhom.

    L-azzjoni ta' l-Unjoni għandha timmira:

    a)

    li tappoġġa u tikkumplimenta l-azzjoni ta' l-Istati Membri fuq livell nazzjonali, reġjonali u lokali fil-prevenzjoni ta' riskju, fil-preparazzjoni tal-persunal tagħhom tal-protezzjoni ċivili fl-Istati Membri u fl-intervent f'każ ta' diżastri naturali jew ikkaġunati mill-bniedem fl-Unjoni;

    b)

    li tippromwovi l-kooperazzjoni operazzjonali rapida u effettiva fl-Unjoni bejn servizzi nazzjonali ta' protezzjoni ċivili;

    ċ)

    li tippromwovi l-koerenza ta' azzjonijiet ta' protezzjoni ċivili fil-livell internazzjonali.

    2.   Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, għandhom jistabbilixxu l-miżuri meħtieġa għall-kontribuzzjoni tal-kisba tal-objettivi previsti fil-paragrafu 1, bl-esklużjoni ta' kwalunkwe armonizzazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti ta' l-Istati Membri.”.

    KOOPERAZZJONI AMMINISTRATTIVA

    150)

    It-Titolu XXIII il-ġdid u l-Artikolu 176 D il-ġdid li ġejjin għandhom jiddaħħlu:

    “TITOLU XXIII

    KOOPERAZZJONI AMMINISTRATTIVA

    Artikolu 176 D

    1.   L-implimentazzjoni effettiva tad-dritt ta' l-Unjoni mill-Istati Membri, li hija essenzjali għall-funzjonament tajjeb ta' l-Unjoni, għandha titqies bħala kwistjoni ta' interess komuni.

    2.   L-Unjoni tista' tappoġġja l-isforzi ta' l-Istati Membri biex itejbu l-kapaċità amministrattiva tagħhom fl-implimentazzjoni tad-dritt ta' l-Unjoni. Din l-azzjoni tista' tinkludi l-iffaċilitar ta' l-iskambju ta' informazzjoni u ta' impjegati fis-servizz ċivili kif ukoll l-appoġġ għal skemi ta' taħriġ. L-ebda Stat Membru m' għandu jkun marbut li jagħmel użu minn dan l-appoġġ. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu permezz ta' regolament skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, għandhom jistabbilixxu l-miżuri meħtieġa għal dan il-għan bl-esklużjoni ta' kwalunkwe armonizzazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti ta' l-Istati Membri.

    3.   Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta' l-Istati Membri li jimplimentaw id-dritt ta' l-Unjoni kif ukoll għall-prerogattivi u d-dmirijiet tal-Kummissjoni. Għandu jkun wkoll mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħra tat-Trattati li jipprovdu għal kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri kif ukoll bejnhom u l-Unjoni.”

    ASSOĊJAZZJONI TA' PAJJIŻI U TERRITORJI EXTRA-EWROPEJ

    151)

    Fl-Artikolu 182, l-ewwel subparagrafu, il-kliem “ta' dan it-Trattat”, fl-aħħar, għandhom jitħassru.

    152)

    Fl-Artikolu 186, il-parti finali tas-sentenza “...għandu jiġi regolat b'konvenzjonijiet sussegwenti li jkunu jeħtieġu l-unanimità ta' l-Istati Membri.” għandha tiġi ssostitwita “għandu jiġi regolat b'atti adottati skond l-Artikolu 187.”.

    153)

    Fl-Artikolu 187, il-kliem “b'mod unanimu” għandhom jiġu ssostitwiti bi “b'mod unanimu fuq proposta tal-Kummissjoni” u s-sentenza li ġejja għandha tiżdied fl-aħħar ta' l-Artikolu: “Meta d-dispożizzjonijiet imsemmija jiġu adottati mill-Kunsill skond il-proċedura leġislattiva speċjali, dan għandu jiddeċiedi b'unanimità fuq proposta tal-Kummissjoni u wara l-konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew.”.

    AZZJONI ESTERNA TA' L-UNJONI

    154)

    Il-ħames parti l-ġdida għandha tiddaħħal. Hi għandha tkun intitolata “L-AZZJONI ESTERNA TA' L-UNJONI” u għandha tinkludi t-titoli u l-kapitoli li ġejjin:

    Titolu I:

    Dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-Azzjoni Esterna ta' l-Unjoni

    Titolu II:

    Il-politika kummerċjali komuni

    Titolu III:

    Il-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u l-għajnuna umanitarja

    Kapitolu 1:

    Il-kooperazzjoni għall-iżvilupp

    Kapitolu 2:

    Il-kooperazzjoni ekonomika, finanzjarja u teknika ma' pajjiżi terzi

    Kapitolu 3:

    L-għajnuna umanitarja

    Titolu IV:

    Il-miżuri restrittivi

    Titolu V:

    Ftehim internazzjonali

    Titolu VI:

    Relazzjonijiet ta' l-Unjoni ma' l-organizzazzjonijiet internazzjonali u l-pajjiżi terzi u d-delegazzjonijiet ta' l-Unjoni

    Titolu VII:

    Klawżola ta' solidarjetà

    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

    155)

    It-Titolu I il-ġdid u l-Artikolu 188 A l-ġdid li ġejjin għandhom jiddaħħlu:

    “TITOLU I

    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI DWAR L-AZZJONI ESTERNA TA' L-UNJONI

    Artikolu 188 A

    L-azzjoni ta' l-Unjoni fix-xena internazzjonali, skond din il-parti, għandha tkun gwidata mill-prinċipji, għandha tfittex li tikseb l-għanijiet u għandha titwettaq skond id-dispożizzjonijiet ġenerali previsti fil-Kapitolu 1 tat-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.”

    POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

    156)

    Titolu II “IL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI”, li jirriproduċi l-intestatura tat-Titolu IX tat-tielet parti, għandu jiddaħħal.

    157)

    Artikolu 188 B għandu jiddaħħal, bil-formulazzjoni ta' l-Artikolu 131; Dan għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    l-ewwel subparagrafu għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “Permezz ta' l-istabbiliment ta' unjoni doganali skond l-Artikoli 23 sa 27, l-Unjoni għandha tikkontribwixxi, fl-interess komuni, għall-iżvilupp armonjuż tal-kummerċ dinji, għall-abolizzjoni progressiva ta' restrizzjonijiet fuq il-kummerċ internazzjonali u fuq l-investiment barrani dirett, kif ukoll għat-tnaqqis ta' l-ostakoli doganali u ta' xort' oħra.”;

    b)

    it-tieni subparagrafu għandu jitħassar.

    158)

    Artikolu 188 C għandu jiddaħħal, li għandu jissostitwixxi l-Artikolu 133:

    “Artikolu 188 C

    1.   Il-politika kummerċjali komuni għandha tkun ibbażata fuq prinċipji uniformi, partikolarment fir-rigward ta' bidliet fir-rati tariffarji, il-konklużjoni ta' ftehim tariffarji u dawk kummerċjali rigward il-kummerċ ta' merkanzija u ta' servizzi, u l-aspetti kummerċjali tal-proprjetà intellettwali, l-investiment barrani dirett, il-kisba ta' l-uniformità fil-miżuri ta' liberalizzazzjoni, il-politika dwar l-esportazzjoni kif ukoll il-miżuri għall-protezzjoni tal-kummerċ bħal dawk li għandhom jittieħdu fil-każ ta' dumping jew sussidji. Il-politika kummerċjali komuni għandha titwettaq fil-kuntest tal-prinċipji u l-objettivi ta' l-azzjoni esterna ta' l-Unjoni.

    2.   Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu permezz ta' regolament skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, għandhom jadottaw il-miżuri li jiddefinixxu l-qafas għall-implementazzjoni tal-politika kummerċjali komuni.

    3.   Fejn ikun meħtieġ li jiġu negozjati u konklużi ftehim ma' pajjiż terz wieħed jew aktar jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, għandu japplika l-Artikolu 188 N soġġett għad-dispożizzjonijiet speċjali ta' dan l-Artikolu.

    Il-Kummissjoni għandha tressaq rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill, li għandu jawtorizzaha biex tiftaħ in-negozjati meħtieġa. Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom ikunu responsabbli sabiex jassiguraw li l-ftehim negozjati jkunu kompatibbli mal-politika u r-regoli interni ta' l-Unjoni.

    Il-Kummissjoni għandha twettaq dawn in-negozjati b'konsultazzjoni ma' kumitat speċjali maħtur mill-Kunsill sabiex jgħin lill-Kummissjoni f'din il-ħidma u fil-qafas ta' direttivi li l-Kunsill jista' jindirizza lilha. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta regolarment lill-kumitat speċjali u lill-Parlament Ewropew dwar il-progress tan-negozjati.

    4.   Għan-negozjati u l-konklużjoni tal-ftehim previst fil-paragrafu 3, il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata.

    Għan-negozjati u l-konklużjoni ta' ftehim fl-oqsma tal-kummerċ fis-servizzi u ta' l-aspetti kummerċjali tal-proprjetà intellettwali, kif ukoll ta' l-investiment barrani dirett, il-Kunsill għandu jaġixxi b'mod unanimu fejn tali ftehim jinkludu dispożizzjonijiet li għalihom tkun meħtieġa l-unanimità għall-adozzjoni ta' regoli interni.

    Il-Kunsill għandu wkoll jaġixxi b'mod unanimu għan-negozjati u għall-konklużjoni ta' ftehim:

    a)

    fil-qasam tal-kummerċ f'servizzi kulturali u awdjoviżivi, fejn hemm ir-riskju li dawn il-ftehim jippreġudikaw id-diversità kulturali u lingwistika ta' l-Unjoni;

    b)

    fil-qasam tal-kummerċ f'servizzi soċjali, ta' l-edukazzjoni u tas-saħħa, fejn hemm ir-riskju li dawn il-ftehim jikkawżaw disturb serju għall-organizzazzjoni nazzjonali ta' dawn is-servizzi u jippreġudikaw ir-responsabbiltà ta' l-Istati Membri fil-provvista ta' tali servizzi.

    5.   In-negozjati u l-konklużjoni ta' ftehim internazzjonali fil-qasam tat-trasport għandhom ikunu soġġetti għat-Titolu V tal-Parti tlieta u għall-Artikolu 188 N.

    6.   L-eżerċizzju tal-kompetenzi mogħtija minn dan l-Artikolu fil-qasam tal-politika kummerċjali komuni m'għandux jolqot id-delimitazzjoni tal-kompetenzi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri u m'għandux iwassal għal armonizzazzjoni tal-liġijiet jew regolamenti ta' l-Istati Membri safejn it-Trattati jeskludu din l-armonizzazzjoni.”

    KOOPERAZZJONI GĦALL-IŻVILUPP

    159)

    Titolu III “IL-KOOPERAZZJONI MAL-PAJJIŻI TERZI U L-GĦAJNUNA UMANITARJA” għandu jiddaħħal.

    160)

    Kapitolu 1 bit-Titolu “IL-KOOPERAZZJONI GĦALL-IŻVILUPP”, li jirriproduċi l-intestatura tat-Titolu XX tat-tielet parti, għandu jiddaħħal.

    161)

    Artikolu 188 D għandu jiddaħħal, bil-formulazzjoni ta' l-Artikolu 177; huwa għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    il-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu ssostitwiti bit-test li ġej:

    “1.   Il-politika ta' l-Unjoni fil-qasam tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp għandha titwettaq fil-qafas tal-prinċipji u l-objettivi ta' l-azzjoni esterna ta' l-Unjoni. Il-politika ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp ta' l-Unjoni u dik ta' l-Istati Membri għandhom jikkumplimentaw u jsaħħu lil xulxin.

    L-objettiv prinċipali tal-politika ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp ta' l-Unjoni għandu jkun it-tnaqqis u, eventwalment, il-qerda tal-faqar. L-Unjoni għandha tieħu in kunsiderazzjoni l-objettivi ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp fl-implimentazzjoni tal-politika li x'aktarx tolqot lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw.”

    b)

    Il-paragrafu 3 għandu jiġi nnumerat mill-ġdid bħala “2”.

    162)

    Artikolu 188 E għandu jiddaħħal, bil-formulazzjoni ta' l-Artikolu 179; dan għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    il-paragrafu 1 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “1.   Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-politika ta' koperazzjoni għall-iżvilupp, li jistgħu jinvolvu programmi ta' kooperazzjoni pluriennali ma' pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw jew programmi b' approċċ tematiku.”;

    b)

    Il-paragrafu 2 il-ġdid li ġej għandu jiddaħħal:

    “2.   L-Unjoni tista' tikkonkludi kwalunkwe ftehim, ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti, li jgħin sabiex jintlaħqu l-objettivi previsti fl-Artikolu 10 A tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 188 D ta' dan it-Trattat.

    L-ewwel subparagrafu ma jippreġudikax il-kompetenza ta' l-Istati Membri li jinnegozjaw f'sedi internazzjonali u li jikkonkludu ftehim.”

    ċ)

    il-paragrafu 2 preżenti għandu jiġi nnumerat mill-ġdid bħala “3” u l-paragrafu 3 preżenti għandu jitħassar.

    163)

    Artikolu 188 F għandu jiddaħħal, bil-formulazzjoni ta' l-Artikolu 180; dan għandu jiġi emendat kif ġej:

    Il-parti li ġejja tas-sentenza għandha tiddaħħal fil-bidu tal-paragrafu 1: “Sabiex tippromwovi l-kumplimentarità u l-effikaċja ta' l-azzjoni tagħhom, ..”.

    164)

    Għandu jiddaħħal Artikolu 188 G, bil-formulazzjoni ta' l-Artikolu 181; it-tieni sentenza ta' l-ewwel subparagrafu u t-tieni subparagrafu għandhom jitħassru.

    KOOPERAZZJONI EKONOMIKA, FINANZJARJA U TEKNIKA MA' PAJJIŻI TERZI

    165)

    Kapitolu 2 bit-Titolu “IL-KOOPERAZZJONI EKONOMIKA, FINANZJARJA U TEKNIKA MA' PAJJIŻI TERZI”, li jirriproduċi l-intestatura tat-Titolu XXI tat-tielet parti, għandu jiddaħħal.

    166)

    Artikolu 188 H għandu jiddaħħal, bil-formulazzjoni ta' l-Artikolu 181 A; dan għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    il-paragrafu 1 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “1.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra tat-Trattati, u b'mod partikolari dawk ta' l-Artikoli 188 D sa 188 G, l-Unjoni għandha twettaq azzjonijiet ta' kooperazzjoni ekonomika, finanzjarja u teknika, inkluża għajnuna, b'mod partikolari għajnuna finanzjarja, ma' pajjiżi terzi li mhumiex pajjiżi li qed jiżviluppaw. Dawn il-miżuri għandhom ikunu koerenti mal-politika għall-iżvilupp ta' l-Unjoni u għandhom jitwettqu fil-qafas tal-prinċipji u l-objettivi ta' l-azzjoni esterna tagħha. L-azzjonijiet ta' l-Unjoni u dawk ta' l-Istati Membri għandhom jikkumplimentaw u jsaħħu lil xulxin.”;

    b)

    il-paragrafu 2 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “2.   Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 1.”

    ċ)

    fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu, l-aħħar parti tat-tieni sentenza, “..., li jkunu negozjati u konklużi skond l-Artikolu 300” għandha titħassar.

    167)

    l-Artikolu 188 I il-ġdid li ġej għandu jiddaħħal:

    “Artikolu 188 I

    Meta s-sitwazzjoni f'pajjiż terz teħtieġ għajnuna finanzjarja urġenti mill-Unjoni, il-Kunsill għandu jadotta d-deċiżjonijiet meħtieġa fuq proposta tal-Kummissjoni.”

    GĦAJUNUNA UMANITARJA

    168)

    Il-Kapitolu 3 l-ġdid u l-Artikolu 188 J il-ġdid li ġejjin għandhom jiddaħħlu:

    “KAPTIOLU 3

    L-GĦAJNUNA UMANITARJA

    Artikolu 188 J

    1.   L-azzjonijiet ta' l-Unjoni fil-qasam ta' l-għajnuna umanitarja għandhom jitwettqu fil-qafas tal-prinċipji u l-objettivi ta' l-azzjoni esterna ta' l-Unjoni. Dawn l-azzjonijiet għandhom ikunu maħsuba biex jipprovdu assistenza u għajnuna mingħajr dewmien għal popolazzjonijiet f'pajjiżi terzi li jkunu vittma ta' diżastri naturali jew ikkaġunati mill-bniedem, u sabiex jipproteġuhom, sabiex jaffrontaw il-ħtiġijiet umanitarji li jirriżultaw minn dawn is-sitwazzjonijiet differenti. L-azzjonijiet ta' l-Unjoni u dawk ta' l-Istati Membri għandhom jikkumplimentaw u jsaħħu lil xulxin.

    2.   L-azzjonijiet ta' għajnuna umanitarja għandhom jitwettqu skond il-prinċipji tad-dritt internazzjonali u l-prinċipji ta' l-imparzjalità, in-newtralità u n-non diskriminazzjoni.

    3.   Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, għandhom jadottaw il-miżuri li jiddefinixxu l-qafas li fih għandhom jiġu implimentati l-azzjonijiet ta' għajnuna umanitarja ta' l-Unjoni.

    4.   L-Unjoni tista' tikkonkludi kwalunkwe ftehim, ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti, li jgħin sabiex jintlaħqu l-objettivi previsti fil-paragrafu 1 u fl-Artikolu 10 A tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

    L-ewwel subparagrafu ma jippreġudikax i-kompetenza ta' l-Istati Membri li jinnegozjaw f'sedi internazzjonali u li jikkonkludu ftehim.

    5.   Sabiex jiġi stabbilit qafas għal kontribuzzjonijiet konġunti minn żgħażagħ Ewropej għall-azzjonijiet ta' għajnuna umanitarja ta' l-Unjoni, għandu jkun stabbilit Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu permezz ta' regolament skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, għandhom jistabilixxu r-regoli u l-proċeduri għall-funzjonament ta' dan il-korp.

    6.   Il-Kummissjoni tista' tieħu kwalunkwe inizjattiva utli sabiex tippromwovi l-koordinazzjoni bejn l-azzjonijiet ta' l-Unjoni u dawk ta' l-Istati Membri, sabiex issaħħaħ l-effiċjenza u l-komplimentarità tal-miżuri ta' għajnuna umanitarja ta' l-Unjoni u dawk nazzjonali.

    7.   L-Unjoni għandha tassigura li l-azzjonijiet ta' għajnuna umanitarja tagħha jkunu koordinati u koerenti ma' dawk ta' organizzazzjonijiet u aġenziji internazzjonali, b'mod partikolari dawk li jiffurmaw parti mis-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti.”

    MIŻURI RESTRITTIVI

    169)

    Titolu IV u Artikolu 188 K li ġejjin għandhom jiddaħħlu, li għandhom jissostitwixxu l-Artikolu 301:

    “TITOLU IV

    IL-MIŻURI RESTRITTIVI

    Artikolu 188 K

    1.   Meta deċiżjoni, li tiġi adottata skond il-Kapitolu 2 tat-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, tipprevedi l-interruzzjoni jew it-tnaqqis, parzjali jew sħiħ, tar-relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji, ma' pajjiż terz wieħed jew aktar, il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta konġunta tar-rappreżentant għoli ta' l-Unjoni għall-affarijiet barranin u l-politika ta' sigurtà u tal-Kummissjoni, għandu jadotta l-miżuri meħtieġa. Għandu jinforma b'dan lill-Parlament Ewropew.

    2.   Meta deċiżjoni li tkun adottata skond il-Kapitolu 2 tat-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea tipprevedi hekk, il-Kunsill jista' jadotta miżuri restrittivi taħt il-proċedura prevista fil-paragrafu 1 kontra persuni fiżiċi jew ġuridiċi, gruppi jew entitajiet mhux Statali.

    3.   L-atti previsti f'dan l-Artikolu għandhom jinkludu d-dispożizzjonijiet meħtieġa dwar salvagwardji legali.”

    FTEHIM INTERNAZZJONALI

    170)

    Titolu V “FTEHIM INTERNAZZJONALI” għandu jiddaħħal wara l-Artikolu 188 K.

    171)

    Artikolu 188 L għandu jiddaħħal:

    “Artikolu 188 L

    1.   L-Unjoni tista' tikkonkludi ftehim ma' pajjiż terz wieħed jew iktar jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali meta t-Trattati jipprovdu għal danjew meta l-konklużjoni ta' ftehim tkun jew meħtieġa sabiex jinkiseb, fil-qafas tal-politika ta' l-Unjoni, wieħed mill-objettivi stabbiliti mit-Trattati, jew inkella tkun prevista f'att ta' l-Unjoni legalment vinkolanti jew inkella x'aktarx tolqot regoli komuni jew li tbiddel il-kamp ta' l-applikazzjoni tagħhom.

    2.   Ftehim konkluż mill-Unjoni jorbot lill-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni u lill-Istati Membri.”

    172)

    Artikolu 188 M, bil-formulazzjoni ta' l-Artikolu 310 għandu jiddaħħal. Il-kelma “Stati” għandha tiġi ssostitwita bi “pajjiżi terzi”.

    173)

    Artikolu 188 N, li għandu jissostitwixxi l-Artikolu 300, għandu jiddaħħal:

    “Artikolu 188 N

    1.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 188 C, ftehim bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali għandhom jiġu nnegozjati u konklużi skond il-proċedura li ġejja.

    2.   Il-Kunsill għandu jawtorizza l-ftuħ tan-negozjati, jadotta direttivi ta' negozjati, jawtorizza l-iffirmar ta' ftehim u jikkonkludihom.

    3.   Meta l-ftehim in kwistjoni jikkonċerna esklużivament jew prinċipalment il-politika barranija u ta' sigurtà komuni, il-Kummissjoni jew ir-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà għandhom jippreżentaw rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill, li għandu jadotta deċiżjoni li tawtorizza l-ftuħ tan-negozjati u li tinnomina, skond is-suġġett tal-ftehim previst, in-negozjatur ta' l-Unjoni jew il-kap tal-grupp ta' negozjaturi ta' l-Unjoni.

    4.   Il-Kunsill jista' jindirizza direttivi lin-negozjatur u jista' jaħtar kumitat speċjali, in-negozjati għandhom isiru f' konsultazzjoni ma' dan il-kumitat.

    5.   Il-Kunsill, fuq proposta min-negozjatur, għandu jadotta deċiżjoni li tawtorizza l-iffirmar tal-ftehim u, jekk meħtieġ, l-applikazzjoni proviżorja tiegħu qabel id-dħul fis-seħħ.

    6.   Il-Kunsill, fuq proposta min-negozjatur, għandu jadotta deċiżjoni li tikkonkludi l-ftehim.

    Minbarra meta l-ftehim jikkonċerna esklużivament il-politika barranija u ta' sigurtà komuni, il-Kunsill għandu jadotta deċiżjoni li tikkonkludi l-ftehim:

    a)

    wara li jkun kiseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew fil-każijiet li ġejjin:

    i)

    ftehim ta' assoċjazzjoni;

    ii)

    ftehim dwar l-adeżjoni ta' l-Unjoni għall-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali;

    iii)

    ftehim li jistabbilixxi qafas istituzzjonali speċifiku permezz ta' l-organizzazzjoni ta' proċeduri ta' kooperazzjoni;

    iv)

    ftehim b'implikazzjonijiet baġitarji importanti għall-Unjoni;

    v)

    ftehim li jkopri l-oqsma li għalihom tapplika l-proċedura leġislattiva ordinarja jew il-proċedura leġislattiva speċjali meta jkun meħtieġ l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew.

    F' każ ta' urġenza, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jiftehmu fuq limitu ta' żmien għall-approvazzjoni.

    b)

    wara l-konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew fil-każijiet l-oħra. Il-Parlament Ewropew għandu jagħti l-opinjoni tiegħu f'limitu ta' żmien li l-Kunsill jista' jistabbilixxi skond l-urġenza tal-kwistjoni. Fin-nuqqas ta' opinjoni f'dak il-limitu ta' żmien, il-Kunsill jista' jaġixxi.

    7.   Meta jikkonkludi ftehim, il-Kunsill jista', b'deroga mill-paragrafi 5, 6 u 9, jawtorizza lin-negozjatur sabiex japprova f' isem l-Unjoni emendi għall-ftehim meta dan jipprovdi li dawn l-emendi għandhom jiġu adottati skond proċedura simplifikata jew minn korp stabbilit mill-ftehim. Il-Kunsill jista' jorbot kondizzjonijiet speċifiċi ma' din l-awtorizzazzjoni.

    8.   Il-Kunsill għandu jaġixxi bil-maġgoranza kwalifikata tul il-proċedura kollha.

    Mandankollu, għandu jaġixxi b'mod unanimu meta l-ftehim ikopri qasam li għalih hija meħtieġa l-unamità għall-adozzjoni ta' att ta' l-Unjoni kif ukoll għal ftehim ta' assoċjazzjoni u l-ftehim previsti fl-Artikolu 188 H ma' l-Istati li huma kandidati għall-adeżjoni. Il-Kunsill għandu jaġixxi wkoll b'mod unanimu għall-ftehim ta' adeżjoni ta' l-Unjoni mal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali; id-deċiżjoni li tikkonkludi dan il-ftehim tidħol fis-seħħ wara l-approvazzjoni tagħha mill-Istati Membri skond il-ħtiġijiet kostituzzjonali rispettivi tagħhom.

    9.   Il-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni jew tar-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u ta' Politika ta' Sigurtà għandu jadotta deċiżjoni li tissospendi l-applikazzjoni ta' ftehim u li tistabbilixxi l-pożizzjonijiet li għandhom jiġu adottati f' isem l-Unjoni f' sede stabbilita fi ftehim, meta dik is-sede tintalab tadotta atti li jkollhom effetti legali, sakemm dawn ma jkunux atti li jissupplimentaw jew jemendaw il-qafas istituzzjonali tal-ftehim.

    10.   Il-Parlament Ewropew għandu jinżamm infurmat immedjatament u kompletament fl-istadji kollha tal-proċedura.

    11.   Stat Membru, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill jew il-Kummissjoni jistgħu jiksbu l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar jekk ftehim maħsub ikunx kompatibbli mat-Trattati. Meta l-opinjoni tal-Qorti tkun kuntrarja, il-ftehim maħsub ma jistax jidħol fis-seħħ sakemm ma jiġix emendat jew it-Trattati ma jiġux riveduti.”

    174)

    Artikolu 188 O għandu jiddaħħal, bil-formulazzjoni tal-paragrafi 1 sa 3 u 5 ta' l-Artikolu 111, fejn l-aħħar żewġ sentenzi tal-paragrafu 1 għandhom isiru t-tieni subparagrafu tal-paragrafu msemmi; huwa għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    il-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “1.   B' deroga mill-Artikolu 188 N, il-Kunsill, jew fuq rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew, inkella fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni u wara konsultazzjoni mal-Bank Ċentrali Ewropew bil-ħsieb li jilħaq konsensus kompatibbli ma' l-objettiv ta' l-istabbiltà tal-prezzijiet, jista' jikkonkludi ftehim formali dwar sistema ta' rati tal-kambju għall-euro fir-rigward tal-valuti ta' Stati terzi. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'mod unanimu wara li jikkonsulta mal-Parlament Ewropew u skond il-proċedura prevista fil-paragrafu 3.”.

    Fit-tieni subparagrafu, il-parti tas-sentenza “fuq rakkomandazzjoni mill-BĊE jew mill-Kummissjoni, u wara li jikkonsulta mal-BĊE fi sforz biex ...” għandha tiġi ssostitwita bi “jew fuq rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew, inkella fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni u wara konsultazzjoni mal-Bank Ċentrali Ewropew bil-ħsieb li ...”

    b)

    fil-paragrafu 1, “valuta mhux tal-Komunità” għandhom jiġu ssostiwiti bi “munita ta' Stati terzi”;

    ċ)

    fil-paragrafu 3, fl-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu, ir-referenza għall-Artikolu 300 għanda tiġi sostitwita b' referenza għall-Artikolu 188 N u l-kelma “Stati” għandha tiġi ssostitwita bi “Stati terzi” u t-tieni subparagrafu għandu jitħassar;

    d)

    il-paragrafu 5 għandu jiġi nnumerat mill-ġdid bħala “4”.

    RELAZZJONIJIET TA' L-UNJONI MA' L-ORGANIZZAZZJONIJIET INTERNAZZJONALI U L-PAJJIŻI TERZI U D-DELEGAZZJONIJIET TA' L-UNJONI

    175)

    Titolu VI u l-Artikoli 188 P u 188 Q li ġejjin għandhom jiddaħħlu, l-Artikolu 188P għandu jissostiwixxi l-Artikoli 302 sa 304:

    “TITOLU VI

    RELAZZJONIJIET TA' L-UNJONI MA' L-ORGANIZZAZZJONIJIET INTERNAZZJONALI U L-PAJJIŻI TERZI U DELEGAZZJONIJIET TA' L-UNJONI

    Artikolu 188 P

    1.   L-Unjoni għandha tistabbilixxi l-forom kollha xierqa ta' kooperazzjoni ma' l-organi tan-Nazzjonijiet Uniti u l-istituzzjonijiet speċjalizzati tagħha, mal-Kunsill ta' l-Ewropa, ma' l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa u ma' l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku.

    L-Unjoni għandha wkoll iżżomm dawk ir-relazzjonijiet li jkunu opportuni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra.

    2.   Ir-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Kummissjoni għandhom ikunu responsabbli għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu.

    Artikolu 188 Q

    1.   Id-delegazzjonijiet ta' l-Unjoni f'pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali għandhom jirrappreżentaw l-Unjoni.

    2.   Id-delegazzjonijiet ta' l-Unjoni għandhom jitqiegħdu taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà. Dawn għandhom jaġixxu f'kooperazzjoni stretta mal-missjonijiet diplomatiċi u konsulari ta' l-Istati Membri.”

    KLAWŻOLA TA' SOLIDARJETÀ

    176)

    It-Titolu VII l-ġdid u l-Artikolu 188 R il-ġdid li ġejjin għandhom jiddaħħlu:

    “TITOLU VII

    KLAWŻOLA TA' SOLIDARJETÀ

    Artikolu 188 R

    1.   L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha għandhom jaġixxu flimkien fi spirtu ta' solidarjetà jekk xi Stat Membru jkun soġġett għal attakk terroristiku jew ikun vittma ta' diżastru naturali jew ikkaġunat mill-bniedem. L-Unjoni għandha tuża l-istrumenti kollha li għandha għad-dispożizzjoni tagħha, inklużi r-riżorsi militari magħmula disponibbli mill-Istati Membri, sabiex:

    a)

    tipprevjeni t-theddida tat-terroriżmu fit-territorju ta' l-Istati Membri;

    tipproteġi l-istituzzjonijiet demokratiċi u l-popolazzjoni ċivili minn kwalunkwe attakk terroristiku;

    tipprovdi assistenza lil xi Stat Membru fit-territorju tiegħu fuq talba ta' l-awtoritajiet politiċi tiegħu f'każ ta' attakk terroristiku;

    b)

    tipprovdi assistenza lil Stat Membru fit-territorju tiegħu, fuq talba ta' l-awtoritajiet politiċi tiegħu, f'każ ta' diżastru naturali jew ikkaġunat mill-bniedem.

    2.   Jekk Stat Membru jkun soġġett għal attakk terroristiku jew ikun vittma ta' diżastru naturali jew ikkaġunat mill-bniedem, l-Istati Membri l-oħra għandhom jgħinuh fuq talba ta' l-awtoritajiet politiċi tiegħu. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jikkoordinaw bejniethom fil-Kunsill.

    3.   L-arranġamenti għall-implimentazzjoni mill-Unjoni ta' din il-klawżola ta' solidarjetà għandhom ikunu definiti permezz ta' deċiżjoni adottata mill-Kunsill, fuq proposta konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà. Meta din id-deċiżjoni jkollha implikazzjonijiet ta' difiża l-Kunsill għandu jaġixxi skond l-Artikolu 15 b(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Il-Parlament Ewropew għandu jiġi infurmat.

    Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 207, il-Kunsill għandu jiġi assistit mill-Kumitat tal-Politika u tas-Sigurtà bl-appoġġ ta' l-istrutturi żviluppati fil-kuntest tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni, u mill-Kumitat previst fl-Artikolu 61 D, biż-żewġ kumitati jippreżentaw opinjonijiet konġunti fejn ikun il-każ.

    4.   Il-Kunsill Ewropew għandu jivvaluta regolarment it-theddid kontra l-Unjoni sabiex l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jkunu jistgħu jieħdu azzjoni effettiva.”

    DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI U FINANZJARJI

    177)

    Il-ħames parti għandha tiġi nnumerata mill-ġdid bħala “IS-SITT PARTI” u l-intestatura tagħha għandha tiġi ssostitwita bi “DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI U FINANZJARJI”.

    IL-PARLAMENT EWROPEW

    178)

    L-Artikolu 189 għandu jiġi rrevokat.

    179)

    L-Artikolu 190 għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom jitħassru u l-paragrafi 4 u 5 għandhom jiġu nnumerati mill-ġdid, rispettivament, bħala 1 u 2;

    b)

    il-paragrafu 4, innumerat mill-ġdid bħala 1, għandu jiġi emendat kif ġej:

    i)

    fl-ewwel subparagrafu, il-kliem “għal elezzjonijiet b'vot dirett universali ...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “bil-ħsieb li jiġu stabbiliti d-dispożizzjonijiet meħtieġa biex il-membri tiegħu jiġu eletti b'vot dirett universali...”;

    ii)

    it-tieni subparagrafu għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “Il-Kunsill, li jaġixxi b'mod unanimu skond il-proċedura leġislattiva speċjali u wara l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, li għandha tingħata b'maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu għandu jistabilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jidħlu fis-seħħ wara l-approvazzjoni tagħhom mill-Istati Membri, skond il-ħtiġijiet kostituzzjonali rispettivi tagħhom.”;

    ċ)

    fil-paragrafu 5, innumerat mill-ġdid bħala 2, il-kliem “,li jaġixxi permezz ta' regolament fuq inizjattiva tiegħu stess skond il-proċedura leġislattiva speċjali,” għandhom jiddaħħlu wara “Il-Parlament Ewropew”.

    180)

    Fl-Artikolu 191, l-ewwel subparagrafu għandu jitħassar. Fit-tieni subparagrafu, il-kliem “għandu jagħmel ir-regolamenti” għandhom jiġu ssostitwiti bi “għandu jistabbilixxi, permezz ta' Regolament, ir-regoli” u l-kliem “msemmija fl-Artikolu 8 A(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea” għandhom jiddaħħlu wara “f'livell Ewropew”.

    181)

    Fl-Artikolu 192, l-ewwel subparagrafu għandu jitħassar; fit-tieni subparagrafu l-kliem “tal-Membri tiegħu” għandhom jiġu ssostitwiti bi “tal-Membri komponenti tiegħu” u s-sentenza li ġejja għandha tiżdied fl-aħħar tas-subparagrafu: “Jekk il-Kummissjoni ma tippreżentax proposta, din għandha tinforma lill-Parlament Ewropew bir-raġunijiet.”

    182)

    L-Artikolu 193 għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    fl-ewwel subparagrafu, il-kliem “tal-Membri tiegħu” għandhom jiġu sostiwiti bi “tal-Membri komponenti tiegħu”;

    b)

    it-tielet subparagrafu għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “Id-dispożizzjonijiet dettaljati dwar l-eżerċizzju tad-dritt ta' inkjesta għandhom jiġu stabbiliti mill-Parlament Ewropew, li jaġixxi permezz ta' regolament fuq inizjattiva tiegħu stess skond il-proċedura leġislattiva speċjali, wara l-approvazzjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni.”

    183)

    L-Artikolu 195 għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-kliem fil-bidu “Il-Parlament Ewropew għandu jaħtar Ombudsman bis-setgħa li jilqa' l-ilmenti ...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “Ombudsman Ewropew, elett mill-Parlament Ewropew, għandu s-setgħa li jilqa' l-ilmenti ...”, fl-aħħar parti tas-sentenza l-kliem “... u l-Qorti tal-Prim' Istanza fil-kompetenza ġudizzjarja tagħhom” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom” u l-aħħar sentenza li ġejja għandha tiżdied: “Huwa għandu jinvestiga dawn l-ilmenti u jirrapporta dwarhom.”;

    b)

    fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, il-kelma “jinħatar” għandha tiġi ssostiwita bi “jiġi elett”;

    ċ)

    fil-paragrafu 3, il-kliem “mingħand ħadd” għandhom jiġu ssostitwiti bi “mingħand l-ebda gvern, istituzzjoni, korp jew organu”;

    d)

    fil-paragrafu 4, il-kliem “,li jaġixxi permezz ta' regolament fuq inizjattiva tiegħu stess skond il-proċedura leġislattiva speċjali,” għandhom jiddaħħlu wara “Il-Parlament Ewropew...”.

    184)

    Fit-tieni sub-paragrafu ta' l-Artikolu 196, il-kliem “f'sessjoni straordinarja” għandhom jiġu ssostitwiti bi “f'perijodu ta' sessjoni straordinarja” u l-kliem “tal-membri tagħha” għandhom jiġu ssostitwiti bi “tal-Membri komponenti tiegħu”.

    185)

    L-Artikolu 197 għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    l-ewwel subparagrafu għandu jitħassar;

    b)

    it-tieni subparagrafu għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “Il-Kummissjoni tista' tattendi għal-laqgħat kollha u għandha tinstema' fuq talba tagħha.”

    ċ)

    ir-raba' subparagrafu għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill għandhom jinstemgħu mill-Parlament Ewropew skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill Ewropew u f'dawk tal-Kunsill.”.

    186)

    Fl-ewwel sub-paragrafu ta' l-Artikolu 198(1), il-kelma “assoluta” għandha titħassar.

    187)

    Fit-tieni sub-paragrafu ta' l-Artikolu 199(2), il-kliem “...skond id-dispożizzjonijiet tar-regoli ta' proċedura” għandhom jiġu sostitiwiti bi “... skond id-dispożizzjonijiet tat-Trattati u tar-regoli ta' proċedura.”.

    188)

    Fl-Artikolu 201, it-tieni subparagrafu għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “Jekk il-mozzjoni ta' ċensura tiġi adottata b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-voti espressi, li jirrappreżentaw maġġoranza tal-membri komponenti tal-Parlament Ewropew, il-membri tal-Kummissjoni għandhom jirriżenjaw kollettivament mill-kariga tagħhom u r-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà għandu jirreżenja mill-kariga li jaqdi fil-Kummissjoni. Huma għandhom jibqgħu fil-kariga u jkomplu jwettqu x-xogħol kurrenti tagħhom sakemm jiġu sostitwiti skond l-Artikolu 9 D tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'dan il-każ, il-mandat tal-membri tal-Kummissjoni maħtura biex jissostitwuhom għandu jiskadi fid-data li kellu jiskadi l-mandat tal-membri tal-Kummissjoni li kienu obbligati jirriżenjaw kollettivament.”

    IL-KUNSILL EWROPEW

    189)

    It-taqsima l-ġdida 1a u l-Artikoli ġodda 201a u 201b li ġejjin għandhom jiddaħħlu:

    “TAQSIMA 1a

    IL-KUNSILL EWROPEW

    Artikolu 201a

    1.   Meta jittieħed vot, kull membru tal-Kunsill Ewropew jista' wkoll jaġixxi f' isem membru ieħor biss.

    L-Artikolu 9C(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 205(2) ta' dan it-Trattat għandhom japplikaw għall-Kunsill Ewropew meta jkun qed jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata. Meta l-Kunsill Ewropew jiddeċiedi permezz ta' vot, il-President tiegħu u l-President tal-Kummissjoni m'għandhomx jieħdu sehem fil-vot.

    L-astensjoni ta' minn membri preżenti jew rappreżentati m'għandiex iżomm l-adozzjoni mill-Kunsill Ewropew ta' atti li jeħtieġu l-unanimità.

    2.   Il-President tal-Parlament Ewropew jista' jiġi mistieden biex jinstema' mill-Kunsill Ewropew.

    3.   Il-Kunsill Ewropew għandu jaġixxi b'maġġoranza sempliċi għal kwistjonijiet proċedurali u għall-adozzjoni tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu.

    4.   Il-Kunsill Ewropew għandu jkun assistit mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

    Artikolu 201b

    Il-Kunsill Ewropew għandu jadotta b'maġġoranza kwalifikata:

    a)

    deċiżjoni li tistabbilixxi l-lista tal-formazzjonijiet tal-Kunsill minbarra dawk ta' l-affarijiet ġenerali u ta' l-affarijiet barranin, skond l-Artikolu 9 C(6), tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;

    b)

    deċiżjoni dwar il-Presidenza tal-formazzjonijiet tal-Kunsill minbarra dik ta' l-affarijiet barranin, skond l-Artikolu 9 C(9), tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.”

    IL-KUNSILL

    190)

    L-Artikoli 202 u 203 għandhom jiġu rrevokati.

    191)

    L-Artikolu 205 għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    il-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu ssostitwiti bit-test li ġej:

    “1.   Meta jkun meħtieġ jaġixxi b'maġġoranza sempliċi, il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu.

    2.   B'deroga mill-Artikolu 9 C(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mill-1 ta' Novembru 2014 u soġġett għad-dispożizzjonijiet stabbiliti mill-Protokoll dwar id-dispożizzjonijiet transitorji, meta l-Kunsill ma jkunx qed jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni jew tar-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, il-maġġoranza kwalifikata għandha tkun definita bħala ugwali għal mill-inqas 72 % tal-membri tal-Kunsill, li jirrappreżentaw l-Istati Membri li jiġbru mill-inqas 65 % tal-popolazzjoni ta' l-Unjoni.

    3.   Mill-1 ta' Novembru 2014, u soġġett għad-dispożizzjonijiet stabbiliti mill-Protokoll dwar id-dispożizzjonijiet transitorji, fil-każijiet fejn, skond it-Trattati, mhux il-membri kollha tal-Kunsill jieħdu sehem fil-vot, il-maġġoranza kwalifikata għandha tkun definita kif ġej:

    a)

    Il-maġġoranza kwalifikata għandha tkun definita bħala ugwali għal mill-inqas 55 % tal-membri tal-Kunsill li jirrappreżentaw lill-Istati Membri parteċipanti li flimkien jiġbru mill-inqas 65 % tal-popolazzjoni ta' dawn l-Istati.

    Minoranza li timblokka għandha tinkludi mill-inqas in-numru minimu ta' membri tal-Kunsill li jirrappreżentaw aktar minn 35 % tal-popolazzjoni ta' l-Istati Membri parteċipanti, u membru ieħor, u fin-nuqqas ta' dan, il-maġġoranza kwalifikata tkun meqjusa li nkisbet.

    b)

    b'deroga minn a), meta l-Kunsill ma jkunx qed jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni, jew fuq proposta tar-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, il-maġġoranza kwalifikata għandha tkun definita bħala ugwali għal mill-inqas 72 % tal-membri tal-Kunsill li jirrappreżentaw l-Istati Membri parteċipanti, li flimkien jiġbru mill-inqas 65 % tal-popolazzjoni ta' dawn l-Istati.”

    b)

    il-paragrafu 4 għandu jitħassar u l-paragrafu 3 għandu jiġi nnumerat mill-ġdid bħala “4”.

    192)

    L-Artikolu 207 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “Artikolu 207

    1.   Kumitat li jikkonsisti mir-Rappreżentanti Permanenti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri għandu jkun responsabbli għall-preparazzjoni tal-ħidma tal-Kunsill u biex iwettaq il-kompiti mogħtija lilu minn dan ta' l-aħħar. Il-Kumitat jista' jadotta deċiżjonijiet ta' proċedura fil-każijiet previsti fir-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill.

    2.   Il-Kunsill għandu jkun assistit minn Segretarjat Ġenerali, taħt ir-responsabbiltà ta' Segretarju Ġenerali maħtur mill-Kunsill.

    Il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar l-organizzazzjoni tas-Segretarjat Ġenerali b'maġġoranza sempliċi.

    3.   Il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza sempliċi għal kwistjonijiet proċedurali u għall-adozzjoni tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu.”

    193)

    Fl-Artikolu 208, is-sentenza li ġejja għandha tiżdied fl-aħħar ta' l-Artikolu “Jekk il-Kummissjoni ma tippreżentax proposta, din għandha tinforma lill-Kunsill bir-raġunijiet.”.

    194)

    Fl-Artikolu 209, il-frażi “jieħu l-opinjoni tal-Kummissjoni” għandha tiġi ssostitwita bi “jikkonsulta lill-Kummissjoni”.

    195)

    L-Artikolu 210 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “Artikolu 210

    Il-Kunsill għandu jistabbilixxi s-salarji, l-allowances u l-pensjonijiet tal-President tal-Kunsill Ewropew, tal-President tal-Kummissjoni, tar-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, tal-membri tal-Kummissjoni, tal-Presidenti, il-membri u r-Reġistraturi tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea, u tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill. Għandu jistabbilixxi wkoll kwalunkwe ħlas li għandu jsir minflok remunerazzjoni.”.

    IL-KUMMISSJONI

    196)

    L-Artikolu 211 għandu jiġi rrevokat. Għandu jiddaħħal Artikolu 211a:

    “Artikolu 211a

    Skond l-Artikolu 9 D(5), tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea l-membri tal-Kummissjoni għandhom jintgħażlu skond sistema ta' rotazzjoni stabbilita b'mod unanimu mill-Kunsill Ewropew abbażi tal-prinċipji li ġejjin:

    a)

    l-Istati Membri għandhom jiġu trattati b'ugwaljanza stretta fir-rigward tad-determinazzjoni tas-sekwenza, u taż-żmien fil-kariga, taċ-ċittadini tagħhom bħala membri tal-Kummissjoni; għaldaqstant, id-differenza bejn l-għadd totali ta' mandati ta' ċittadini ta' kwalunkwe żewġ Stati Membri partikolari qatt ma tista' tkun ta' aktar minn wieħed;

    b)

    bla ħsara għall-punt (a), kull Kummissjoni suċċessiva għandha tkun komposta b'tali mod li tirrifletti b'mod sodisfaċenti l-firxa demografika u ġeografika ta' l-Istati Membri kollha.”

    197)

    L-Artikolu 212 għandu jsir paragrafu 2 ġdid ta' l-Artikolu 218.

    198)

    Fl-Artikolu 213, il-paragrafu 1 għandu jitħassar, il-paragrafu 2 jibqa' mingħajr numru; l-ewwel żewġ subparagrafi tiegħu għandhom jingħaqdu u jaqraw kif ġej:

    “Il-membri tal-Kummissjoni għandhom iżommu lura minn kull azzjoni li tkun inkompatibbli man-natura ta' dmirijiethom. L-Istati Membri għandhom jirrispettaw l-indipendenza tagħhom u m'għandhomx ifittxu li jinfluenzawhom fit-twettiq tal-kompiti tagħhom.”

    199)

    L-Artikolu 214 għandu jiġi rrevokat.

    200)

    L-Artikolu 215 għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    it-tieni subparagrafu għandu jiġi ssostitwit biż-żewġ subparagrafi li ġejjin:

    “Post battal ikkawżat b'riżenja, b'irtirar obbligatorju jew b'mewt għandu jimtela għall-bqija tal-mandat tal-membru minn membru ġdid ta' l-istess nazzjonalità maħtur mill-Kunsill, bi ftehim komuni mal-President tal-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew u skond il-kriterji stabbiliti fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 9 D(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

    Il-Kunsill li jaġixxi b'mod unanimu fuq proposta tal-President tal-Kummissjoni, jista' jiddeċiedi li dan il-post battal m'hemmx bżonn li jimtela, b'mod partikolari meta ż-żmien li jkun fadal għall-mandat tal-Membru tal-Kummissjoni jkun qasir.”

    b)

    il-ħames subparagrafu l-ġdid li ġej għandu jiddaħħal:

    “Fil-każ ta' riżenja volontarja, irtirar obbligatorju jew mewt, ir-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà għandu jiġi ssostitwit, għall-bqija tal-mandat tiegħu, skond l-Artikolu 9 E(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea”;

    ċ)

    l-aħħar subparagrafu għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “Fil-każ tar-riżenja volontarja tal-Membri kollha tal-Kummissjoni, dawn għandhom jibqgħu fil-kariga u jkomplu jwettqu x-xogħol kurrenti tagħhom sakemm jiġu ssostitwiti, għall-bqija tal-mandat li jkun fadal, skond l-Artikolu 9 D tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea”.

    201)

    Fl-Artikolu 217, il-paragrafi 1, 3, u 4 għandhom jitħassru u l-paragrafu 2 għandu jibqa' mingħajr numru. L-ewwel sentenza tiegħu għandha tiġi ssostitwita bis-sentenza li ġejja: “Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9 E(4), tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, ir-responsabbiltajiet tal-Kummissjoni għandhom jiġu organizzati u mqassma fost il-membri tagħha mill-President tagħha, skond l-Artikolu 9 D(6), ta' dan it-Trattat.”.

    202)

    L-Artikolu 218(1) għandu jitħassar; il-paragrafu 2 għandu jiġi nnumerat mill-ġdid bħala “1” u l-kliem “skond id-disposizzjonijiet ta' dan it-Trattat” għandhom jitħassru. Paragrafu 2, bil-formulazzjoni ta' l-Artikolu 212 għandu jiddaħħal.

    203)

    Fl-Artikolu 219, l-ewwel subparagrafu, il-kliem “ta' l-għadd tal-membri skond l-Artikolu 213” għandhom jiġu ssostitwiti bi “tal-Membri tagħha” u t-tieni subparagrafu għandu jiġi ssostitwit bi “Ir-Regoli ta' Proċedura tiegħu għandhom jiddeterminaw il-quorum.”

    IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA

    204)

    Fl-intestatura tat-taqsima 4, il-kliem “TA' L-UNJONI EWROPEA” għandhom jiżdiedu.

    205)

    L-Artikolu 220 għandu jiġi rrevokat.

    206)

    Fl-Artikolu 221, l-ewwel subparagrafu għandu jitħassar.

    207)

    Fl-Artikolu 223, il-kliem “..., wara konsultazzjoni mal-Kumitat previst bl-Artikolu 224a.” għandhom jiżdiedu fl-aħħar ta' l-ewwel subparagrafu.

    208)

    Fl-Artikolu 224, l-ewwel subpragrafu, l-ewwel sentenza għandha titħassar u l-kliem “tal-Qorti” għandhom jiddaħħlu wara “In-numru ta' l-Imħallfin ...”. Fit-tieni subparagrafu, il-kliem “..., wara konsultazzjoni mal-Kumitat previst bl-Artikolu 224a.” għandhom jiżdiedu fl-aħħar tat-tieni sentenza.

    209)

    L-Artikolu 224a l-ġdid li ġej għandu jiddaħħal:

    “Artikolu 224a

    Għandu jiġi stabbilit kumitat biex jagħti opinjoni dwar l-idoneità tal-kandidati sabiex jaqdu d-dmirijiet ta' Imħallef u ta' Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali qabel ma l-gvernijiet ta' l-Istati Membri jagħmlu l-ħatriet skond l-Artikoli 223 u 224.

    Il-kumitat għandu jinkludi seba' persuni magħżula minn fost membri preċedenti tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali, membri ta' qrati supremi nazzjonali u avukati ta' kompetenza rikonoxxuta, li wieħed minnhom għandu jiġi propost mill-Parlament Ewropew. Il-Kunsill għandu jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi r-regoli ta' ħidma ta' dan il-kumitat, kif ukoll deċiżjoni għall-ħatra tal-membri tiegħu. Il-Kunsill għandu jaġixxi fuq l-inizjattiva tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja.”.

    210)

    Fl-Artikolu 225(1), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza, il-kliem “... assenjati lil xi awla ġurisdizzjonali u ta' dawk ...” għandhom ikunu ssostitwiti bi “... assenjati lil qorti speċjalizzata stabbilita taħt l-Artikolu 225 A u ta' dawk ...” u fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, il-kliem “stabbiliti bl-Artikolu 225 A” għandhom jitħassru.

    211)

    L-Artikolu 225 A għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    l-ewwel subparagrafu għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja jistgħu jistabbilixxu qrati speċjalizzati annessi mal-Qorti Ġenerali, biex jieħdu konjizzjoni fil-Prim' istanza ta' ċerti kategoriji ta' rikorsi f'oqsma speċifiċi. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jaġixxu permezz ta' regolament jew fuq proposta tal-Kummissjoni u wara konsultazzjoni mal-Qorti tal-Ġustizzja, jew fuq talba tal-Qorti tal-Ġustizzja u wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni.”

    b)

    fit-tieni subparagrafu, il-kliem “id-deċiżjoni” għandhom jiġu ssostitwiti bi “ir-Regolament” u l-kliem “ta' l-awla” għandhom jiġu ssostitwiti bi “ta' din il-qorti”;

    ċ)

    fit-tielet subparagrafu, il-kelma “fid-deċiżjoni li tistabbilixxi l-awla” għandha tiġi ssostitwita bi “fir-regolament li jistabbilixxi l-qorti speċjalizzata”;

    d)

    fis-sitt subparagrafu, il-kliem “id-deċiżjoni” għandhom jiġu ssostitwiti bi “ir-Regolament” u s-sentenza li ġejja għandha tiżdied fl-aħħar: “It-Titolu I ta' l-Istatut u l-Artikolu 64 tiegħu għandhom japplikaw fi kwalunkwe każ għall-qrati speċjalizzati.”.

    212)

    L-Artikolu 228 għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    fil-paragrafu 2, l-ewwel u t-tieni subparagrafi għandhom jiġu sostiwiti bit-test li ġej li għandu jsir l-ewwel subparagrafu:

    “2.   Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx ħa l-miżuri li jikkonsistu fl-implimentazzjoni tas-sentenza tal-Qorti, din tista' tressaq il-każ quddiem il-Qorti wara li tagħti lil dak l-Istat l-opportunità li jippreżenta l-oservazzjonijiet tiegħu. Il-Kummissjoni għandha tispeċifika l-ammont ta' ħlas ta' somma f'daqqa jew ta' pagamenti ta' penali li għandu jħallas l-Istat Membru konċernat li hi tikkunsidra xierqa fiċ-ċirkostanzi.”

    Fit-tielet subparagrafu, li sar it-tieni, il-kliem “tal-Ġustizzja” wara “Qorti” għandhom jitħassru.

    b)

    il-paragrafu 3 l-ġdid li ġej għandu jiżdied:

    “3.   Meta l-Kummissjoni tressaq każ quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skond l-Artikolu 226, fuq il-bażi li l-Istat Membru konċernat ikun naqas milli jissodisfa l-obbligi tiegħu li jinnotifika miżuri li jittrasponu direttiva adottata skond il-proċedura leġislattiva, din tista', meta jidhrilha xieraq, tispeċifika l-ammont ta' ħlas ta' somma f'daqqa jew ta' pagamenti ta' penali li għandu jħallas l-Istat Membru konċernat u li hi tikkunsidra xieraq fiċ-ċirkostanzi.

    Jekk il-Qorti ssib li hemm ksur ta' liġi tista' timponi l-ħlas ta' somma f'daqqa jew ta' pagamenti ta' penalità fuq l-Istat Membru kkonċernat, li ma tkunx taqbeż l-ammont speċifikat mill-Kummissjoni. L-obbligu tal-ħlas għandu jidħol fis-seħħ fid-data stabbilita mill-Qorti fis-sentenza tagħha.”.

    213)

    Fl-Artikolu 229 A, il-kliem “... il-Kunsill, waqt li jkun jaġixxi unanimament, fuq proposta tal-Kummissjoni u wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew, ...” għandhom jiġu sostiwiti bi “...il-Kunsill, li jaġixxi b'mod unanimu, skond il-proċedura leġislattiva speċjali u wara li jikkonsulta mal-Parlament ewropew, ...” u l-kliem “drittijiet Komunitarji ta' proprjetà industrijali” għandhom jiġu ssostitwiti bi “drittijiet Ewropej ta' proprjetà industrijali”. L-aħħar sentenza għandha tiġi ssostitwita bit-test li ġej: “Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jidħlu fis-seħħ wara l-approvazzjoni tagħhom mill-Istati Membri skond il-ħtiġijiet kostituzzjonali rispettivi tagħhom.”.

    214)

    L-Artikolu 230 għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    fl-ewwel subparagrafu, il-kliem “... l-atti adottati flimkien mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill,...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “...atti leġislattivi, ...”, il-kliem “u tal-Kunsill Ewropew” għandhom jiddaħħlu wara “Parlament Ewropew”, il-kliem “għar-rigward” għandhom jiġu ssostitwiti bi “fir-rigward” u s-sentenza li ġejja għandha tiżdied fl-aħħar: “Din għandha tikkontrolla wkoll il-legalità ta' l-atti ta' korpi jew organi ta' l-Unjoni maħsuba biex jipproduċu effetti legali fil-konfront ta' partijiet terzi.”;

    b)

    fit-tielet subparagrafu, il-kliem “... mill-Qorti ta' l-Awdituri u mill-BĊE bil-għan li jipproteġu l-prerogattivi tagħhom” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... mill-Qorti ta' l-Awdituri, mill-Bank Ċentrali Ewropew u mill-Kumitat tar-Reġjuni bil-għan li jipproteġu l-prerogattivi tagħhom”;

    ċ)

    ir-raba' subparagrafu għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika tista', bil-kondizzjonijiet previsti fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, tressaq appell kontra att indirizzat lilha jew li jirrigwardha direttament u individwalment, kif ukoll kontra att regolatorju li jirrigwardha direttament u li ma jinvolvix miżuri ta' implimentazzjoni.”;

    d)

    il-ħames subparagrafu l-ġdid għandu jiddaħħal, u l-ħames subparagrafu attwali għandu jsir is-sitt subparagrafu:

    “Atti li jistabbilixxu korpi u organi ta' l-Unjoni jistgħu jistabbilixxu kondizzjonijiet u arranġamenti partikolari dwar rikorsi mressqa minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi kontra atti ta' dawn il-korpi jew organi maħsuba biex jipproduċu effetti legali fir-rigward tagħhom.”;

    215)

    Fl-Artikolu 231, it-tieni subparagrafu għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej: “Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha, jekk tikkunsidra dan meħtieġ, tiddikjara liema mill-effetti ta' l-att li ddikjarat null għandhom jiġu kkunsidrati bħala definittivi.”.

    216)

    L-Artikolu 232 għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    fl-ewwel subparagrafu, il-kliem “, il-Kunsill Ewropew,” għandhom jiddaħħlu wara “Parlament Ewropew”, il-kliem “jew il-Bank Ċentrali Ewropew” għandhom jiddaħħlu wara “Kummissjoni”, il-kelma “jew” qabel il-Kummissjoni għandha tiġi ssostitwita b'virgola u s-sentenza li ġejja għandha tiżdied fl-aħħar tas-subparagrafu: “Dan l-Artikolu għandu japplika bl-istess kondizzjonijiet, għal korpi u organi ta' l-Unjoni li jonqsu milli jaġixxu.”;

    b)

    fit-tielet subparagrafu, il-kliem “..., jew xi wieħed mill-korpi jew organi” għandhom jiddaħħlu wara “...xi istituzzjoni”;

    ċ)

    Ir-raba' subparagrafu għandu jitħassar.

    217)

    Fl-Artikolu 233, l-ewwel subparagrafu, il-kliem “jew l-istituzzjonijiet” għandhom jitħassru u l-elementi grammatikali għandhom ikunu adattati bħala konsegwenza. it-tielet subparagrafu għandu jitħassar.

    218)

    Fl-Artikou 234, l-ewwel subparagrafu, b), il-kliem “u tal-BĊE” għandhom jitħassru u c) għandu jitħassar. Is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied fl-aħħar ta' l-Artikolu: “Jekk din il-kwistjoni titressaq f'każ pendenti quddiem ġurisdizzjoni ta' Stat Membru fir-rigward ta' persuna miżmuma f' kustodja, il-Qorti għandha taġixxi mill-aktar fis possibbli.”

    219)

    Fl-Artikolu 235, ir-referenza għall-Artikolu 288, it-tieni subparagrafu, għandha tkun issostitwita b'referenza għall-Artikolu 288, it-tieni u t-tielet subparagrafi.

    220)

    L-Artikolu 235a l-ġdid li ġej għandu jiddaħħal:

    “Artikolu 235a

    Il-Qorti tal-Ġustizzja m'għandhiex tkun kompetenti li tiddeċiedi dwar il-legalità ta' att adottat mill-Kunsill Ewropew jew mill-Kunsill skond l-Artikolu 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ħlief fuq talba ta' l-Istat Membru soġġett għall-kostatazzjoni tal-Kunsill Ewropew jew tal-Kunsill, u biss fir-rigward tad-dispożizzjonijiet proċedurali previsti f'dak l-Artikolu.

    Din it-talba għandha ssir fi żmien xahar mid-data ta' tali kostatazzjoni. Il-Qorti għandha tiddeċiedi fi żmien xahar mid-data ta' dik it-talba.”.

    221)

    Fl-Artikolu 236, il-kliem “... fir-Regolamenti tal-Persunal jew il-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... fir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-oħra ta' l-Unjoni”.

    222)

    Fl-Artikolu 237, d), fil-bidu tat-tieni sentenza, il-kelma “Regolatorju” għandha tiddaħħal wara “Kunsill”.

    223)

    Iż-żewġ Artikoli ġodda 240a u 240b li ġejjin għandhom jiddaħħlu:

    “Artikolu 240a

    Il-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea m' għandiex tkun kompetenti fir-rigward tad-dispożizzjonijiet relatati mal-politika barranija u ta' sigurtà komuni, u lanqas fir-rigward ta' l-atti adottati abbażi tagħhom.

    Madankollu, il-Qorti għandha tkun kompetenti sabiex timmonitorja r-rispett taa' l-Artikolu 25b tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u sabiex tiddeċiedi dwar rikorsi, mressqa skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-raba' subparagrafu ta' l-Artikolu 230 ta' dan it-Trattat dwar il-legalità ta' deċiżjonijiet li jipprovdu miżuri restrittivi kontra persuni fiżiċi jew ġuridiċi adottati mill-Kunsill abbażi tal-Kapitolu 2 tat-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 240b

    Fl-eżerċizzju tal-kompetenzi tagħha dwar il-Kapitoli 4 u 5 tat-Titolu IV tal-Parti III, dwar l-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, l-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea m' għandiex tkun kompetenti biex tivverifika l-validità jew il-proporzjonalità ta' operazzjonijiet imwettqa mill-pulizija jew minn servizz ieħor ta' l-infurzar tal-liġi fi Stat Membru jew biex tiddeċiedi dwar l-eżerċizzju tar-responsabbiltajiet ta' l-Istati Membri fir-rigward taż-żamma ta' l-ordni pubbliku u s-salvagwardja tas-sigurtà interna.”

    224)

    L-Artikolu 241 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “Artikolu 241

    Minkejja l-iskadenza tal-perijodu stabbilit fil-ħames subparagrafu ta' l-Artikolu 230 kwalunkwe parti tista', fi proċedimenti li fihom ikun hemm involut att ta' applikazzjoni ġenerali adottat minn istituzzjoni, korp jew organu ta' l-Unjoni, tinvoka l-eċċezzjonijiet tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 230 sabiex tinvoka l-inapplikabbiltà ta' dak l-att quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea.”.

    225)

    Fl-Artikolu 242, it-tieni sentenza, il-kliem “tal-Ġustizzja” wara “Qorti” għandhom jitħassru.

    226)

    Fl-Artikolu 245, it-tieni subparagrafu għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, jistgħu jemendaw id-dispożizzjonijiet ta' l-Istatut, bl-eċċezzjoni tat-Titolu I u ta' l-Artikolu 64 tiegħu. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jaġixxu jew fuq talba tal-Qorti tal-Ġustizzja u wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, jew fuq proposta tal-Kummissjoni u wara konsultazzjoni mal-Qorti tal-Ġustizzja.”.

    IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

    227)

    It-taqsima 4a u l-Artikolu 245a li ġejjin għandhom jiddaħħlu:

    “TAQSIMA 4a

    IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

    Artikolu 245a

    1.   Il-Bank Ċentrali Ewropew, flimkien mal-banek ċentrali nazzjonali, jikkostitwixxu s-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali(SEBĊ). Il-Bank Ċentrali Ewropew flimkien mal-banek ċentrali nazzjonali ta' dawk l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, li jikkostitwixxu l-Ewrosistema, għandhom iwettqu l-politika monetarja ta' l-Unjoni.

    2.   Is-SEBĊ għandha tkun immexxija mill-organi deċiżjonali tal-Bank Ċentrali Ewropew. L-objettiv prinċipali tas-SEBĊ għandu jkun li tinżamm l-istabbiltà tal-prezzijiet. Mingħajr preġudizzju għal dan l-objettiv, għandha tagħti l-appoġġ tagħha lill-politika ekonomika ġenerali fl-Unjoni sabiex tikkontribwixxi għall-kisba ta' l-għanijiet tagħha.

    3.   Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jkollu personalità ġuridika. Hu biss jista' jawtorizza l-ħruġ ta' l-euro. Dan għandu jkun indipendenti fl-eżerċizzju tas-setgħat tiegħu u fl-amministrazzjoni tal-finanzi tiegħu. L-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi ta' l-Unjoni kif ukoll il-gvernijiet ta' l-Istati Membri għandhom jirrispettaw din l-indipendenza.

    4.   Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jadotta l-miżuri meħtieġa sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu skond l-Artikoli 105 sa 111a u 115 C u skond il-kondizzjonijiet previsti fl-Istatuti tas-SEBĊ u tal-BĊE. Skond dawn l-istess Artikoli, dawk l-Istati Membri li l-munita tagħhom ma tkunx l-euro, u l-banek ċentrali tagħhom, għandhom iżommu l-kompetenza tagħhom fil-kamp monetarju.

    5.   Fl-oqsma tal-kompetenzi tiegħu, il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jiġi kkonsultat fuq l-atti kollha proposti ta' l-Unjoni, kif ukoll fuq kull proposta ta' regolamentazzjoni fuq livell nazzjonali, u jista' jagħti l-opinjoni tiegħu.”

    228)

    Artikolu 245b għandu jiddaħħal, bil-formulazzjoni ta' l-Artikolu 112; huwa għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    fil-paragrafu 1, il-kliem “ta' l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro” għandhom jiddaħħlu fl-aħħar wara “... banek ċentrali nazzjonali”;

    b)

    fil-paragrafu 2, l-enumerazzjoni a) u b) għandha titħassar, il-punt a) attwali għandu jsir l-ewwel subparagrafu u t-tliet subparagrafi tal-punt d) attwali għandhom isiru, rispettivament, it-tieni, it-tielet u r-raba' subparagrafi tal-paragrafu; fit-tieni subparagrafu, il-kliem “... jinħatru bi ftehim komuni tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri fil-livell ta' Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern,” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... jinħatru mill-Kunsill Ewropew, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata,”.

    229)

    Artikolu 245c għandu jiddaħħal, bil-formulazzjoni ta' l-Artikolu 113.

    IL-QORTI TA' L-AWDITURI

    230)

    Fl-Artikolu 246, il-kliem “ta' l-Unjoni” għandhom jiddaħħlu fl-aħħar u s-subparagrafu l-ġdid li ġej għandu jiżdied bħala t-tieni subparagrafu:

    “Għandha tkun komposta minn ċittadin wieħed minn kull Stat Membru. Il-membri tagħha għandhom jaqdu dmirijiethom f' indipendenza sħiħa, fl-interess ġenerali ta' l-Unjoni.”

    231)

    L-Artikolu 247 għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    il-paragrafu 1 u l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4 għandhom jitħassru. Il-paragafi 2 sa 9 għandhom jiġu nnumerati mill-ġdid rispettivament bħala 1 sa 8.

    b)

    fil-paragrafu 2, innumerat mill-ġdid bħala 1, il-kelma “pajjiż” għandha tiġi ssostitwita bi “Stat”:

    ċ)

    fil-paragrafu 4, innumerati mill-ġdid bħala 3, il-kelma “huma” għandha tiġi ssostitwita bi “il-membri tal-Qorti ta' l-Awdituri”.

    232)

    Fl-Artikolu 248, il-kelma “l-entitajiet” għandha tiġi ssostitwita bi “il-korpi jew l-organi”, fis-singular jew fil-plural skond il-każ.

    ATTI LEGALI TA' L-UNJONI

    233)

    L-intestatura tal-Kapitolu 2 għandha tiġi ssostitwita bit-titolu li ġej: “ATTI LEGALI TA' L-UNJONI, PROĊEDURI TA' ADOZZJONI U DISPOŻIZZJONIJIET OĦRAJN”.

    234)

    Taqsima 1 għandha tiddaħħal fuq l-Artikolu 249:

    235)

    L-Artikolu 249 għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    l-ewwel subparagrafu għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “Biex jeżerċitaw il-kompetenzi ta' l-Unjoni, l-istituzzjonijiet għandhom jadottaw regolamenti, direttivi, deċiżjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet.”

    b)

    ir-raba' subparagrafu għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “Id-Deċiżjoni għandha torbot fl-intier tagħha. Deċiżjoni li tispeċifika lil min hija indirizzata għandha torbot lil dawn biss.”

    236)

    L-Artikolu 249 A sa 249 D il-ġodda li ġejjin għandhom jiddaħħlu:

    “Artikolu 249 A

    1.   Il-proċedura leġislattiva ordinarja tikkonsisti fl-adozzjoni ta' regolament, direttiva jew deċiżjoni b'mod konġunt mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni. Din il-proċedura tiġi definita fl-Artikolu 251.

    2.   Fil-każijiet speċifiċi previsti mit-Trattati, l-adozzjoni ta' Regolament, Direttiva jew Deċiżjoni mill-Parlament Ewropew bil-parteċipazzjoni tal-Kunsill jew mill-Kunsill bil-parteċipazzjoni tal-Parlament Ewropew għandha tikkostitwixxi l-proċedura leġislattiva speċjali.

    3.   L-atti legali adottati bil-proċedura leġislattiva jikkostitwixxu atti leġislattivi.

    4.   Fil-każijiet speċifiċi previsti mit-Trattati, l-atti leġislattivi jistgħu jiġu adottati fuq inizjattiva ta' grupp ta' Stati Membri jew tal-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew jew fuq talba tal-Qorti tal-Ġustizzja jew tal-Bank Ewropew ta' l-Investiment.

    Artikolu 249 B

    1.   Att leġislattiv jista' jiddelega lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti mhux leġislattivi ta' applikazzjoni ġenerali sabiex jissumplimentaw jew jemendaw ċerti elementi mhux essenzjali ta' l-att leġislattiv.

    L-objettivi, il-kontenut, il-kamp ta' l-applikazzjoni u d-durata tad-delega ta' setgħa għandhom jiġu definiti espressament fl-atti leġislattivi. L-elementi essenzjali ta' qasam għandhom ikunu riservati għall-att leġislattiv u għaldaqstant ma jistgħux ikunu s-suġġett ta' delega ta' setgħa.

    2.   L-atti leġislattivi għandhom jistabbilixxu espressament il-kondizzjonijiet li għalihom tkun soġġetta d-delega, dawn il-kondizzjonijiet jistgħu jkunu kif ġej:

    a)

    il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista' jiddeċiedi li jirtira d-delega;

    b)

    l-att iddelegat jista' jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fiż-żmien stabbilit mill-att leġislattiv.

    Għall-finijiet ta' punti a) u b), il-Parlament Ewropew għandu jaġixxi b'maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu, u l-Kunsill b'maġġoranza kwalifikata.

    3.   Il-kelma ‘delega’ għandha tiddaħħal fl-intestatura ta' l-atti delegati.

    Artikolu 249 C

    1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri kollha tad-dritt nazzjonali meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' l-atti ta' l-Unjoni legalment vinkolanti.

    2.   Meta jkun hemm bżonn ta' kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' l-atti ta' l-Unjoni legalment vinkolanti, dawn l-atti jistgħu jagħtu l-kompetenzi ta' implimentazzjoni lill-Kummmissjoni jew, fil-każijiet speċifiċi ġustifikati b'mod xieraq u fil-każijiet previsti fl-Artikoli 11 u 13 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill.

    3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu permezz ta' regolament skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, għandhom jistabbilixxu minn qabel ir-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-miżuri ta' kontroll mill-Istati Membri fuq l-eżerċizzju tal-kompetenzi ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni.

    4.   Il-kelma ‘implimentazzjoni’ għandha tiddaħħal fl-atti ta' l-implimentazzjoni.

    Artikolu 249 D

    Il-Kunsill għandu jadotta rakkomandazzjonijiet. Għandu jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni fil-każijiet kollha fejn it-Trattati jipprovdu li għandu jadotta atti fuq proposta tal-Kummissjoni. Għandu jaġixxi b'mod unanimu f'dawk l-oqsma fejn tkun meħtieġa l-unanimità biex jiġi adottat att ta' l-Unjoni. Il-Kummissjoni, kif ukoll il-Bank Ċentrali Ewropew fil-każijiet speċifiċi previsti fit-Trattati, għandhom jadottaw rakkomandazzjonijiet.”

    PROĊEDURI TA' ADOZZJONI TA' L-ATTI U DISPOŻIZZJONIJIET OĦRAJN

    237)

    Taqsima 2 bit-Titolu “PROĊEDURI TA' ADOZZJONI TA' L-ATTI U DISPOŻIZZJONIJIET OĦRA” għandha tiddaħħal, qabel l-Artikolu 250:

    238)

    Fl-Artikolu 250, il-paragrafu 1 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “1.   Meta, skond it-Trattati, il-Kunsill jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni, dan ma jistax jemenda dik il-proposta sakemm ma jiddeċiedix b'mod unanimu, ħlief fil-każijiet previsti fl-Artikolu 251(10) u (13), fl-Artikoli 268, 270a, 272 u fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 273.”.

    239)

    L-Artikolu 251 għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    fil-paragrafu 1, il-kliem “għal dan l-Artikolu” għandhom jiġu ssostitwiti bi “għall-proċedura leġislattiva ordinarja”;

    b)

    it-tieni u t-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 u l-paragrafi 3 sa 7 għandhom jiġu ssostitwiti bit-test li ġej:

    3.   Il-Parlament Ewropew għandu jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari u jikkomunikaha lill-Kunsill.

    4.   Jekk il-Kunsill japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, l-att in kwistjoni għandu jiġi adottat bil-formulazzjoni li tikkorrispondi mal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew.

    5.   Jekk il-Kunsill ma japprovax il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, għandu jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari u jikkomunikaha lill-Parlament Ewropew.

    6.   Il-Kunsill għandu jinforma lill-Parlament Ewropew kompletament bir-raġunijiet li wassluh biex jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew kompletament bil-pożizzjoni tagħha.

    7.   Jekk, fi żmien tliet xhur minn din il-komunikazzjoni, il-Parlament Ewropew:

    a)

    japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari jew ma jkunx ħa deċiżjoni, l-att konċernat għandu jiġi kkunsidrat adottat bil-formulazzjoni li tikkorrispondi mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

    b)

    jirrifjuta, b'maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu, il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari, l-att propost għandu jitqies li ma ġiex adottat;

    ċ)

    jipproponi, b'maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu, emendi għall-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari, t-test hekk emendat għandu jintbagħat lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, li għandha tagħti opinjoni dwar dawk l-emendi.

    8.   Jekk, fi żmien tliet xhur minn meta jirċievi l-emendi tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata:

    a)

    japprova dawk l-emendi kollha, l-att in kwistjoni għandu jitqies li ġie adottat;

    b)

    ma japprovax l-emendi kollha, il-President tal-Kunsill, bi ftehim mal-President tal-Parlament Ewropew, għandu jsejjaħ laqgħa tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fi żmien sitt ġimgħat.

    9.   Il-Kunsill għandu jaġixxi b'mod unanimu fuq l-emendi li fuqhom il-Kummissjoni tkun tat opinjoni negattiva.

    10.   Il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, li għandu jkun kompost mill-membri tal-Kunsill jew ir-rappreżentanti tagħhom, u numru ugwali ta' membri li jirrappreżentaw il-Parlament Ewropew, għandu l-kompitu li jilħaq ftehim dwar test komuni, b'maġgoranza kwalifikata tal-membri tal-Kunsill jew ir-rappreżentanti tagħhom u b'maġġoranza tal-membri li jirrappreżentaw il-Parlament Ewropew fi żmien sitt ġimgħat minn meta jissejjaħ, abbażi tal-pożizzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fit-tieni qari.

    11.   Il-Kummissjoni għandha tipparteċipa fix-xogħol tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni u għandha tieħu l-inizjattivi kollha meħtieġa bil-ħsieb li tirrikonċilja l-pożizzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

    12.   Jekk, fi żmien sitt ġimgħat minn meta jissejjaħ, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni ma japprovax it-test konġunt, l-att propost għandu jitqies li ma jkunx ġie adottat.

    13.   Jekk, f'dak il-perijodu, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni japprova test konġunt, il-Parlament Ewropew, li jaġixxi b'maġgoranza tal-voti espressi, u l-Kunsill, li jaġixxi b'maġgoranza kwalifikata, għandhom kull wieħed ikollhom perijodu ta' sitt ġimgħat minn din l-approvazzjoni biex fih jadottaw l-att in kwistjoni skond dan it-test. Jekk jonqsu li jagħmlu dan, l-att propost għandu jitqies li ma jkunx ġie adottat.

    14.   Il-perijodi ta' tliet xhur u sitt gimgħat previsti f'dan l-Artikolu għandhom ikunu mtawwla b'massimu ta' xahar u ġimgħatejn rispettivament fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

    15.   Meta, fil-każijiet previsti mit-Trattati, att leġislattiv ikun soġġett għall-proċedura leġislattiva ordinarja fuq l-inizjattiva ta' grupp ta' Stati Membri, fuq rakkomandazzjoni mill-Bank Ċentrali Ewropew, jew fuq it-talba tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-paragrafu 2, it-tieni sentenza tal-paragrafu 6, u l-paragrafu 9 m'għandhomx japplikaw.

    F'dawn il-każijiet, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jikkomunikaw l-abbozz ta' l-att propost lill-Kummissjoni flimkien mal-pożizzjonijiet tagħhom fl-ewwel u fit-tieni qari. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu jitolbu l-opinjoni tal-Kummissjoni tul il-proċedura kollha, liema opinjoni tista' tingħata wkoll mill-Kummissjoni fuq l-inizjattiva tagħha stess. Din tista' wkoll, jekk tqis meħtieġ, tipparteċipa fil-Kumitat ta' Konċiljazzjoni skond il-paragrafu 11.”

    240)

    L-Artikolu 252 għandu jiġi rrevokat. Għandu jiddaħħal Artikolu 252a ġdid:

    “Artikolu 252a

    Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jikkonsultaw lil xulxin u għandhom jorganizzaw l-arranġamenti għall-kooperazzjoni ta' bejniethom bi ftehim komuni. Għal dan il-għan jistgħu jikkonkludu ftehim interistituzzjonali, f' konformita' mat-Trattati, li jista' jkun ta' natura vinkolanti.”

    241)

    L-Artikolu 253 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “Artikolu 253

    Fejn it-Trattati ma jispeċifikawx it-tip ta' att li għandu jiġi adottat, l-istituzzjonijiet għandhom jiddeċiedu każ b' każ, skond il-proċeduri applikabbli, u skond il-prinċipju tal-proporzjonalità.

    L-atti legali għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet li fuqhom ikunu bbażati u għandhom jirreferu għal kwalunkwe proposta, inizjattiva, rakkomandazzjoni, talba jew opinjoni prevista fit-Trattati.

    Meta jikkunsidraw abbozz ta' att leġislattiv, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom joqgħodu lura milli jadottaw atti li ma jkunux previsti mill-proċedura leġislattiva applikabbli għall-qasam konċernat.”.

    242)

    L-Artikolu 254 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “Artikolu 254

    1.   L-atti leġislattivi adottati skond il-proċedura leġislattiva ordinarja għandhom ikunu ffirmati mill-President tal-Parlament Ewropew u mill-President tal-Kunsill.

    L-atti leġislattivi adottati skond il-proċedura leġislattiva speċjali għandhom ikunu ffirmati mill-President ta' l-istituzzjoni li tkun adottathom.

    L-atti leġislattivi għandhom ikunu pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Dawn għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data indikata fihom jew, fin-nuqqas ta' dan, fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħhom.

    2.   L-atti mhux leġislattivi adottati fl-għamla ta' regolamenti, direttivi u deċiżjonijiet, meta dawn ma jindikawx destinatarju, għandhom ikunu ffirmati mill-Presidenti ta' l-istituzzjoni li tkun adottathom.

    Ir-regolamenti, id-direttivi li jkunu indirizzati lill-Istati Membri kollha, kif ukoll id-deċiżjonijiet, meta ma jindikawx destinatarju, għandhom jiġu pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Dawn għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data indikata fihom jew, fin-nuqqas ta' dan, fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħhom.

    Id-direttivi l-oħra, kif ukoll id-deċiżjonijiet li jindikaw destinatarju, għandhom jiġu notifikati lil dawk li lilhom ikunu indirizzati u jkollhom effett minn meta ssir dik in-notifika.”

    243)

    L-Artikolu 245a l-ġdid li ġej għandu jiddaħħal:

    “Artikolu 254a

    1.   Fit-twettiq tal-missjonijiet tagħhom, l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi ta' l-Unjoni għandu jkollhom l-appoġġ ta' amministrazzjoni Ewropea miftuħa, effiċjenti u indipendenti.

    2.   Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu permezz ta' regolament skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, għandhom jistabbilixxu dispożizzjonijiet għal dan l-għan, f' konformità mar-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg adottati abbażi ta' l-Artikolu 283.”.

    244)

    L-Artikolu 255 għandu jsir l-Artikolu 16 A; huwa għandu jiġi emendat kif indikat hawn fuq fil-punt 28).

    245)

    Fl-Artikolu 256, l-ewwel subparagrafu, il-kliem “Id-deċiżjonijiet tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni li jimponu ...” għandhom ikunu ssostitwiti bi “L-atti tal-Kunsill, tal-Kummissjoni jew tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponu ...”.

    KORPI KONSULTATTIVI

    246)

    Il-Kapitolu 3 l-ġdid u l-Artikolu 256a li ġej għandu jiddaħħal, il-Kapitoli 3 u 4 għandhom isiru rispettivament it-taqsima 1 u t-taqsima 2 u l-Kapitolu 5 għandu jiġi nnumerat mill-ġdid bħala 4:

    “KAPITOLU 3

    KORPI KONSULTATTIVI TA' L-UNJONI

    Artikolu 256a

    1.   Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom ikunu assistiti minn Kumitat Ekonomiku u Soċjali u minn Kumitat tar-Reġjuni, li jeżerċitaw funzjonijiet konsultattivi.

    2.   Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali għandu jkun kompost minn rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet ta' min iħaddem, ta' impjegati, u ta' partijiet oħra li jirappreżentaw is-soċjetà ċivili, speċjalment fl-oqsma soċjo-ekonomiċi, ċiviċi, professjonali u kulturali.

    3.   Il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta' awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.

    4.   Il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u tal-Kumitat tar-Reġjuni m'għandhom ikunu marbuta minn ebda mandat obbligatorju. Għandhom jaqdu dmirijiethom f' indipendenza sħiħa, fl-interess ġenerali ta' l-Unjoni.

    5.   Ir-regoli previsti fil-paragrafi 2 u 3 dwar in-natura tal-kompożizzjoni ta' dawn il-Kumitati għandhom jiġu riveduti f'intervalli regolari mill-Kunsill sabiex jieħdu in kunsiderazzjoni l-iżviluppi ekonomiċi, soċjali u demografiċi fi ħdan l-Unjoni. Il-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, għandu jadotta deċiżjonijiet għal dan il-għan.”

    IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI

    247)

    L-Artikoli 257 u 261 għandhom jiġu rrevokati.

    248)

    Fl-Artikolu 258, it-tieni u t-tielet subparagrafi għandhom jiġu ssostitwiti bis-subpargarafu li ġej:

    “Il-Kunsill, li jaġixxi b'mod unanimu fuq proposta tal-Kummissjoni, għandu jadotta deċiżjoni li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat.”.

    249)

    L-Artikolu 259 għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    fil-paragrafu 1, l-ewwel sentenza għandha tiġi ssostitwita bis-sentenza li ġejja: “Il-membri tal-Kumitat għandhom jinħatru għal ħames snin.”;

    b)

    il-paragrafu 2 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “2.   Il-Kunsill għandu jaġixxi wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni. Jista' jikseb l-opinjoni tal-korpi Ewropej li jirrapreżentaw is-setturi ekonomiċi u soċjali differenti, u s-soċjetà ċivili konċernati mill-attivitajiet ta' l-Unjoni.”.

    250)

    Fl-Artikolu 260, l-ewwel subparagrafu, il-kelma “sentejn” għandha tiġi ssostitwita bi “sentejn u nofs” u fit-tielet subparagrafu, il-kliem “tal-Parlament Ewropew”, għandhom jiddaħħlu qabel il-kliem “tal-Kunsill”.

    251)

    L-Artikolu 262 għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    referenza għall-Parlament Ewropew għandha tiddaħħal qabel ir-referenza tal-Kunsill fl-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi;

    b)

    fl-ewwel subparagrafu, il-kelma “kull” għandha titħassar;

    ċ)

    fit-tielet subparagrafu, il-kliem “u tat-taqsima speċjalizzata” għandhom jitħassru.

    d)

    ir-raba' subparagrafu għandu jitħassar.

    IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

    252)

    L-Artikolu 263 għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    l-ewwel subparagrafu għandu jitħassar;

    b)

    it-tielet subparagrafu, li jsir it-tieni subparagrafu, għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “Il-Kunsill, li jaġixxi b'mod unanimu fuq proposta tal-Kummissjoni, għandu jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Kumitat.”.

    ċ)

    fir-raba' subparagrafu, li jsir it-tielet subparagrafu, fl-ewwel sentenza, il-kliem “fuq proposti ta' l-Istati Membri rispettivi” għandhom jitħassru u ċ-ċifra “erba'” għandha tiġi ssostitwita bi “ħames”; fir-raba' sentenza, il-kliem “fl-ewwel paragrafu” għandhom jiġu ssostiwiti b' “fl-Artikolu 256a(3)”.

    d)

    l-aħħar subparagrafu għandu jitħassar.

    253)

    Fl-Artikolu 264, fl-ewwel subparagrafu, il-kelma “sentejn” għandha tiġi ssostitwita bi “sentejn u nofs” u fit-tielet subparagrafu, il-kliem “tal-Parlament Ewropew”, għandhom jiddaħħlu qabel il-kliem “tal-Kunsill”.

    254)

    L-Artikolu 265 għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    referenza għall-Parlament Ewropew għandha tiddaħħal qabel ir-referenza tal-Kunsill fl-ewwel, it-tieni, it-tielet u l-aħħar subparagrafu;

    b)

    fl-ewwel subparagrafu qed issir emenda li mhux meħtieġa għall-verżjoni bil-Malti;

    ċ)

    ir-raba' subparagrafu għandu jitħassar;

    IL-BANK EWROPEW TA' INVESTIMENT

    255)

    Fl-Artikolu 266, it-tielet subparagrafu, il-kliem “fuq talba tal-Kummissjoni” għandhom jiġu ssostitwiti bi “fuq proposta tal-Kummissjoni”, il-kliem “skond il-proċedura leġislattiva speċjali” għandhom jiddaħħlu wara “unanimità” u l-kliem “l-Artikoli 4, 11 u 12 u l-Artikolu 18(5) ta' l-Istatut tal-” għandhom jitħassru.

    256)

    Fl-Artikolu 267(b), il-kelma “rikjesti” għandha tiġi ssostitwita bi “li joħorġu” u l-kelma “progressiv” għandha tiġi ssostitwita bi “jew il-funzjonament”.

    DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI

    257)

    L-Artikolu 268 għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    fl-ewwel subparagrafu, il-kliem “..., inkluż dawk li għandhom x'jaqsmu mal-Fond Soċjali Ewropew, ...” għandhom jitħassru u t-tliet subparagrafi għandhom isiru l-paragrafu 1;

    b)

    it-tieni subparagrafu għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “Il-baġit annwali ta' l-Unjoni għandu jkun stabbilit mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill skond l-Artikolu 272.”

    ċ)

    iż-żewġ paragrafi ġodda 2 sa 6 li ġejjin għandhom jiddaħħlu:

    “2.   L-infiq li jidher fil-baġit għandu jkun awtorizzat għall-perijodu baġitarju annwali skond ir-regolament previst fl-Artikolu 279.

    3.   L-implimentazzjoni ta' l-infiq li jidher fil-baġit jeħtieġ l-adozzjoni minn qabel ta' att ta' l-Unjoni legalment vinkolanti li jipprovdi bażi legali għall-azzjoni tagħha u għall-implimentazzjoni ta' l-infiq korrispondenti skond ir-regolament previst fl-Artikolu 279, ħlief fil-każijiet previsti minn dan ta' l-aħħar.

    4.   Biex tinżamm id-dixxiplina baġitarja, l-Unjoni m'għandha tadotta l-ebda att li jista' jkollu implikazzjonijiet notevoli fuq il-baġit mingħajr ma tipprovdi assigurazzjoni li n-nefqa li tirriżulta minn dawn l-atti tista' tiġi ffinanzjata fil-limitu tar-riżorsi proprji ta' l-Unjoni u skond il-qafas finanzjarju pluriennali previst fl-Artikolu 270a.

    5.   Il-baġit għandu jkun implimentat skond il-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw ma' l-Unjoni sabiex jassiguraw li l-approprazzjonijiet imdaħħla fil-baġit jintużaw skond dan il-prinċipju.

    6.   L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom, skond l-Artikolu 280, jiġġieldu l-frodi u kwalunkwe attività oħra illegali li tolqot l-interessi finanzjarji ta' l-Unjoni.”

    RIŻORSI PROPRJI TA' L-UNJONI

    258)

    Kapitolu 1 bit-Titolu “RIŻORSI PROPRJI TA' L-UNJONI” għandu jiddaħħal, qabel l-Artikolu 269.

    259)

    L-Artikolu 269 għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    l-ewwel subparagrafu l-ġdid li ġej għandu jiddaħħal:

    “L-Unjoni għandha tipprovdi għaliha nnifisha l-mezzi meħtieġa biex tilħaq l-għanijiet tagħha u twettaq b' suċċess il-politika tagħha.”

    b)

    l-aħħar subparagrafu għandu jiġi ssostitwit biż-żewġ subparagrafi li ġejjin:

    “Il-Kunsill, li jaġixxi skond il-proċedura leġislattiva speċjali, b'mod unanimu u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, għandu jadotta Deċiżjoni li tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet applikabbli għas-sistema tar-riżorsi proprji ta' l-Unjoni. F'dan il-kuntest jista' jistabbilixxi kategoriji ġodda ta' riżorsi proprji jew jabolixxi kategorija eżistenti. Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ biss wara l-approvazzjoni tagħha mill-Istati Membri, skond il-ħtiġijiet kostituzzjonali rispettivi tagħhom.

    Il-Kunsill, li jaġixxi permezz ta' regolament skond il-proċedura leġislattiva speċjali, għandu jistabbilixxi miżuri li jimplimentaw is-sistema tar-riżorsi proprji ta' l-Unjoni safejn dan ikun previst fid-Deċiżjoni adottata abbażi tat-tielet subparagrafu. Il-Kunsill għandu jaġixxi wara li jkun kiseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew.”

    260)

    L-Artikolu 270 għandu jiġi rrevokat.

    IL-QAFAS FINANZJARJU PLURIENNALI

    261)

    Il-Kapitolu 2 il-ġdid u l-Artikolu 270a l-ġdid li ġejjin għandhom jiddaħħlu:

    “KAPITOLU 2

    IL-QAFAS FINANZJARJU PLURIENNALI

    Artikolu 270a

    1.   Il-qafas finanzjarju pluriennali għandu jassigura li l-infiq ta' l-Unjoni jiżviluppa b'mod ordnat u fil-limiti tar-riżorsi proprji tagħha.

    Dan għandu jiġi stabbilit għall-perijodu ta' mill-inqas ħames snin.

    Il-baġit annwali ta' l-Unjoni għandu jirrispetta l-qafas finanzjarju pluriennali.

    2.   Il-Kunsill, li jaġixxi skond il-proċedura leġislattiva speċjali, għandu jadotta regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali. Dan għandu jaġixxi b'mod unanimu wara l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, li għandha tingħata b'maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu.

    Il-Kunsill Ewropew jista' jadotta, b'mod unanimu, deċiżjoni li tawtorizza l-Kunsill jaġixxi bil-maġġoranza kwalifikata meta jadotta r-regolament previst fl-ewwel subparagrafu.

    3.   Il-qafas finanzjarju għandu jistabbilixxi l-ammonti tal-limiti massimi annwali ta' approprjazzjonijiet għal impenji skond il-kategorija ta' l-infiq u tal-limitu massimu annwali ta' approprjazzjonijiet għall-pagamenti. Il-kategoriji ta' l-infiq, ta' numru limitat, għandhom jikkorrispondu għas-setturi prinċipali ta' attività ta' l-Unjoni.

    Il-qafas finanzjarju għandu jistabbilixxi kwalunkwe dispożizzjoni oħra meħtieġa għat-tħaddim tajjeb tal-proċedura annwali tal-baġit.

    4.   Meta r-Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas finanzjarju ġdid ma jkunx ġie adottat sa l-iskadenza tal-qafas finanzjarju preċedenti, il-limiti massimi u dispożizzjonijiet oħra li jikkorrispondu għall-aħħar sena ta' dak il-qafas għandhom jiġu estiżi sa l-adozzjoni ta' dak l-att.

    5.   Tul il-proċedura kollha li twassal għall-adozzjoni tal-qafas finanzjarju, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiffaċilitaw din l-adozzjoni.”

    BAĠIT ANNWALI TA' L-UNJONI

    262)

    Kapitolu 3 bit-Titolu “IL-BAĠIT ANNWALI TA' L-UNJONI” għandu jiddaħħal, wara l-Artikolu 270a.

    263)

    Artikolu 270b għandu jiddaħħal, bil-formulazzjoni tal-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 272.

    264)

    L-Artikolu 271 għandu jsir l-Artikolu 273a l-ġdid; dan għandu jiġi emendat kif indikat hawn taħt fil-punt 267).

    265)

    Fl-Artikolu 272 il-paragrafu 1 għandu jsir l-Artikolu 270b u l-paragrafi 2 sa 10 ta' l-Artikolu 272 għandhom jiġi ssostitwiti bit-test li ġej:

    “Artikolu 272

    Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva speċjali, għandhom jistabbilixxu l-baġit annwali ta' l-Unjoni skond id-dispożizzjonijiet li ġejjin.

    1.

    Qabel l-1 ta' Lulju, kull istituzzjoni, minbarra l-Bank Ċentrali Ewropew, għandha tfassal estimi ta' l-infiq tagħha għas-sena finanzjarja ta' wara. Il-Kummissjoni għandha tikkonsolida dawn l-estimi f'abbozz ta' baġit li jista' jkun fih estimi diverġenti.

    L-abbozz tal-baġit għandu jkun fih stima tad-dħul u stima ta' l-infiq.

    2.

    Il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta li tinkludi l-abbozz ta' baġit lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa mhux iktar tard mill-1 ta' Settembru tas-sena ta' qabel dik li fiha l-baġit għandu jiġi implimentat.

    Il-Kummissjoni tista' temenda l-abbozz tal-baġit tul il-proċedura sa meta jissejjaħ il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, previst fil-paragrafu 5.

    3.

    Il-Kunsill għandu jadotta l-pożizzjoni tiegħu dwar l-abbozz ta' baġit u jgħaddih lill-Parlament Ewropew sa mhux iktar tard mill-1 ta' Ottubru tas-sena ta' qabel dik li fiha l-baġit għandu jiġi implimentat. Dan għandu jinforma lill-Parlament Ewropew kompletament bir-raġunijiet li wassluh biex jadotta l-pożizzjoni tiegħu.

    4.

    Jekk, fi żmien tnejn u erbgħin jum wara din il-komunikazzjoni, il-Parlament Ewropew:

    a)

    japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill, il-baġit għandu jiġi adottat;

    b)

    ma jkunx ħa deċiżjoni, il-baġit għandu jitqies li ġie adottat;

    ċ)

    jadotta emendi b'maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu, l-abbozz emendat għandu jintbagħat lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. Il-President tal-Parlament Ewropew, bi ftehim mal-President tal-Kunsill, għandu isejjaħ minnufih laqgħa tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni. Madanakollu, jekk fi żmien għaxart ijiem minn meta jintbagħat l-abbozz, il-Kunsill jinforma lill-Parlament Ewropew li jkun approva l-emendi kollha tiegħu, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni m'għandux jiltaqa'.

    5.

    Il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, li għandu jlaqqa' l-membri tal-Kunsill jew ir-rappreżentanti tagħhom u numru ugwali ta' membri li jirrappreżentaw il-Parlament Ewropew, għandu l-kompitu li jilħaq qbil fuq test konġunt, b'maġġoranza kwalifikata tal-membri tal-Kunsill jew tar-rappreżentanti tagħhom u b'maġġoranza tar-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew fi żmien wieħed u għoxrin jum minn meta jissejjaħ, abbażi tal-pożizzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

    Il-Kummissjoni għandha tipparteċipa fil-ħidma tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni u għandha tieħu l-inizjattivi kollha meħtieġa bil-għan li tirrikonċilja l-pożizzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

    6.

    Jekk, fi żmien il-wieħed u għoxrin jum previsti fil-paragrafu 5, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni jilħaq qbil fuq test konġunt, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom kull wieħed ikollhom perijodu ta' erbatax-il jum mid-data ta' dak il-ftehim biex jadottaw it-test konġunt.

    7.

    Jekk fil-perijodu ta' erbatax-il jum previst fil-paragrafu 6:

    a)

    il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn japprovaw it-test konġunt jew jonqsu milli jieħdu deċiżjoni, jew jekk waħda minn dawn l-istituzzjonijiet tapprova it-test konġunt filwaqt li l-oħra tonqos milli tieħu deċiżjoni, il-baġit għandu jiġi meqjus li jkun adottat b'mod definittiv skond it-test konġunt, jew

    b)

    kemm il-Parlament Ewropew, li jaġixxi b'maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu, kif ukoll il-Kunsill jirrifjutaw it-test konġunt, jew waħda minn dawn l-istituzzjonijiet tirrifjuta t-test konġunt filwaqt li l-oħra tonqos milli tieħu deċiżjoni, għandu jiġi preżentat abozz ta' baġit ġdid mill-Kummissjoni, jew

    ċ)

    il-Parlament Ewropew, li jaġixxi b'maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu, jirrifjuta t-test konġunt filwaqt li l-Kunsill japprovah, għandu jiġi preżentat abbozz ta' baġit ġdid mill-Kummissjoni, jew

    d)

    il-Parlament Ewropew japprova t-test konġunt filwaqt li l-Kunsill jirrifjutah, il-Parlament Ewropew jista', fi żmien erbatax-il jum mid-data tar-rifjut tal-Kunsill u billi jaġixxi b'maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu u tlieta minn kull ħamsa tal-voti espressi, jiddeċiedi li jikkonferma l-emendi kollha imsemmija fil-paragrafu 4(c) jew parti minnhom. Jekk xi emenda tal-Parlament Ewropew ma tiġix ikkonfermata għandha tinżamm il-pożizzjoni miftehma fil-Kumitat ta' Konċiljazzjoni dwar l-intestatura tal-baġit soġġetta għall-emenda. Il-baġit għandu jitqies adottat b'mod definittiv fuq din il-bażi.

    8.

    Jekk, fi żmien il-wieħed u għoxrin jum imsemmija fil-paragrafu 5, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni ma jaqbilx fuq test konġunt, għandu jiġi preżentat abbozz ta' baġit ġdid mill-Kummissjoni.

    9.

    Meta tintemm il-proċedura prevista f'dan l-Artikolu, il-President tal-Parlament Ewropew għandu jiddikjara li l-baġit ikun ġie addottat b'mod definittiv.

    10.

    Kull istituzzjoni għandha teżerċita s-setgħa mogħtija lilha f' dan l-Artikolu skond it-Trattati u l-atti adottati taħthom, b' mod partikolari fir-rigward tar-riżorsi proprji ta' l-Unjoni u tal-bilanċ bejn id-dħul u l-infiq.”

    266)

    L-Artikolu 273 għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    fl-ewwel subparagrafu, il-kelma “ivvutat” għandha tiġi ssostitwita bi “adottat b'mod definittiv”, il-kliem “jew sub-diviżjoni oħra” għandhom jitħassru, il-kliem “għall-kapitolu in kwistjoni” għandhom jiddaħħlu wara “wieħed minn tnax ta' l-approprjazzjonijiet,”, u l-parti tas-sentenza finali “...dan l-arranġament m'għandux, b'dana kollu, jkollu l-effett li jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni approprazjonijiet in eċċess ta' wieħed minn tnax ta' dawk previsti fl-abbozz tal-baġit li jkun qed jiġi ppreparat.” għandha tiġi ssostitwita bi “mingħajr ma din is-somma taqbeż il-wieħed minn tnax ta' l-approprjazzjonijiet previsti fl-istess kapitolu ta' l-abbozz tal-baġit.”;

    b)

    fit-tieni subparagrafu, il-kliem “,fuq proposta tal-Kummissjoni” għandhom jiddaħħlu wara “il-Kunsill” u l-parti tas-sentenza u s-sentenza li ġejjin għandhom jiżdiedu fl-aħħar:“..., skond ir-regolament stabbilit permezz ta' l-Artikolu 279. Għandu jittrasmetti immedjatament id-deċiżjoni tiegħu lill-Parlament Ewropew.”;

    ċ)

    it-tielet subparagrafu għandu jitħassar;

    d)

    l-aħħar subparagrafu għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “Id-deċiżjoni msemmija fit-tieni subparagrafu għandha tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa fir-rigward tar-riżorsi għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, skond l-atti msemmija fl-Artikolu 269.

    Din għandha tidħol fis-seħħ tletin jum wara l-adozzjoni tagħha sakemm il-Parlament Ewropew, li jaġixxi b'maġgoranza tal-membri komponenti tiegħu, ma jkunx iddeċieda li jnaqqas dik in-nefqa f' dak il-limitu ta' żmien.”.

    267)

    Artikolu 273a għandu jiddaħħal, bil-formulazzjoni ta' l-Artikolu 271; dan għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    l-ewwel subparagrafu għandu jitħassar;

    b)

    fit-tielet subparagrafu, li jsir it-tieni subparagrafu, il-kliem “,sa fejn meħtieġ jibqa' jkun hemm bżonn,” għandhom jitħassru;

    ċ)

    fl-aħħar subparagrafu, il-kliem “tal-Kunsill, tal-Kummissjoni u tal-Qorti tal-Ġustizzja” għandhom jiġu ssostitwiti bi “tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill, tal-Kummissjoni, kif ukoll tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea”.

    L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT U L-KWITTANZA

    268)

    Kapitolu 4 bit-Titolu “L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT U L-KWITTANZA” għandu jiddaħħal, qabel l-Artikolu 274, li għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    fl-ewwel subparagrafu, il-parti tas-sentenza fil-bidu “Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-baġit” għandha tiġi sostiwita bi “Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-baġit f'kooperazzjoni ma' l-Istati Membri”;

    b)

    it-tieni subparagrafu għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “Ir-regolament għandu jistabbilixxi l-obbligi ta' kontroll u ta' verifika ta' l-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-baġit kif ukoll ir-responsabbiltajiet li joħorġu minn dan. Għandu jistabbilixxi wkoll ir-responsabbiltajiet u r-regoli dettaljati li magħhom għandha timxi kull istituzzjoni fl-implimentazzjoni ta' l-infiq tagħha.”.

    269)

    Fl-Artikolu 275 il-frażi “Il-Kummissjoni għandha tissottometti kull sena lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew”għandha tiġi sostitwita bi “Il-Kummissjoni għandha tippreżenta kell sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill”. It-tieni subparagrafu l-ġdid li ġej għandu jiddaħħal:

    “Il-Kummissjoni għandha tippreżenta wkoll lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta' valutazzjoni tal-finanzi ta' l-Unjoni bbażat fuq ir-riżultati miskuba b'mod partikolari fir-rigward ta' l-indikazzjonijiet mogħtija mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill skond l-Artikolu 276.”

    270)

    Fl-Artikolu 276(1), il-kliem “il-kontijiet u l-istqarrija finanzjarja msemmija fl-Artikolu 275,” għandhom jiġu ssostitwiti bi “il-kontijiet, id-dikjarazzjoni finanzjarja u r-rapport ta' valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 275,”

    DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI KOMUNI

    271)

    Kapitolu 5 bit-Titolu “DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI” għandu jiddaħħal, qabel l-Artikolu 277.

    272)

    L-Artikolu 277 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “Artikolu 277

    Il-qafas finanzjarju pluriennali u l-baġit annwali għandhom jitfasslu f'euro.”.

    273)

    L-Artikolu 279 għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    il-paragrafu 1 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “1.   Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, u wara konsultazzjoni mal-Qorti ta' l-Awdituri għandhom jadottaw, permezz ta' regolament:

    a)

    ir-regoli finanzjarji li jiddeterminaw b'mod partikolari l-proċedura li għandha tiġi adottata għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit u għall-preżentazzjoni u l-verifika tal-kontijiet;

    b)

    ir-regoli dwar il-kontroll tar-responsabbiltà ta' l-atturi finanzjarji, u b'mod partikolari ta' l-uffiċjali ta' l-awtorizzazzjoni u l-uffiċjali tal-kontijiet.”

    b)

    fil-paragrafu 2, il-kliem “b'mod unanimu” u l-kelma “opinjoni” għandhom jitħassru.

    274)

    L-Artikoli ġodda 279a u 279b li ġejjin għandhom jiddaħħlu:

    “Artikolu 279a

    Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jassiguraw li jkun hemm disponibbli l-mezzi finanzjarji sabiex jippermettu li l-Unjoni tissodisfa l-obbligi legali tagħha fir-rigward ta' partijiet terzi.

    Artikolu 279b

    Laqgħat regolari bejn il-Presidenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jissejjħu fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni taħt il-proċeduri tal-baġit previsti f'dan il-Kapitolu. Il-Presidenti għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jippromwovu l-konsultazzjoni kif ukoll ir-rikonċiljazzjoni tal-pożizzjonijiet ta' l-istituzzjonijiet li jippresjedu fuqhom, sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta' dan it-Titolu.”.

    ĠLIEDA KONTRA L-FRODI

    275)

    Kapitolu 6 bit-Titolu “IL-ĠLIEDA KONTRA L-FRODI” għandu jiddaħħal qabel l-Artikolu 280.

    276)

    L-Artikolu 280 għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    fil-paragrafu 1, il-parti li ġejja tas-sentenza għandha tiddaħħal fl-aħħar: “..., kif ukoll fl-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi ta' l-Unjoni.”;

    b)

    fil-paragrafu 4, il-kliem “..., kif ukoll fl-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi ta' l-Unjoni.” għandhom jiddaħħlu wara “fl-Istati Membri” l-aħħar sentenza għandha titħassar.

    KOOPERAZZJONI MSAĦĦA

    277)

    Titolu III “KOOPERAZZJONI IMSAĦĦA” għandu jiddaħħal, wara l-Artikolu 280.

    278)

    L-Artikoli 280 A sa 280 I li ġejjin, li flimkien ma' l-Artikolu 10 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jissostitwixxu l-Artikoli 27 A sa 27 E, 40 sa 40 B u 43 sa 45 tat-Trattat attwali dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 11 u 11 A tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita Ewropea, għandhom jiddaħħlu:

    “Artikolu 280 A

    Kull kooperazzjoni msaħħa għandha tirrispetta it-Trattati u d-dritt ta' l-Unjoni.

    Din il-kooperazzjoni m'għandha tikkomprometti la s-suq intern u lanqas il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali. M'għandhiex tkun ta' ostakolu jew ta' diskriminazzjoni għall-kummerċ bejn l-Istati Membri, u lanqas m'għandha tikkawża distorsjoni tal-kompetizzjoni bejniethom.

    Artikolu 280 B

    Kull kooperazzjoni msaħħa għandha tirrispetta l-kompetenzi, id-drittijiet u l-obbligi ta' dawk l-Istati Membri li ma jipparteċipawx fiha. Dawn l-Istati Membri m'għandhomx ifixklu l-implimentazzjoni tagħha mill-Istati Membri parteċipanti.

    Artikolu 280 C

    1.   Meta tkun qed tiġi stabbilita kooperazzjoni msaħħa, din għandha tkun miftuħa għall-Istati Membri kollha, bil-kondizzjoni li jiġu rispettati l-kondizzjonijiet eventwali tal-parteċipazzjoni stabbiliti mid-deċiżjoni ta' awtorizzazzjoni. Il-kooperazzjoni msaħħa għandha tkun miftuħa għalihom ukoll fi kwalunkwe ħin ieħor, bil-kondizzjoni li, minbarra l-kondizzjonijiet imsemmija, jiġu rispettati l-atti diġà adottati f'dak il-qafas.

    Il-Kummissjoni u l-Istati Membri parteċipanti f'kooperazzjoni msaħħa għandhom jassiguraw li jippromwovu l-parteċipazzjoni mill-ikbar għadd possibbli ta' Stati Membri.

    2.   Il-Kummissjoni u, fejn hu xieraq, ir-Rappreżentant ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà għandhom jinfurmaw regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-evoluzzjoni tal-kooperazzjoni msaħħa.

    Artikolu 280 D

    1.   L-Istati Membri li jixtiequ jistabbilixxu kooperazzjoni msaħħa bejniethom f'wieħed mill-oqsma previsti mit-Trattati, bl-eċċezzjoni ta' l-oqsma ta' kompetenza esklużiva u tal-politika barranija u ta' sigurtà komuni, għandhom jindirizzaw talba lill-Kummissjoni, li fiha jispeċifikaw il-kamp ta' l-applikazzjoni u l-objettivi tal-kooperazzjoni msaħħa proposta. Il-Kummissjoni tista' tippreżenta proposta lill-Kunsill għal dak il-għan. Fil-każ li l-Kummissjoni ma tippreżentax proposta, din għandha tinforma lill-Istati Membri kkonċernati dwar ir-raġunijiet għal dan.

    L-awtorizzazzjoni biex titwettaq kooperazzjoni msaħħa prevista fl-ewwel subparagrafu għandha tingħata mill-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni u wara l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew.

    2.   It-talba ta' l-Istati Membri li jixtiequ jistabbilixxu kooperazzjoni msaħħa bejniethom fil-qafas tal-politika barranija u ta' sigurtà komuni għandha tkun indirizzata lill-Kunsill. Din għandha tgħaddi għand ir-Rappreżentant ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, li jagħti l-opinjoni tiegħu dwar il-koerenza tal-kooperazzjoni msaħħa proposta mal-politika barranija u ta' sigurtà komuni ta' l-Unjoni, kif ukoll lill-Kummissjoni, li tagħti l-opinjoni tagħha, b'mod partikolari dwar il-koerenza tal-kooperazzjoni msaħħa proposta mal- politika l-oħra ta' l-Unjoni. Din għandha tintbagħat ukoll lill-Parlament Ewropew għall-informazzjoni.

    L-awtorizzazzjoni għal kooperazzjoni msaħħa għandha tingħata b'deċiżjoni tal-Kunsill, li jaġixxi b'mod unanimu.

    Artikolu 280 E

    Il-membri kollha tal-Kunsill jistgħu jipparteċipaw fid-deliberazzjonijiet tiegħu, iżda l-membri tal-Kunsill li jirrappreżentaw l-Istati Membri li jkunu qed jipparteċipaw f'kooperazzjoni msaħħa biss għandhom jieħdu sehem fil-vot.

    L-unanimità għandha tkun kostitwita mill-voti tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri li jipparteċipaw biss.

    Il-maġġoranza kwalifikata għandha tkun definita skond l-Artikolu 205(3).

    Artikolu 280 F

    1.   Kull Stat Membru li jixtieq jipparteċipa f'kooperazzjoni msaħħa li tkun għaddejja f'waħda mill-oqsma previsti fl-Artikolu 280 D(1), għandu jinnotifika l-intenzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

    Il-Kummissjoni għandha, fi żmien erba' xhur mid-data li tirċievi n-notifika, tikkonferma l-parteċipazzjoni ta' l-Istat Membru konċernat. Din għandha tikkonstata, fejn meħtieġ, li l-kondizzjonijiet ta' parteċipazzjoni jkunu ġew milħuqa u għandha tadotta l-miżuri transitorji meħtieġa rigward l-applikazzjoni ta' l-atti diġà adottati fil-qafas tal-kooperazzjoni msaħħa.

    Madankollu, jekk il-Kummissjoni tqis li l-kondizzjonijiet ta' parteċipazzjoni ma ġewx milħuqa, din għandha tindika l-arranġamenti li għandhom isiru biex jintlaħqu dawk il-kondizzjonijiet u għandha tistabbilixxi skadenza biex terġa' teżamina t-talba. Meta tiskadi dik l-iskadenza, għandha terġa' teżamina t-talba skond il-proċedura stabbilita fit-tieni subparagrafu. Jekk il-Kummissjoni tqis li l-kondizzjonijiet ta' parteċipazzjoni jkunu għadhom ma ntlaħqux, l-Istat Membru konċernat jista' jirreferi l-kwistjoni lill-Kunsill, li għandu jiddeċiedi fuq dik it-talba. Il-Kunsill għandu jaġixxi skond l-Artikolu 280 E. Jista' wkoll jadotta l-miżuri transitorji previsti fit-tieni subparagrafu fuq proposta tal-Kummissjoni.

    2.   Kwalunkwe Stat Membru li jixtieq jipparteċipa f'kooperazzjoni msaħħa fil-qafas mal-politika barranija u ta' sigurtà komuni għandu jinnotifika l-intenzjoni tiegħu lill-Kunsill, lir-Rappreżentant ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u lill-Kummissjoni.

    Il-Kunsill għandu jikkonferma l-parteċipazzjoni ta' l-Istat Membru in kwistjoni, wara konsultazzjoni tar-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u ta' Sigurtà u wara li jkun ikkonstata, fejn meħtieġ, li l-kondizzjonijiet ta' parteċipazzjoni jkunu ntlaħqu. Il-Kunsill, fuq proposta tar-Rappreżentant Għoli, jista' wkoll jadotta l-miżuri transitorji meħtieġa rigward l-applikazzjoni ta' l-atti diġà adottati fil-qafas ta' kooperazzjoni msaħħa. Madankollu, jekk il-Kunsill iqis li l-kondizzjonijiet ta' parteċipazzjoni ma jkunux ġew milħuqa, dan għandu jindika l-arranġamenti li għandhom isiru biex jintlaħqu dawk il-kondizzjonijiet u għandu jistabbilixxi skadenza biex terġa' tiġi eżaminata t-talba għal parteċipazzjoni.

    Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, il-Kunsill għandu jaġixxi b'mod unanimu u skond l-Artikolu 280 E.

    Artikolu 280 G

    In-Nefqa li tirriżulta mill-implimentazzjoni ta' kooperazzjoni msaħħa, minbarra l-ispejjeż amministrattivi magħmula mill-istituzzjonijiet, għandha tkun a karigu ta' l-Istati Membri parteċipanti, sakemm il-Kunsill, li jaġixxi bl-unanimita' tal-Membri kollha tiegħu, wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, ma jiddeċidix mod ieħor.

    Artikolu 280 H

    1.   Fejn dispożizzjoni tat-Trattati li tista' tiġi applikata fil-kuntest ta' kooperazzjoni msaħħa tipprovdi li l-Kunsill għandu jaġixxi b'mod unanimu, il-Kunsill, li jaġixxi b'mod unanimu skond l-arranġamenti previsti fl-Artikolu 280 E jista' jadotta deċiżjoni li tipprovdi li dan ser jaġixxi bil-maġġoranza kwalifikata.

    2.   Fejn dispożizzjoni tat-Trattati li tista' tiġi applikata fil-kuntest ta' kooperazzjoni msaħħa tipprovdi li l-Kunsill għandu jadotta atti skond il-proċedura leġislattiva speċjali, il-Kunsill, li jaġixxi b'mod unanimu skond l-arranġamenti stabbiliti fl-Artikolu 280 E jista' jadotta deċiżjoni li tipprovdi li dan ser jaġixxi skond il-proċedura leġislattiva ordinarja. Il-Kunsill għandu jaġixxi wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew.

    3.   Il-paragrafi 1 u 2 m'għandhomx japplikaw għal deċiżjonijiet li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta' difiża.

    Artikolu 280 I

    Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jassiguraw il-koerenza ta' l-azzjonijiet imwettqa fil-qafas ta' kooperazzjoni msaħħa kif ukoll il-koerenza ta' dawn l-azzjonijiet mal-politika ta' l-Unjoni, u għandhom jikkooperaw għal dak il-għan.”.

    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

    279)

    Is-sitt parti għandi tiġi nnumerata mill-ġdid bħala “IS-SEBA' PARTI”.

    280)

    L-Artikoli 281, 293, 305 u 314 għandhom jiġu rrevokati. L-Artikolu 286 għandu jiġi sostitwit bl-Artikolu 16 B.

    281)

    Fl-Artikolu 282, is-sentenza li ġejja għandha tiġi miżjuda fl-aħħar: “Madankollu, l-Unjoni għandha tkun rappreżentata minn kull waħda mill-istituzzjonijiet, bis-saħħa ta' l-awtonomija amministrattiva tagħhom, fi kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-operat rispettiv tagħhom.”

    282)

    Fl-Artikolu 283, l-ewwel parti tas-sentenza “Il-Kunsill, b'votazzjoni unanima, għandu, fuq proposta tal-Kummissjoni u wara li jikkonsulta l-istituzzjonijiet l-oħra interessati, jistabbilixxi” għandha tiġi ssostitwita bi “Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu permezz ta' regolament skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, u wara konsultazzjoni ma' l-istituzzjonijiet l-oħra interessati, għandhom jistabbilixxu” u fl-aħħar, il-kliem “għall-aġenti l-oħra tal-Komunità” għandha tiġi ssostitwita bi “għall-aġenti l-oħra ta' l-Unjoni”.

    283)

    Fl-Artikolu 288, it-tielet subparagrafu għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “B'deroga mit-tieni sub-paragrafu, il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jagħmel tajjeb, skond il-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet ta' l-Istati Membri, għad-danni kkawżati minnu jew mill-aġenti tiegħu fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom.”.

    284)

    Fl-Artikolu 290, il-kliem “permezz ta' regolament” għandhom jiżdiedu fl-aħħar.

    285)

    Fl-Artikolu 291, il-kliem “, l-Istitut Monetarju Ewropew” għandhom jitħassru.

    286)

    L-Artikolu 294 għandu jsir l-Artikolu 48a.

    287)

    L-Artikolu 299 għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    il-paragrafu 1 għandu jitħassar. L-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 u l-paragrafi 3 sa 6 għandhom isiru l-Artikolu 311a; dawn għandhom jiġu emendati kif indikat fil-punt 293) hawn taħt.

    Il-paragrafu 2 għandu jibqa' mingħajr numru;

    b)

    fil-bidu ta' l-ewwel subparagrafu, il-kelma “B'dana kollu” għandha titħassar u l-kliem “tad-dipartimenti extra-ewropej ta' Franza” għandhom jiġu ssostitwiti bi “tal-Gwadelup, tal-Gujana Franċiża, tal-Martinique, ta' Réunion, ta' Saint Barthélemy, ta' Saint Martin,”; fl-aħħar tal-paragrafu, għandha tiżdied is-sentenza li ġejja: “Meta jiġu adottati l-miżuri speċifiċi in kwistjoni mill-Kunsill skond il-proċedura leġislattiva speċjali, dan għandu jiddeċiedi wkoll fuq proposta tal-Kummissjoni u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew.”;

    ċ)

    fil-bidu tat-tieni subparagrafu, il-kliem “Il-Kunsill għandu, meta jadotta l-miżuri relevanti msemmija fit-tieni subparagrafu, jieħu kont ta'...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “Il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu jikkonċernaw b'mod partikolari ...”;

    d)

    fil-bidu tat-tielet subparagrafu, ir-referenza għat-tieni subparagrafu għandha tiġi ssostitwita b'referenza għall-ewwel subparagrafu.

    288)

    L-Artikoli 300 u 301 għandhom jiġu ssostitwiti rispettivament bl-Artikoli 188 N u 188 K u l-Artikoli 302 sa 304 għandhom jiġu ssostitwiti bl-Artikolu 188 P.

    289)

    L-Artikolu 308 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “Artikolu 308

    1.   Jekk tidher meħtieġa azzjoni ta' l-Unjoni, fil-qafas tal-politika definita fit-Trattati, għall-kisba ta' wieħed mill-objettivi previsti mit-Trattati, u t-Trattati ma jkunux stabbilew is-setgħat meħtieġa għal dan l-għan, il-Kunsill, li jaġixxi b'mod unanimu fuq proposta tal-Kummissjoni u wara l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, għandu jadotta d-dispożizzjonijiet xierqa. Meta l-Kunsill jadotta d-dispożizzjonijiet in kwistjoni skond il-proċedura leġislattiva speċjali, dan għandu jadottahom ukoll b'unanimità, fuq proposta tal-Kummissjoni u wara l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew.

    2.   Il-Kummissjoni għandha tiġbed l-attenzjoni tal-Parlamenti nazzjonali għall-proposti bbażati fuq dan l-Artikolu permezz tal-proċedura għall-monitoraġġ tal-prinċipju tas-sussidjarjetà previst fl-Artikolu 5(3), tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,.

    3.   Il-miżuri bbażati fuq dan l-Artikolu m'għandhomx jinvolvu l-armonizzazzjoni tal-liġijiet u regolamenti ta' l-Istati Membri fil-każijiet fejn it-Trattati jeskludu din l-armonizzazzjoni.

    4.   Dan l-Artikolu ma jistax iservi bħala bażi biex jintlaħaq objettiv tal-Politika Barranija u ta' Sigurtà Komuni u kull att adottat skond dan l-Artikolu għandu jirrispetta l-limiti stabbiliti fit-tieni subparagrafu ta' Artikolu 25b tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.”.

    290)

    L-Artikolu 308a l-ġdid li ġej għandu jiddaħħal:

    “Artikolu 308a

    L-Artikolu 48(7) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea m'għandux japplika għall-Artikoli li ġejjin:

    Artikolu 269, it-tielet u r-raba' subparagrafi,

    Artikolu 270a(2), l-ewwel subparagrafu

    Artikolu 308, u

    Artikolu 309.”

    291)

    L-Artikolu 309 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “Artikolu 309

    Għall-finijiet ta' l-Artikolu 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea dwar is-sospensjoni ta' ċerti drittijiet li jirriżultaw mis-sħubija ma' l-Unjoni, il-membru tal-Kunsill Ewropew jew tal-Kunsill li jirrappreżenta l-Istat Membru konċernat m'għandux jieħu sehem fil-vot u l-Istat Membru konċernat ma jiġix ikkunsidrat fil-kalkolu tat-terz jew ta' erba' minn ħamsa ta' l-Istati Membri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dak l-Artikolu. L-astensjonijiet minn membri preżenti jew rappreżentati m'għandhomx iżommu l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet previsti fil-paragrafu 2 ta' dak l-Artikolu.

    Għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet previsti fl-Artikolu 7 (3) u (4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-maġġoranza kwalifikata għandha tiġi definita skond l-Artikolu 205(3)(b) ta' dan it-Trattat.

    Meta, wara deċiżjoni ta' sospensjoni tad-drittijiet ta' vot adottata skond l-Artikolu 7(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kunsill jaġixxi, b'maġġoranza kwalifikata, abbażi ta' waħda mid-dispożizzjonijiet tat-Trattati, din il-maġġoranza kwalifikata għandha tiġi definita skond l-Artikolu 205(3)(b) ta' dan it-Trattat, jew, meta l-Kunsill jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni jew tar-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, skond l-Artikolu 205(3)(a).

    Għall-finijiet ta' l-Artikolu 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew għandu jaġixxi bil-maġġoranza ta' żewġ terzi tal-voti espressi, li jirrappreżentaw il-maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu.”.

    292)

    L-Artikolu 310 għandu jsir l-Artikolu 188 M.

    293)

    L-Artikolu 311 għandu jiġi rrevokat. Għandu jiddaħħal Artikolu 311a bil-formulazzjoni tal-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, u tal-paragrafi 3 sa 6 ta' l-Artikolu 299; dan it-test għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    il-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, u 3 sa 6 għandhom jiġu nnumerati mill-ġdid bħala 1 sa 5 u s-sentenza l-ġdida introduttiva li ġejja għandha tiddaħħal fil-bidu ta' l-Artikolu:

    “Barra mid-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 49 C tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea dwar il-kamp ta' applikazzjoni territorjali tat-Trattati, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:”

    b)

    fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, innumerat mill-ġdid bħala paragrafu 1, il-kliem “... għad-dipartimenti extra-ewropej ta' Franza, ...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... għall-Gwadelup, għall-Gujana Franċiża, għall-Martinique, għal Réunion, għal Saint Barthélemy, għal Saint Martin...” u l-kliem “..., skond l-Artikolu 299” għandhom jiżdiedu fl-aħħar;

    ċ)

    fil-paragrafu 3, innumerat mill-ġdid bħala 2, il-kliem “ta' dan it-Trattat” għandhom jitħassru u l-kliem “ta' dan it-Trattat” fl-aħħar għandhom jitħassru;

    d)

    fil-paragrafu 6, innumerat mill-ġdid bħala 5, is-sentenza introduttiva “Minkejja l-paragrafi preċedenti:” għandha tiġi ssostitwita bi “B'deroga mill-Artikolu 49 C tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mill-paragrafi 1 sa 4 ta' dan l-Artikolu:”;

    e)

    il-paragrafu l-ġdid li ġej għandu jiddaħħal fl-aħħar ta' l-Artikolu:

    “6.   Il-Kunsill Ewropew, fuq l-inizjattiva ta' l-Istat Membru kkonċernat, jista' jadotta deċiżjoni li temenda l-istatus, fir-rigward ta' l-Unjoni, ta' pajjiż jew territorju Daniż, Franċiż jew Olandiż previst fil-paragrafi 1 u 2. Il-Kunsill Ewropew għandu jaġixxi b'mod unanimu wara li jikkonsulta l-Kummissjoni.”

    294)

    It-titolu “DISPOSIZZJONIJIET FINALI” qabel l-Artikolu 313 għandu jitħassar.

    295)

    Għandu jiddaħħal Artikolu 313a:

    “Artikolu 313A

    Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 53 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea għandhom ikunu applikabbli għal dan it-Trattat.”

    DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

    Artikolu 3

    Dan it-Trattat qed isir għal perijodu bla limitu.

    Artikolu 4

    1.   Il-Protokoll Nru 1 anness ma' dan it-Trattat fih l-emendi għall-Protokolli annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u/jew mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika.

    2.   Il-Protokoll Nru 2 anness ma' dan it-Trattat fih l-emendi għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika.

    Artikolu 5

    1.   L-Artikoli, it-Taqsimiet, il-Kapitoli, it-Titoli u l-Partijiet tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, kif emendati b'dan it-Trattat, għandhom jiġu nnumerati mill-ġdid, skond it-tabelli ta' korrespondenza li jidhru fl-anness ma' dan it-Trattat li huma parti integrali minnu.

    2.   Ir-referenzi inkroċjati għall-Artikoli, it-Taqsimiet, il-Kapitoli, it-Titoli u l-Partijiet tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, kif ukoll bejniethom, għandhom jiġi adattati skond il-paragrafu 1 u r-referenzi għall-paragrafi jew sub-paragrafi ta' tali Artikoli kif innumerati jew ordnati mill-ġdid minn ċerti dispożizzjonijiet ta' dan it-Trattat għandhom jiġu adattati skond dawk id-dispożizzjonijiet.

    Ir-referenzi għall-Artikoli, l-Kapitoli, it-Titoli u l-Partijiet tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u tat-Trattat li jistablixxi l-Komunità Ewropea, li jinsabu fit-Trattati u l-Atti l-oħra tad-dritt primarju li fuqhom hija bbażata l-Unjoni għandhom jiġi adattati skond il-paragrafu 1. Ir-referenzi għall-premessi tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jew għall-paragrafi jew sub-paragrafi ta' l-Artikoli tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea kif innumerati jew ordnati mill-ġdid skond dan it-Trattat għandhom jiġu adattati skond dan.

    Dawn l-adattazzjonijiet jirrigwardaw ukoll, fejn ikun jixraq, il-każijiet fejn id-disposizzjoni in kwistjoni tkun revokata.

    3.   Ir-referenzi għall-premessi, l-Artikoli, it-Taqsimiet, il-Kapitoli, it-Titoli u l-Partijiet tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, kif emendati b' dan it-Trattat, li jinsabu f'instrumenti jew atti oħrajn għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-premessi, l-Artikoli, it-Taqsimiet, il-Kapitoli, it-Titoli u l-Partijiet ta' dawn it-Trattati kif innumerati mill-ġdid skond il-paragrafu 1 u, rispettivament, għall-paragrafi jew sub-paragrafi ta' dawn l-Artikoli, kif innumerati jew ordnati mill-ġdid b'ċerti dispożizzjonijiet ta' dan it-Trattat.

    Artikolu 6

    1.   Dan it-Trattat għandu jkun ratifikat mill-Partijiet Kontraenti Għolja skond il-ħtiġijiet kostituzzjonali rispettivi tagħhom. L-istrumenti ta' ratifika għandhom jiġu depożitati mal-Gvern tar-Repubblika Taljana.

    2.   Dan it-Trattat għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2009, bil-kondizzjoni li jkunu ġew depożitati l-istrumenti ta' ratifika kollha, jew, fin-nuqqas ta' dan, fl-ewwel jum tax-xahar wara d-depożitu ta' l-istrument ta' ratifika mill-Istat firmatarju li jwettaq dan il-pass l-aħħar.

    Artikolu 7

    Dan it-Trattat li qed jissemma t-Trattat ta' Lisbona, qed ikun imfassal f'oriġinal wieħed bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estona, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Irlandiża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża, Taljana u Ungeriża, bit-test ta' kull wieħed minn dawn il-lingwi jkun ugwalment awtentiku, għandu jiġi depożitat fl-arkivji tal-Gvern tar-Repubblika Taljana, li għandu jibgħat kopja ċertifikata lil kull wieħed mill-gvernijiet ta' l-Istati firmatarji l-oħra.

    B'XIEHDA TA' DAN, il-Plenipotenzjarji sottoskritti ffirmaw dan it-Trattat.

    Съставено в Лисабон на тринадесети декември две хиляди и седма година.

    Hecho en Lisboa, el trece de diciembre de dos mil siete.

    V Lisabonu dne třináctého prosince dva tisíce sedm.

    Udfærdiget i Lissabon den trettende december to tusind og syv.

    Geschehen zu Lissabon am dreizehnten Dezember zweitausendsieben.

    Kahe tuhande seitsmenda aasta detsembrikuu kolmeteistkümnendal päeval Lissabonis.

    Έγινε στη Λισσαβώνα, στις δέκα τρεις Δεκεμβρίου δύο χιλιάδες επτά.

    Done at Lisbon on the thirteenth day of December in the year two thousand and seven.

    Fait à Lisbonne, le treize décembre deux mille sept.

    Arna dhéanamh i Liospóin, an tríú lá déag de Nollaig sa bhliain dhá mhíle a seacht.

    Fatto a Lisbona, addì tredici dicembre duemilasette.

    Lisabonā, divtūkstoš septītā gada trīspadsmitajā decembrī.

    Priimta Lisabonoje du tūkstančiai septintųjų metų gruodžio tryliktą dieną.

    Kelt Lisszabonban, a kétezer-hetedik év december tizenharmadik napján.

    Magħmul f'Lisbona, fit-tlettax-il jum ta' Diċembru tas-sena elfejn u sebgħa.

    Gedaan te Lissabon, de dertiende december tweeduizend zeven.

    Sporządzono w Lizbonie dnia trzynastego grudnia roku dwa tysiące siódmego.

    Feito em Lisboa, em treze de Dezembro de dois mil e sete.

    Întocmit la Lisabona la treisprezece decembrie două mii șapte.

    V Lisabone dňa trinásteho decembra dvetisícsedem.

    V Lizboni, dne trinajstega decembra leta dva tisoč sedem.

    Tehty Lissabonissa kolmantenatoista päivänä joulukuuta vuonna kaksituhattaseitsemän.

    Som skedde i Lissabon den trettonde december tjugohundrasju.

    Voor Zijne Majesteit de Koning der Belgen

    Pour Sa Majesté le Roi des Belges

    Für Seine Majestät den König der Belgier

    Image

    „Deze handtekening verbindt eveneens de Vlaamse Gemeenschap, de Franse Gemeenschap, de Duitstalige Gemeenschap, het Vlaamse Gewest, het Waalse Gewest en het Brussels Hoofdstedelijk Gewest.”

    «Cette signature engage également la Communauté française, la Communauté flamande, la Communauté germanophone, la Région wallonne, la Région flamande et la Région de Bruxelles-Capitale.»

    „Diese Unterschrift bindet zugleich die Deutschsprachige Gemeinschaft, die Flämische Gemeinschaft, die Französische Gemeinschaft, die Wallonische Region, die Flämische Region und die Region Brüssel-Hauptstadt.“

    За Правителството на Република България

    Image

    Za prezidenta České republiky

    Image

    For Hendes Majestæt Danmarks Dronning

    Image

    Für den Präsidenten der Bundesrepublik Deutschland

    Image

    Eesti Vabariigi Presidendi nimel

    Image

    Thar ceann Uachtarán na hÉireann

    For the President of Ireland

    Image

    Για τον Πρόεδρο της Ελληνικής Δημοκρατίας

    Image

    Por Su Majestad el Rey de España

    Image

    Pour le Président de la République française

    Image

    Per il Presidente della Repubblica italiana

    Image

    Για τον Πρόεδρο της Κυπριακής Δημοκρατίας

    Image

    Latvijas Republikas Valsts prezidenta vārdā

    Image

    Lietuvos Respublikos Prezidento vardu

    Image

    Pour Son Altesse Royale le Grand-Duc de Luxembourg

    Image

    A Magyar Köztársaság Elnöke részéről

    Image

    Għall-President ta' Malta

    Image

    Voor Hare Majesteit de Koningin der Nederlanden

    Image

    Für den Bundespräsidenten der Republik Österreich

    Image

    Za Prezydenta Rzeczypospolitej Polskiej

    Image

    Pelo Presidente da República Portuguesa

    Image

    Pentru Președintele României

    Image

    Za predsednika Republike Slovenije

    Image

    Za prezidenta Slovenskej republiky

    Image

    Suomen Tasavallan Presidentin puolesta

    För Republiken Finlands President

    Image

    För Konungariket Sveriges regering

    Image

    For Her Majesty the Queen of the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland

    Image


    PROTOKOLLI

     

    A.   PROTOKOLLI LI GĦANDHOM JIĠU ANNESSI MAT-TRATTAT DWAR L-UNJONI EWROPEA, MAT-TRATTAT DWAR ILFUNZJONAMENT TA' L-UNJONI EWROPEA U, SKOND IL-KAŻ, MAT-TRATTAT LI JISTABBILIXXI L-KOMUNITÀ EWROPEA TA' L-ENERĠIJA ATOMIKA

     

    PROTOKOLL

    DWAR IR-RWOL TAL-PARLAMENTI NAZZJONALI FL-UNJONI EWROPEA

    IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

    FILWAQT LI JFAKKRU li l-mod li bih il-Parlamenti nazzjonali jeżerċitaw il-kontroll fuq il-gvern tagħhom f'dak li jolqot l-attivitajiet ta' l-Unjoni Ewropea jiddependi mill-organizzazzjoni u l-prattika kostituzzjonali partikolari ta' kull Stat Membru;

    BIX-XEWQA li jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni akbar tal-Parlamenti nazzjonali fl-attivitajiet ta' l-Unjoni Ewropea u li jkabbru l-kapaċità tagħhom li jesprimu l-opinjonijiet tagħhom dwar abbozzi ta' atti leġislattivi ta' l-Unjoni Ewropea kif ukoll dwar materji oħra li jistgħu jkunu ta' interess partikolari għalihom,

    FTEHMU dwar id-dispożizzjonijiet li ġejjin, li għandhom jiġu annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika:

    TITOLU I

    INFORMAZZJONI GĦALL-PARLAMENTI NAZZJONALI

    Artikolu 1

    Id-dokumenti ta' konsultazzjoni tal-Kummissjoni (green papers, white papers u komunikazzjonijiet) għandhom jintbagħtu direttament mill-Kummissjoni lill-Parlamenti nazzjonali hekk kif jiġu pubblikati. Il-Kummissjoni għandha wkoll tibgħat lill-Parlamenti nazzjonali l-programm leġislattiv annwali kif ukoll kwalunkwe strument ieħor ta' ppjanar leġislattiv jew ta' strateġija politika fl-istess ħin li tibgħathom lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    Artikolu 2

    L-abbozzi ta' atti leġislattivi mibgħuta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandhom jintbagħtu lill-Parlamenti nazzjonali.

    Għall-finijiet ta' dan il-Protokoll, “abbozz ta' att leġislattiv”, għandha tfisser il-proposti mill-Kummissjoni, l-inizjattivi ta' grupp ta' Stati Membri, l-inizjattivi tal-Parlament Ewropew, it-talbiet mill-Qorti tal-Ġustizzja, ir-rakkomandazzjonijiet mill-Bank Ċentrali Ewropew u t-talbiet mill-Bank Ewropew ta' l-Investiment, għall-adozzjoni ta' att leġislattiv.

    L-abbozzi ta' atti leġislattivi li jiġu mill-Kummissjoni għandhom jintbagħtu direttament lill-Parlamenti nazzjonali mill-Kummissjoni, fl-istess ħin li jintbagħtu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    L-abbozzi ta' atti leġislattivi li jiġu mill-Parlament Ewropew għandhom jintbagħtu direttament lill-Parlamenti nazzjonali mill-Parlament Ewropew.

    L-abbozzi ta' atti leġislattivi li jiġu minn grupp ta' Stati Membri, mill-Qorti tal-Ġustizzja, mill-Bank Ċentrali Ewropew jew mill-Bank Ewropew ta' l-Investiment għandhom jintbagħtu lill-Parlamenti nazzjonali mill-Kunsill.

    Artikolu 3

    Il-Parlamenti nazzjonali jistgħu jibgħatu opinjoni motivata lill-Presidenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, dwar il-konformità ta' abbozz ta' att leġislattiv mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, skond il-proċedura stabbilita fil-Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità.

    Jekk l-abbozz ta' att leġislattiv jiġi minn grupp ta' Stati Membri, il-President tal-Kunsill għandu jibgħat l-opinjoni jew l-opinjonijiet motivati lill-gvernijiet ta' dawk l-Istati Membri.

    Jekk l-abbozz ta' att leġislattiv jiġi mill-Qorti tal-Ġustizzja, mill-Bank Ċentrali Ewropew jew mill-Bank Ewropew ta' l-Investiment, il-President tal-Kunsill għandu jibgħat l-opinjoni jew l-opinjonijiet motivati lill-istituzzjoni jew il-korp konċernat.

    Artikolu 4

    Għandu jgħaddi perijodu ta' tmien ġimgħat bejn id-data ta' meta abbozz ta' att leġislattiv ikun disponibbli għall-Parlamenti nazzjonali fil-lingwi uffiċjali ta' l-Unjoni u d-data meta jitpoġġa fuq l-aġenda proviżorja tal-Kunsill biex jiġi adottat jew biex tiġi adottata pożizzjoni skond proċedura leġislattiva. Għandu jkun possibbli li jsiru eċċezzjonijiet f'każijiet ta' urġenza, li r-raġunijiet għaliha għandhom jiġu dikjarati fl-att jew fil-pożizzjoni tal-Kunsill. Ħlief f'każijiet urġenti li għalihom ikunu ngħataw raġunijiet xierqa, ma jista' jintlaħaq l-ebda ftehim fuq abbozz ta' att leġislattiv matul dawk it-tmien ġimgħat. Ħlief f'każijiet urġenti li għalihom ikunu ngħataw raġunijiet xierqa, għandu jgħaddi perijodu ta' għaxar t' ijiem bejn meta jitpoġġa abbozz ta' att leġislattiv fuq l-aġenda proviżorja tal-Kunsill u l-adozzjoni ta' pożizzjoni.

    Artikolu 5

    L-aġendi u r-riżultati tal-laqgħat tal-Kunsill, inklużi l-minuti tal-laqgħat li fihom il-Kunsill jiddiskuti abbozzi ta' atti leġislattivi, għandhom jintbagħtu direttament lill-Parlamenti nazzjonali, fl-istess ħin li jintbagħtu lill-gvernijiet ta' l-Istati Membri.

    Artikolu 6

    Meta l-Kunsill Ewropew ikollu l-intenzjoni li jagħmel użu mill-ewwel jew it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 48 (7) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Parlamenti nazzjonali għandhom ikunu infurmati dwar l-inizjattiva tal-Kunsill Ewropew mill-inqas sitt xhur qabel ma tkun adottata deċiżjoni.

    Artikolu 7

    Il-Qorti ta' l-Awdituri għandha tibgħat ir-rapport annwali tagħha lill-Parlamenti nazzjonali għall-informazzjoni, fl-istess ħin li tibagħtu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    Artikolu 8

    Fejn is-sistema parlamentari nazzjonali ma tkunx b' kamra waħda, l-Artikoli 1 sa 7 għandhom japplikaw għall-kmamar li jikkomponuha.

    TITOLU II.

    KOOPERAZZJONI INTERPARLAMENTARI

    Artikolu 9

    Il-Parlament Ewropew u l-Parlamenti nazzjonali għandhom jiddeterminaw flimkien l-organizzazzjoni u l-promozzjoni ta' kooperazzjoni interparlamentari effettiva u regolari fi ħdan l-Unjoni.

    Artikolu 10

    Konferenza tal-korpi parlamentari speċjalizzati fl-affarijiet ta' l-Unjoni tista' tippreżenta kull kontribuzzjoni li jidhrilha xierqa għall-attenzjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni. Din il-konferenza għandha tippromwovi, fost affarijiet oħra, l-iskambju ta' informazzjoni u ta' l-aħjar prattika bejn il-Parlamenti nazzjonali u l-Parlament Ewropew, inklużi il-kumitati speċjali tagħhom. Din tista' wkoll torganizza konferenzi interparlamentari fuq suġġetti speċifiċi, partikolarment sabiex tiddibatti dwar il-kwistjonijiet ta' politika barranija u ta' sigurtà komuni, inkluża l-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni. Il-kontribuzzjonijiet tal-konferenza m'għandhomx jorbtu lill-Parlamenti nazzjonali u m'għandhomx jippreġudikaw il-pożizzjonijiet tagħhom.

    PROTOKOLL

    DWAR L-APPLIKAZZJONI TAL-PRINĊIPJI TAS-SUSSIDJARJETÀ U L-PROPORZJONALITÀ

    IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

    BILLI JIXTIEQU li jaraw li d-deċiżjonijiet jittieħdu kemm jista' jkun qrib taċ-ċittadini ta' l-Unjoni;

    DETERMINATI li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, kif stabbiliti fl-Artikolu 3b tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u kif ukoll li jistabbilixxu sistema għall-monitoraġġ ta' l-applikazzjoni ta' dawk il-prinċipji,

    QABLU dwar id-dispożizzjonijet li ġejjin, li għandhom ikunu annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea:

    Artikolu 1

    Kull istituzzjoni għandha tassigura r-rispett kontinwu tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, kif stabbiliti fl-Artikolu 3b tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 2

    Qabel ma tipproponi att leġislattiv, il-Kummissjoni għandha tagħmel konsultazzjonijiet wiesgħa. Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom, fejn ikun xieraq, iqisu d-dimensjoni reġjonali u lokali ta' l-azzjoni maħsuba. F'każijiet ta' urġenza eċċezzjonali, l-Kummissjoni m'għandhiex tagħmel dawn il-konsultazzjonijiet. Din għandha tagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha fil-proposta tagħha.

    Artikolu 3

    Għall-finijiet ta' dan il-Protokoll, “abbozz ta' att leġislattiv”, għandha tfisser il-proposti mill-Kummissjoni, l-inizjattivi ta' grupp ta' Stati Membri, l-inizjattivi tal-Parlament Ewropew, it-talbiet mill-Qorti tal-Ġustizzja, ir-rakkomandazzjonijiet mill-Bank Ċentrali Ewropew jew it-talbiet mill-Bank Ewropew ta' l-Investiment, għall-adozzjoni ta' att leġislattiv.

    Artikolu 4

    Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-abbozzi tagħha ta' atti leġislattivi kif ukoll l-abbozzi emendati tagħha lill-Parlamenti nazzjonali fl-istess ħin li tibgħathom lil-leġislatur ta' l-Unjoni.

    Il-Parlament Ewropew għandu jibgħat l-abbozzi tiegħu ta' atti leġislattivi kif ukoll l-abbozzi emendati tiegħu lill-Parlamenti nazzjonali.

    Il-Kunsill għandu jibgħat l-abbozzi ta' atti leġislattivi li jiġu minn grupp ta' Stati Membri, mill-Qorti tal-Ġustizzja, mill-Bank Ċentrali Ewropew jew mill-Bank Ewropew ta' l-Investiment, kif ukoll abbozzi emendati, lill-Parlamenti nazzjonali.

    Ir-riżoluzzjonijiet leġislattivi tal-Parlament Ewropew u l-pożizzjonijiet tal-Kunsill għandhom, meta jiġu adottati, jintbagħtu mill-Kunsill lill-Parlamenti nazzjonali.

    Artikolu 5

    L-abbozzi ta' atti leġislattivi għandhom jiġu ġustifikati fir-rigward tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità. Kull abbozz ta' att leġislattiv għandu jinkludi fih dikjarazzjoni bl-elementi dettaljati li tippermetti l-valutazzjoni tar-rispett tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità. Din id-dikjarazzjoni għandha tinkludi elementi li jippermettu l-valutazzjoni ta' l-impatt finanzjarju ta' l-abbozz u, fil-każ ta' direttiva, ta' l-implikazzjonijiet tagħha għar-regoli li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri, inkluż, fejn ikun meħtieġ, il-leġislazzjoni reġjonali. Ir-raġunijiet li jwasslu għall-konklużjoni li objettiv ta' l-Unjoni jista' tintlaħaq aħjar fil-livell ta' l-Unjoni għandhom jiġu sostanzjati b'indikaturi kwalitattivi u, fejn ikun possibbli, kwantitattivi. L-abbozzi ta' atti leġislattivi għandhom iqisu l-ħtieġa li kwalunkwe piż, kemm finanzjarju kif ukoll amministrattiv, li jaqa' fuq l-Unjoni, fuq il-gvernijiet nazzjonali, fuq l-awtoritajiet reġjonali jew lokali, fuq l-operaturi ekonomiċi u fuq iċ-ċittadini, ikun minimizzat kemm jista' jkun u jkun proporzjonat ma' l-objettiv li jrid jintlaħaq.

    Artikolu 6

    Kull parlament nazzjonali jew kull kamra ta' parlament nazzjonali jistgħu, fi żmien tmien ġimgħat mid-data minn meta jirċievu abbozz ta' att leġislattiv fil-lingwi uffiċjali ta' l-Unjoni, jibgħatu lill-Presidenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni opinjoni motivata bir-raġunijiet li għalihom iqisu li l-abbozz in kwistjoni ma jimxix mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Kull parlament nazzjonali u kull kamra ta' parlament nazzjonali jistgħu jikkonsultaw, fejn ikun xieraq, mal-Parlamenti reġjonali li jkollhom setgħat leġislattivi.

    Jekk l-abbozz ta' att leġislattiv ikun ġej minn grupp ta' Stati Membri, il-President tal-Kunsill għandu jibgħat l-opinjoni lill-gvernijiet ta' dawk l-Istati Membri.

    Jekk l-abbozz ta' att leġislattiv ikun ġej mill-Qorti tal-Ġustizzja, mill-Bank Ċentrali Ewropew jew mill-Bank Ewropew ta' l-Investiment, il-President tal-Kunsill għandu jibgħat l-opinjoni lill-istituzzjoni jew il-korp ikkonċernat.

    Artikolu 7

    1.   Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, kif ukoll, fejn huwa xieraq, il-grupp ta' Stati Membri, il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Bank Ċentrali Ewropew jew il-Bank Ewropew ta' l-Investiment, jekk l-abbozz ta' att leġislattiv ġej minnhom, għandhom iqisu l-opinjonijiet motivati tal-Parlamenti nazzjonali jew ta' kamra ta' parlament nazzjonali.

    Kull parlament nazzjonali għandu jkollu żewġ voti, imqassma fuq il-bażi tas-sistema parlamentari nazzjonali. Fil-każ ta' sistema Parlamentari bikamerali, kull waħda miż-żewgt ikmamar għandu jkollha vot wieħed.

    2.   Meta l-opinjonijiet motivati dwar in-nuqqas ta' rispett tal-prinċipju tas-sussidjarjetà ta' abbozz ta' att leġislattiv jirrappreżentaw għall-anqas terz tal-voti kollha allokati lill-Parlamenti nazzjonali skond it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-abbozz għandu jiġi rivedut. Dan il-proporzjoni għandu jkun ta' kwart fil-każ ta' abbozz ta' att leġislattiv preżentat skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 68 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja.

    Wara din ir-reviżjoni, il-Kummissjoni jew, skond il-każ, il-grupp ta' Stati Membri, il-Parlament Ewropew, il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Bank Ċentrali Ewropew jew il-Bank Ewropew ta' l-Investiment, jekk l-abbozz ta' att leġislattiv ikun ġej minnhom, jistgħu jiddeċiedu li jżommu, jemendaw jew jirtiraw l-abbozz. Għandhom jingħataw raġunijiet għal din id-deċiżjoni.

    3.   Barra minn hekk, fil-qafas tal-proċedura leġislattiva ordinarja, meta l-opinjonijiet motivati dwar in-nuqqas ta' rispett tal-prinċipju tas-sussidjarjetà ta' proposta ta' att leġislattiv jirrappreżentaw għall-anqas maġġoranza sempliċi tal-voti kollha allokati lill-Parlamenti nazzjonali skond it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, il-proposta għandha tiġi riveduta. Wara din ir-reviżjoni, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li żżomm, li temenda jew li tirtira l-proposta.

    Jekk tagħżel li żżommha, il-Kummissjoni jkollha tiġġustifika għaliex tqis li l-proposta tirrispetta l-prinċipju tas-sussidjarjetà, permezz ta' opinjoni motivata. Din l-opinjoni motivata kif ukoll l-opinjonijiet motivati mill-Parlamenti nazzjonali, iridu jintbagħtu lil-leġislatur ta' l-Unjoni għall-konsiderazzjoni fil-proċedura:

    a)

    qabel jiġi konkluż l-ewwel qari, il-leġislatur (il-Parlament Ewropew u l-Kunsill) għandu jeżamina l-kompatibilità tal-proposta leġislattiva mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, b'kont partikolari meħud tar-raġunijiet espressi u kondiviżi mill-maġġoranza tal-Parlamenti nazzjonali kif ukoll ta' l-opinjoni motivata tal-Kummissjoni;

    b)

    Jekk, permezz ta' maġġoranza ta' 55 % tal-membri tal-Kunsill jew ta' maġġoranza tal-voti espressi fil-Parlament Ewropew, il-leġislatur huwa ta' l-opinjoni li l-proposta ma' tkunx kompatibbli mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, il-proposta leġislattiva m'għandhiex tiġi kkunsidrata aktar.

    Artikolu 8

    Il-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea għandha tkun kompetenti sabiex tiddeċiedi dwar rikorsi fuq ksur tal-prinċipji tas-sussidjarjetà minn att leġislattiv, li jitressqu skond ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 230 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, mill-Istati Membri jew li jiġu notifikati minnhom skond l-ordinament ġuridiku tagħhom f'isem parlament nazzjonali jew kamra minnu.

    Skond ir-regoli previsti fl-imsemmi Artikolu, il-Kumitat tar-Reġjuni jista' wkoll jagħmel rikors bħal dan kontra l-atti leġislattivi li għalihom t-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea jipprevedi l-konsultazzjoni mal-Kumitat tar-Reġjuni għall-adozzjoni tagħhom.

    Artikolu 9

    Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport kull sena lill-Kunsill Ewropew, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Parlamenti nazzjonali dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 3b tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Dan ir-rapport annwali għandu jiġi mgħoddi wkoll lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

    PROTOKOLL

    DWAR IL-GRUPP TA' L-EURO

    IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

    BIX-XEWQA li jippromovu l-kondizzjonijiet għal tkabbir ekonomiku aktar b'saħħtu fl-Unjoni Ewropea u, għal dak il-għan, li jiżviluppaw il-koordinazzjoni dejjem iktar mill-qrib tal-politika ekonomika fiż-żona ta' l-euro;

    KONXJI mill-bżonn li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċjali għal djalogu msaħħaħ bejn l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, sa ma l-euro tkun saret il-munita ta' l-Istati Membri kollha ta' l-Unjoni,

    QABLU dwar id-dispożizzjonijet li ġejjin, li għandhom ikunu annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea:

    Artikolu 1

    Il-Ministri ta' l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jiltaqgħu informalment. Dawn il-laqgħat għandhom iseħħu, skond il-ħtieġa, biex ikunu diskussi kwistjonijiet marbuta mar-responsabbiltajiet speċifiċi li huma jaqsmu fejn tidħol il-munita unika. Il-Kummissjoni għandha tieħu sehem fil-laqgħat. Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jkun mistieden jieħu sehem f'dawn il-laqgħat, li għandhom ikunu preparati mir-rappreżentanti tal-Ministri responsabbli għall-finanzi ta' l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u tal-Kummissjoni.

    Artikolu 2

    Il-Ministri ta' l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jeleġġu president għal sentejn u nofs, bil-maġġoranza ta' dawk l-Istati Membri.

    PROTOKOLL

    DWAR IL-KOOPERAZZJONI STRUTTURATA PERMANENTI STABBILITA MILL-ARTIKOLU 27 TAT-TRATTAT DWAR L-UNJONI EWROPEA

    IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

    WARA LI KKUNSIDRAW l-Artikolu 28 A(6) u l-Artikolu 28 E tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

    FILWAQT LI JFAKKRU li l-Unjoni tmexxi politika barranija u ta' sigurtà komuni msejsa fuq il-kisba ta' konverġenza dejjem akbar ta' l-azzjonijiet ta' l-Istati Membri;

    FILWAQT LI JFAKKRU li l-politika ta' sigurtà u difiża komuni hija parti integrali mill-politika barranija u ta' sigurtà komuni; li din tipprovdi lill-Unjoni b'kapaċità operazzjonali b'assi ċivili u militari; li l-Unjoni tista' tuża' dawn l-assi għall-missjonijiet previsti fl-Artikolu 28 B tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea barra mill-Unjoni għaż-żamma tal-paċi, għall-prevenzjoni ta' kunflitti u għat-tisħiħ tas-sigurtà internazzjonali skond il-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti; li t-twettiq ta' dawn il-kompiti jsir billi jintużaw l-kapaċitajiet militari provduti mill-Istati Membri skond il-prinċipju ta' “ġabra waħda ta' forzi”;

    FILWAQT LI JFAKKRU li l-politika ta' sigurtà u difiża komuni ta' l-Unjoni ma tippreġudikax il-karattru speċifiku tal-politika ta' sigurtà u difiża ta' ċerti Stati Membri;

    FILWAQT LI JFAKKRU li l-politika ta' sigurtà u difiża komuni ta' l-Unjoni tirrispetta l-obbligi taħt it-Trattat tan-Nord Atlantiku ta' dawk l-Istati Membri, li jqisu li d-difiża komuni tagħhom tkun imwettqa fl-Organizzazzjoni tat-Trattat tan-Nord Atlantiku, li tibqa' s-sisien tad-difiża kollettiva tal-membri tagħha, u hija kompatibbli mal-politika ta' sigurtà u difiża komuni stabbilita f'dak il-qafas;

    KONVINTI li rwol aktar b'saħħtu ta' l-Unjoni fl-oqsma tas-sigurtà u tad-difiża ser jikkontribwixxi għall-vitalità ta' alleanza atlantika mġedda, skond l-arranġamenti hekk imsejħa “Berlin Plus”.

    DETERMINATI li jassiguraw li l-Unjoni tkun kapaċi tassumi b'mod sħiħ ir-responsabbiltajiet tagħha fi ħdan il-komunità internazzjonali;

    FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tista' titlob l-għajnuna ta' l-Unjoni għall-implimentazzjoni urġenti ta' missjonijiet meħuda skond il-Kapitoli VI u VII tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti;

    FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li t-tisħiħ tal-politika ta' sigurtà u difiza ser jeħtieġ sforzi mill-Istati Membri fil-qasam tal-kapaċitajiet;

    KONXJI li l-avvanz għal stadju ġdid fl-iżvilupp tal-politika Ewropea ta' sigurtà u difiża jinvolvi sforzi determinati mill-Istati Membri disposti;

    FILWAQT LI JFAKKRU l-importanza li r-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà jkun involut b'mod sħiħ fil-ħidma tal-kooperazzjoni strutturata permanenti,

    QABLU dwar id-dispożizzjonijet li ġejjin, li għandhom ikunu annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea:

    Artikolu 1

    Il-kooperazzjoni strutturata permanenti prevista fl-Artikolu 28 A(6) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea għandha tkun miftuħa għal kull Stat Membru li, mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, jintrabat li:

    a)

    jipproċedi b'mod aktar intensiv sabiex jiżviluppa l-kapaċitajiet ta' difiża tiegħu, permezz ta' l-iżvilupp tal-kontribuzzjonijiet nazzjonali u l-parteċipazzjoni tiegħu, fejn xieraq, fil-forzi multinazzjonali, fil-programmi prinċipali Ewropej tat-tagħmir, u fl-attività ta' l-aġenzija Ewropea fil-qasam ta' l-iżvilupp tal-kapaċitajiet tad-difiża, tar-riċerka, ta' l-akkwist u ta' l-armamenti (Aġenzija Ewropea tad-Difiża), u

    b)

    jkollu l-kapaċità li jforni sa mhux aktar tard mill-2010, fuq livell nazzjonali jew bħala parti minn gruppi ta' forza multinazzjonali, unitajiet tal-ġlied immirati għall-missjonijiet pjanati, strutturati fuq il-livell tattiku bħala grupp ta' battalja, b'elementi ta' appoġġ bħat-trasport u l-loġistika, kapaċi li jwettqu l-kompiti previsti fl-Artikolu 28 B tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea f'perijodu ta' minn 5 sa 30 jum, b'mod partikolari b'risposta għal talbiet mill-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, u li jkunu jistgħu jiġu sostnuti għal perijodu inizjali ta' 30 jum li jkun jista' jiġi mtawwal għal ta' l-inqas għal 120 jum.

    Artikolu 2

    Sabiex jinkisbu l-objettivi previsti fl-Artikolu 1, l-Istati Membri li jipparteċipaw fil-kooperazzjoni strutturata permanenti għandhom jintrabtu li:

    a)

    jikkooperaw, sa mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, bil-ħsieb li jinkisbu l-objettivi approvati dwar il-livell ta' infiq għall-investiment f'tagħmir ta' difiża, u jirrivedu dawn l-objettivi regolarment fid-dawl taċ-ċirkostanzi tas-sigurtà u tar-responsabbiltajiet internazzjonali ta' l-Unjoni;

    b)

    kemm jista' jkun jallinjaw l-apparat tad-difiża tagħhom ma' xulxin, b'mod partikolari billi jarmonizzaw l-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet militari tagħhom, billi jiġbru flimkien u, fejn xieraq, jispeċjalizzaw il-mezzi u l-kapaċitajiet tad-difiża tagħhom, kif ukoll billi jinkoraġġixxu l-kooperazzjoni fl-oqsma tat-taħriġ u l-loġistika;

    c)

    jieħdu miżuri konkreti sabiex isaħħu d-disponibbiltà, l-interoperabbiltà, il-flessibiltà u l-kapaċità fl-insedjament tal-forzi tagħhom, b'mod partikolari billi jidentifikaw l-objettivi komuni fl-impenn ta' forzi, inkluż possibbilment ir-reviżjoni tal-proċeduri deċiżjonali nazzjonali tagħhom;

    d)

    jaħdmu flimkien sabiex jassiguraw li jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jagħmlu tajjeb, inkluż permezz ta' approċċi multinazzjonali, u mingħajr preġudizzju għall-impenji f'dan ir-rigward fi ħdan l-Organizzazzjoni tat-Trattat tan-Nord Atlantiku, għan-nuqqasijiet li jidhru fil-qafas tal-“Mekkaniżmu ta' l-Iżvilupp tal-Kapaċità”;

    e)

    jieħdu sehem, fejn ikun xieraq, fl-iżvilupp ta' programmi konġunti jew Ewropej maġġuri ta' tagħmir fil-qafas ta' l-Aġenzija Ewropea tad-Difiża.

    Artikolu 3

    L-Aġenzija Ewropea tad-Difiża għandha tikkontribwixxi għall-valutazzjoni regolari tal-kontribuzzjonijiet ta' l-Istati Membri parteċipanti fir-rigward tal-kapaċitajiet, b'mod partikolari kontribuzzjonijiet magħmula skond il-kriterji li għandhom jiġu stabbiliti, fost l-oħrajn, abbażi ta' l-Artikolu 2, u għandha tirrapporta dwarhom ta' l-inqas darba fis-sena. Il-valutazzjoni tista' sservi bħala bażi għar-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet tal-Kunsill adottati skond l-Artikolu 28 E tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

    PROTOKOLL

    DWAR L-ARTIKOLU 6(2) TAT-TRATTAT DWAR L-UNJONI EWROPEA DWAR L-ADEŻJONI TA' L-UNJONI GĦALLKONVENZJONI EWROPEA GĦALL-PROTEZZJONI TAD-DRITTIJIET TAL-BNIEDEM U L-LIBERTAJIET FUNDAMENTALI

    IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

    QABLU dwar id-dispożizzjonijet li ġejjin, li għandhom ikunu annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea:

    Artikolu 1

    Il-ftehim dwar l-adeżjoni ta' l-Unjoni għall-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (minn hawn 'il quddiem imsejħa l-“Konvenzjoni Ewropea”), previst fl-Artikolu 6(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għandu jirrifletti l-ħtieġa li jinżammu l-karatteristiċi speċifiċi ta' l-Unjoni u tad-dritt ta' l-Unjoni, b'mod partikolari fir-rigward ta':

    a)

    l-arranġamenti speċifiċi għall-parteċipazzjoni eventwali ta' l-Unjoni fil-korpi ta' kontroll tal-Konvenzjoni Ewropea;

    b)

    l-mekkaniżmi meħtieġa biex jiġi assigurat li l-proċedimenti minn Stati mhux Membri u l-applikazzjonijiet individwali jkunu indirizzati b'mod korrett lill-Istati Membri u/jew l-Unjoni skond il-każ.

    Artikolu 2

    Il-ftehim previst fl-Artikolu 1 għandu jassigura li l-adeżjoni ta' l-Unjoni ma tolqotx il-kompetenzi tagħha u s-setgħat ta' l-istituzzonijiet tagħha. Għandu jassigura li xejn fih ma jolqot is-sitwazzjoni partikolari ta' l-Istati Membri fir-rigward tal-Konvenzjoni Ewropea, b'mod partikulari fir-rigward tal-Protokolli tagħha, il-miżuri meħuda mill-Istati Membri li jidderogaw mill-Konvenzjoni Ewropea, skond l-Artikolu 15 tagħha, u r-riservi għall-Konvenzjoni Ewropea magħmula minn Stati Membri skond l-Artikolu 57 tagħha.

    Artikolu 3

    Xejn fil-ftehim previst fl-Artikolu 1 m' għandu jolqot l-Artikolu 292 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

    PROTOKOLL

    DWAR IS-SUQ INTERN U L-KOMPETIZZJONI

    IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

    FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW li s-suq intern kif stabbilit fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jinkludi sistema li tassigura li l-kompetizzjoni ma tiġix distorta,

    QABLU li għal dawn l-għanijiet l-Unjoni għandha, jekk meħtieġ, tieħu miżuri skond id-dispożizzjonijiet tat-Trattati, b'inkluż l-Artikolu 308 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan il-Protokoll għandu jiġi anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

    PROTOKOLL

    DWAR L-APPLIKAZZJONI TAL-KARTA TAD-DRITTIJIET FUNDAMENTALI TA' L-UNJONI EWROPEA GĦALL-POLONJA U GĦAR-RENJU UNIT

    IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

    BILLI fl-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Unjoni tirrikonoxxi d-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea;

    BILLI l-Karta għandha tiġi applikata f'konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6 msemmi' qabel u mat-Titolu VII tal-Karta nnifisha;

    BILLI l-Artikolu 6 msemmi qabel jeħtieġ li l-Karta tkun applikata u interpretata mill-qrati tal-Polonja u tar-Renju Unit f' konformità stretta ma' l-ispjegazzjonijiet imsemmija f'dak l-Artikolu;

    BILLI l-Karta fiha kemm drittijiet kif ukoll prinċipji;

    BILLI l-Karta fiha kemm dispożizzjonijiet li huma ta' karattru ċivili u politiku u dawk li huma ta' karattru ekonomiku u soċjali;

    BILLI l-Karta tikkonferma d-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji rikonoxxuti fl-Unjoni u tagħmel dawk id-drittijiet aktar viżibbli, mingħajr ma toħloq drittijiet jew prinċipji ġodda;

    IFAKKRU l-obbligi tal-Polonja u tar-Renju Unit taħt it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea u l-liġi ta' l-Unjoni b'mod ġenerali;

    JINNOTAW ix-xewqa tal-Polonja u tar-Renju Unit li jiċċaraw ċerti aspetti ta' l-applikazzjoni tal-Karta;

    XEWQANA għalhekk li jiċċaraw l-applikazzjoni tal-Karta rigward il-liġijiet u l-azzjoni amministrattiva tal-Polonja u tar-Renju Unit, kif ukoll il-ġustizzjabbiltà tagħha fil-Polonja u fir-Renju Unit;

    JAFFERMAW MILL-ĠDID li referenzi f'dan il-Protokoll għall-implimentazzjoni ta' dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Karta huma strettament mingħajr preġudizzju għall-implimentazzjoni ta' dispożizzjonijiet oħra tal-Karta;

    JAFFERMAW MILL-ĠDID li dan il-Protokoll huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Karta għall-Istati Membri l-oħra;

    JAFFERMAW MILL-ĠDID li dan il-Protokoll huwa mingħajr preġudizzju għall-obbligi l-oħra tal-Polonja u tar-Renju Unit taħt it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, u l-liġi ta' l-Unjoni b'mod ġenerali;

    QABLU dwar id-dispożizzjonijet li ġejjin, li għandhom ikunu annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea:

    Artikolu 1

    1.   Il-Karta ma testendix il-fakulta tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea, jew kwalunkwe qorti jew tribunal tal-Polonja jew tar-Renju Unit, li ssib li l-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet, il-prattiki jew l-azzjonijiet amministrattivi tal-Polonja jew tar-Renju Unit huma inkonsistenti mad-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji fundamentali li hija tafferma mill-ġdid.

    2.   B'mod partikolari, u biex jiġi evitat kull dubju, xejn fit-Titolu IV tal-Karta ma joħloq drittijiet ġustizzjabbli applikabbli għall-Polonja jew għar-Renju Unit, ħlief sa fejn il-Polonja jew ir-Renju Unit ikunu ipprevedew tali drittijiet fil-liġi nazzjonali tagħhom.

    Artikolu 2

    Meta dispożizzjoni tal-Karta tirreferi għall-prattiki u l-liġijiet nazzjonali, din għandha tapplika għall-Polonja jew għar-Renju Unit biss fil-limitu li d-drittijiet jew il-prinċipji li jinsabu fiha jkunu rikonoxxuti fil-liġi jew fil-prattiki tal-Polonja jew tar-Renju Unit.

    PROTOKOLL

    DWAR L-EŻERĊIZZJU TAL-KOMPETENZI KONDIVIŻI

    IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

    QABLU dwar id-dispożizzjonijet li ġejjin, li għandhom ikunu annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea:

    Artikolu uniku

    B'referenza għall-Artikolu 2 A(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea dwar kompetenzi kondiviżi, meta l-Unjoni tkun ħadet azzjoni f'ċertu qasam, il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-eżerċizzju ta' kompetenza jkopri biss dawk l-elementi regolati mill-att ta' l-Unjoni konċernat u għalhekk ma jkoprix il-qasam kollu.

    PROTOKOLL

    DWAR IS-SERVIZZI TA' INTERESS ĠENERALI

    IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

    XEWQANA li jenfasizzaw l-importanza tas-servizzi ta' interess ġenerali

    QABLU DWAR id-dispożizzjonijiet ta' interpretazzjoni li ġejjin, li għandhom jiġu annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea:

    Artikolu 1

    Il-valuri komuni ta' l-Unjoni fir-rigward tas-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali fit-tifsira ta' l-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea jinkludu b'mod partikolari:

    ir-rwol essenzjali u d-diskrezzjoni wiesgħa ta' l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali li jipprovdi, jikkummisjonaw u jorganizzaw is-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali li jkunu qrib kemm jista' jkun tal-ħtiġijiet ta' l-utenti;

    id-diversità bejn is-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali u d-differenzi fil-ħtiġijiet u l-preferenzi ta' l-utenti li jistgħu jirriżultaw minn sitwazzjonijiet ġeografiċi, soċjali jew kulturali differenti;

    livell għoli f' termini ta' kwalità, sigurtà u affordability, it-trattament indaqs u l-promozzjoni ta' aċċess universali u tad-drittijiet ta' l-utenti;

    Artikolu 2

    Id-dispożizzjonijiet tat-Trattati ma jaffettwaw bl-ebda mod il-kompetenza ta' l-Istati Membri li jipprovdi, jikkummisjonaw u jorganizzaw is-servizzi non-ekonomiċi ta' interess ġenerali.

    PROTOKOLL

    DWAR ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TA' L-ARTIKOLU 9 C(4) TAT-TRATTAT DWAR L-UNJONI EWROPEA U L-ARTIKOLU 205 (2) TAT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI EWROPEA BEJN L-1 TA' NOVEMBRU 2014 U L-31 TA' MARZU 2017 MIN-NAĦA L-WAĦDA, U MILL-1 TA' APRIL 2017 MIN-NAĦA L-OĦRA

    IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

    B'KONT MEĦUD ta' l-importanza fundamentali li l-qbil dwar id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 9 C (4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 205 (2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea bejn l-1 ta' Novembru 2014 u l-31 ta' Marzu 2017 min-naħa l-waħda, u mill-1 ta' April 2017 min-naħa l-oħra (minn issa 'l quddiem, “id-Deċiżjoni”) fl-approvazzjoni tat-Trattat ta' Lisbona;

    QABLU DWAR id-dispożizzjonijiet li ġejjin, li għandhom jiġu annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea:

    Artikolu uniku

    Qabel l-eżami mill-Kunsill ta' kwalunkwe abbozz li jkun jimmira jew li jemenda jew li jirrevoka d-Deċiżjoni jew kwalunkwe dispożizzjoni tagħha, jew li jemenda indirettament il-kamp ta' applikazzjoni jew it-tifsira tagħha permezz tal-modifika ta' att legali ieħor ta' l-Unjoni, il-Kunsill Ewropew għandu jwettaq deliberazzjoni preliminari dwar l-abbozz imsemmi, waqt li jaġixxi b' konsensus skond l-Artikolu 9 B(4) tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea.

    PROTOKOLL

    DWAR ID-DISPOŻIZZJONIJIET TRANSITORJI

    IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

    BILLI, sabiex tiġi organizzata t-transizzjoni bejn id-dispożizzjonijiet istituzzjonali tat-Trattati applikabbli qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona u dawk previsti mill-imsemmi Trattat huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet transitorji,

    FTEHMU dwar id-dispożizzjonijiet li ġejjin, li għandhom jiġu annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika:

    Artikolu 1

    F'dan il-Protokoll, il-kliem “it-Trattati” jfissru t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika.

    TITOLU I

    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PARLAMENT EWROPEW

    Artikolu 2

    Skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 9A(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kunsill Ewropew għandu jadotta deċiżjoni li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew fi żmien opportun qabel l-elezzjonijiet parlamentari Ewropej ta' l-2009.

    Sa l-aħħar tal-leġislatura 2004-2009, il-kompożizzjoni u n-numru tal-membri tal-Parlament Ewropew għandhom jibqgħu hekk kif inhuma fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona.

    TITOLU II

    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-MAĠĠORANZA KWALIFIKATA

    Artikolu 3

    1.   Skond l-Artikolu 9 C(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, id-dispożizzjonijiet ta' dan il-paragrafu u d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 205 (2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea dwar id-definizzjoni tal-maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill Ewropew u fil-Kunsill, għandu jkollhom effett mill-1 ta' Novembru 2014.

    2.   Bejn l-1 ta' Novembru 2014 u l-31 ta' Marzu 2017, meta att ikollu jiġi adottat bil-maġġoranza kwalifikata, membru tal-Kunsill jista' jitlob li l-att jiġi adottat bil-maġġoranza kwalifikata kif definita fil-paragrafu 3. F'dak il-każ, għandhom japplikaw il-paragrafi 3 u 4.

    3.   Sal-31 ta' Ottubru 2014, għandhom ikunu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet li ġejjin, mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 201a(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea:

    Fejn il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill għandhom jaġixxu bil-maġġoranza kwalifikata, il-voti tal-membri għandhom jitqiesu li għandhom il-piż kif ġej:

    Belġju

    12

    Bulgarija

    10

    Repubblika Ċeka

    12

    Danimarka

    7

    Ġermanja

    29

    Estonja

    4

    Irlanda

    7

    Greċja

    12

    Spanja

    27

    Franza

    29

    Italja

    29

    Ċipru

    4

    Latvja

    4

    Litwanja

    7

    Lussemburgu

    4

    Ungerija

    12

    Malta

    3

    Olanda

    13

    Awstrija

    10

    Polonja

    27

    Portugall

    12

    Rumanija

    14

    Slovenja

    4

    Slovakkja

    7

    Finlandja

    7

    Svezja

    10

    Renju Unit

    29

    L-atti għandhom jiġu adottati jekk ikun hemm mill-inqas 255 vot favur li jirrappreżentaw il-maġġoranza tal-membri meta, skond it-Trattati, għandhom jiġu adottati fuq proposta tal-Kummissjoni. F'każijiet oħra l-atti għandhom jiġu adottati jekk ikun hemm mill-inqas 255 vot favur li jirrappreżentaw mhux anqas minn żewġ terzi tal-membri.

    Membru tal-Kunsill Ewropew jew tal-Kunsill jista' jitlob li, fejn att huwa adottat mill-Kunsill Ewropew jew mill-Kunsill b'maġġoranza kwalifikata, jiġ verifikat jekk l-Istati Membri li jiffurmaw din il-maġġoranza kwalifikata jirrappreżentawx mill-inqas 62 % tal-popolazzjoni totali ta' l-Unjoni. Jekk jinstab li dan ma jkunx il-każ, l-att m'għandux ikun adottat.

    4.   Sal-31 ta' Ottubru 2014, fil-każijiet fejn, skond it-Trattati mhux il-membri kollha tal-Kunsill jipparteċipaw fil-vot, jiġifieri fil-każijiet fejn issir referenza għall-maġġoranza kwalifikata definita skond l-Artikolu 205(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, il-maġġoranza kwalifikata għandha tkun imfissra bħala li hija l-istess proporzjon tal-voti peżati u l-istess proporzjon tan-numru tal-membri tal-Kunsill u, jekk ikun xieraq, l-istess perċentwali tal-popolazzjoni ta' l-Istati Membri konċernati kif stabbilit fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

    TITOLU III

    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-FORMAZZJONIJIET TAL-KUNSILL

    Artikolu 4

    Sakemm tidħol fis-seħħ id-deċiżjoni prevista fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 9 C(6) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kunsill jista' jiltaqa' fil-konfigurazzjonijiet previsti fit-tieni u t-tielet subparagrafi ta' dak il-paragrafu kif ukoll fil-konfigurazzjonijiet l-oħra fuq il-lista stabbilita b'deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-Affarijiet Ġenerali, li jaġixxi b'maġġoranza sempliċi.

    TITOLU IV

    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KUMMISSJONI, INKLUŻ IR-RAPPREŻENTANT GĦOLI TA' L-UNJONI GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U L-POLITIKA TA' SIGURTÀ

    Artikolu 5

    Il-Membri tal-Kummissjoni fil-kariga fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona għandhom jibqgħu fil-kariga sat-tmiem tal-mandat tagħhom. Madankollu, fil-jum tal-ħatra tar-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandu jintemm il-mandat tal-membru li jkollu l-istess nazzjonalità tar-Rappreżentant Għoli.

    TITOLU V

    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IS-SEGRETARJU ĠENERALI TAL-KUNSILL, IR-RAPPREŻENTANT GĦOLI GĦALL-POLITIKA BARRANIJA U TA' SIGURTÀ KOMUNI U D-DEPUTAT SEGRETARJU ĠENERALI TAL-KUNSILL

    Artikolu 6

    Il-mandati tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, ir-Rappreżentant Għoli għall-politika barranija u ta' sigurtà komuni u d-Deputat Segretarju Ġenerali tal-Kunsill għandhom jintemmu fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona. Il-Kunsill għandu jaħtar Segretarju Ġenerali skond l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

    TITOLU VI

    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KORPI KONSULTATTIVI

    Artikolu 7

    Sakemm tidħol fis-seħħ id-deċiżjoni prevista fl-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, l-allokazzjoni tal-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għandha tkun kif ġej:

    Belġju

    12

    Bulgarija

    12

    Repubblika Ċeka

    12

    Danimarka

    9

    Ġermanja

    24

    Estonja

    7

    Irlanda

    9

    Greċja

    12

    Spanja

    21

    Franza

    24

    Italja

    24

    Ċipru

    6

    Latvja

    7

    Litwanja

    9

    Lussemburgu

    6

    Ungerija

    12

    Malta

    5

    Olanda

    12

    Awstrija

    12

    Polonja

    21

    Portugall

    12

    Rumanija

    15

    Slovenja

    7

    Slovakkja

    9

    Finlandja

    9

    Svezja

    12

    Renju Unit

    24

    Artikolu 8

    Sakemm tidħol fis-seħħ id-deċiżjoni prevista fl-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, l-allokazzjoni tal-membri tal-Kumitat tar-Reġjuni għandha tkun kif ġej:

    Belġju

    12

    Bulgarija

    12

    Repubblika Ċeka

    12

    Danimarka

    9

    Ġermanja

    24

    Estonja

    7

    Irlanda

    9

    Greċja

    12

    Spanja

    21

    Franza

    24

    Italja

    24

    Ċipru

    6

    Latvja

    7

    Litwanja

    9

    Lussemburgu

    6

    Ungerija

    12

    Malta

    5

    Olanda

    12

    Awstrija

    12

    Polonja

    21

    Portugall

    12

    Rumanija

    15

    Slovenja

    7

    Slovakkja

    9

    Finlandja

    9

    Svezja

    12

    Renju Unit

    24

    TITOLU VII

    DISPOŻIZZJONIJIET TRANSITORJI DWAR L-ATTI ADOTTATI ABBAŻI TAT-TITOLI V U VI TAT-TRATTAT DWAR L-UNJONI EWROPEA QABEL ID-DĦUL FIS-SEĦĦ TAT-TRATTAT ta' Lisbona

    Artikolu 9

    L-effetti legali ta' l-atti ta' l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi ta' l-Unjoni adottati abbażi tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona għandhom jiġu preservati sakemm dawk l-atti jiġu revokati, isiru nulli jew jiġu emendati fl-implementazzjoni ta' dawn it-Trattati. L-istess japplika għall-konvenzjonijiet konklużi bejn l-Istati Membri abbażi tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 10

    1.   Bħala miżura transitorja, u fir-rigward ta' atti ta' l-Unjoni fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali li ġew adottati qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, il-kompetenzi ta' l-istituzzjonijiet fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dak it-Trattat għandhom ikunu dawn li ġejjin: il-kompetenzi tal-Kummissjoni taħt l-Artikolu 226 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea m'għandhomx ikunu applikabbli u s-setgħat tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea taħt it-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattatta' Lisbona, għandhom jibqgħu l-istess, inkluż fejn dawn ġew aċċettati taħt l-Artikolu 35(2) ta' l-imsemmi Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

    2.   L-emendar ta' att imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinvolvi l-applikabbiltà tas-setgħat ta' l-istituzzjonijiet imsemmija f'dak il-paragrafu kif stabbilit fit-Trattati fir-rigward ta' l-att emendat u għal dawk l-Istati Membri li għalihom għandu japplika dak l-att emendat.

    3.   Fi kwalunkwe każ, il-miżura transitorja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tieqaf milli jkollha effett ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattatta' Lisbona.

    4.   Sa mhux aktar tard minn sitt xhur qabel l-iskadenza tal-perijodu transitorju msemmi fil-paragrafu 3, ir-Renju Unit jista' jinnotifika lill-Kunsill li dan ma jaċċettax, fir-rigward ta' l-atti msemmija fil-paragrafu 1, is-setgħat ta' l-istituzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u kif previsti fit-Trattati. Fil-każ li r-Renju Unit ikun għamel dik in-notifika, l-atti kollha msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jieqfu milli japplikaw għalih mid-data ta' l-iskadenza tal-perijodu transitorju msemmi fil-paragrafu 3. Dan is-subparagrafu m'għandux japplika fir-rigward ta' l-atti emendati li huma applikabbli għar-Renju Unit kif imsemmi fil-paragrafu 2.

    Il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jiddetermina l-arranġamenti ta' konsegwenza u transitorji meħtieġa. Ir-Renju Unit m'għandux jipparteċipa fl-adozzjoni ta' din id-deċiżjoni. Maġġoranza kwalifikata tal-Kunsill għandha tiġi definita skond l-Artikolu 205(3)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

    Il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' wkoll jadotta deċiżjoni li tiddetermina li r-Renju Unit għandu jkun responsabbli għall-konsegwenzi finanzjarji diretti, jekk ikun hemm, li jirriżultaw neċessarjament u inevitabbilment mill-waqfien tal-parteċipazzjoni tiegħu f'dawk l-atti.

    5.   Ir-Renju Unit jista', fi kwalunkwe ħin wara, jinnotifika lill-Kunsill bix-xewqa tiegħu li jipparteċipa f'atti li waqfu milli japplikaw għalih skond l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4. F'dak il-każ għandhom japplikaw, skond il-każ, id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Protokoll dwar l-acquis ta' Schengen integrat fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea jew tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward ta' l-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja. Is-setgħat ta' l-istituzzjonijiet fir-rigward ta' dawk l-atti għandhom ikunu dawk stabbiliti fit-Trattati. Meta jaġixxu skond il-Protokolli rilevanti, l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni u r-Renju Unit għandhom ifittxu li jerġgħu jistabbilixxu l-akbar livell possibbli ta' parteċipazzjoni tar-Renju Unit fl-acquis ta' l-Unjoni fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja mingħajr ma tintlaqat l-operabbiltà prattika tad-diversi partijiet tiegħu u filwaqt li tiġi rispettata l-koerenza tagħhom.

    B.   PROTOKOLI LI GĦANDHOM JI.U ANNESSI MAT-TRATTAT TA' LISBONA

     

    PROTOKOLL Nru 1

    LI JEMENDA L-PROTOKOLLI ANNESSI MAT-TRATTAT DWAR L-UNJONI EWROPEA, MAT-TRATTAT LI JISTABBILIXXI L-KOMUNITÀ EWROPEA U/JEW MAT-TRATTAT LI JISTABBILIXXI L-KOMUNITÀ EWROPEA TA' L-ENERGIJA ATOMIKA

    IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

    XEWQANA LI jemendaw il-protokolli annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u/jew mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, sabiex jadattahom għar-regoli l-ġodda stabbiliti mit-Trattat ta' Lisbona.

    FTEHMU dwar id-dispożizzjonijiet li ġejjin, li għandhom jiġu annessi mat-Trattat ta' Lisbona:

    Artikolu 1

    1)   Il-protokolli fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan it-Trattat u li huma annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u/jew mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika għandhom jiġu emendati skond id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu.

    2)   L-emendi orizzontali previsti fil-punt 2) ta' l-Artikolu 2 tat-Trattat ta' Lisbona għandhom japplikaw għall-protokolli msemmija f'dan l-Artikolu, bl-eċċezzjoni tal-punti d), e) u j).

    3)   Fil-protokolli msemmija fil-punt 1 ta' dan l-Artikolu:

    a)

    l-aħħar subparagrafu tal-preambolu tagħhom li jsemmi t-trattat jew it-trattati li għalih jew għalihom huwa anness il-protokoll in kwistjoni għandu jiġi ssostitwit bi “QABLU dwar id-dispożizzjonijet li ġejjin, li huma annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea”. Dan is-subparagrafu m'għandux japplika għall-Protokoll dwar il-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali u lanqas għall-Protokoll dwar is-sistema ta' xandir pubbliku fl-Istati Membri.

    Il-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea, il-Protokoll dwar il-lokalità tas-sede ta' l-istituzzjonijiet u ta' ċerti korpi, organi u servizzi ta' l-Unjoni Ewropea, il-Protokoll dwar l-Artikolu 40.3.3 tal-Kostituzzjoni ta' l-Irlanda u l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet ta' l-Unjoni Ewropea għandhom ikunu wkoll annessi mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika;

    b)

    il-kliem “tal-Komunitajiet” għandhom jiġu ssostitwiti bi “ta' l-Unjoni” u l-kliem “il-Komunitajiet” għandhom jiġu ssostitwiti bi “l-Unjoni”, u għandu jsir it-tibdil fil-grammatika kif meħtieġ.

    4)   Fil-protokolli li ġejjin, il-kliem “tat-Trattat” u “t-Trattat” jew “it-Trattati” għandhom jiġu ssostitwiti, rispettivament, bi “tat-Trattati” u “t-Trattati” u r-referenza għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u/jew għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għandha tiġi ssostitwita b'referenza għat-Trattati, u għandu jsir it-tibdil fil-grammatika kif meħtieġ:

    a)

    Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea:

    Artikolu 1

    b)

    Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew:

    Artikolu 1.1, it-tieni subparagrafu l-ġdid;

    Artikolu 12.1, l-ewwel subparagrafu;

    Artikolu 14.1(it-tieni darba li tidher);

    Artikolu 14.2, it-tieni subparagrafu;

    Artikolu 34.1, it-tieni inċiż;

    Artikolu 35,1

    ċ)

    Protokoll dwar il-proċedura dwar żbilanċ eċċessiv:

    Artikolu 3, it-tieni sentenza;

    d)

    Protokoll dwar ċerti disposizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mad-Danimarka:

    Punt 2, innumerat mill-ġdid bħala 1, it-tieni sentenza;

    e)

    Protokoll li jintegra l-acquis ta' Schengen fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea:

    is-sitt premessa li saret il-ħames premessa;

    Artikolu 1;

    f)

    Protokoll dwar l-asil għal ċittadini ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea:

    is-sitt premessa li saret is-seba' premessa;

    g)

    Protokoll dwar l-akkwist tal-proprjetà fid-Danimarka:

    dispożizzjoni unika

    h)

    Protokoll dwar is-sistema tax-xandir pubbliku fl-Istati Membri:

    dispożizzjoni unika

    i)

    Protokoll dwar il-konsegwenzi finanzjarji ta' l-iskadenza tat-Trattat tal-KEFA u dwar il-fond tar-riċerka għall-faħam u l-azzar:

    Artikolu 3

    5)   Fil-Protokolli u l-annessi li ġejjin, il-kliem “ta' dan it-Trattat” għandhom jiġu ssostitwiti b'referenza għat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea:

    a)

    Protokoll dwar l-Istatuti tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew:

    l-Artikolu 3.1;

    l-Artikolu 4;

    l-Artikolu 6.3;

    l-Artikolu 7;

    l-Artikolu 9.1;

    l-Artikolu 10.1;

    l-Artikolu 11.1;

    l-Artikolu 14.1 ;

    l-Artikolu 15.3;

    l-Artikolu 16, l-ewwel sub-paragrafu;

    l-Artikolu 21.1;

    l-Artikolu 25.2;

    l-Artikolu 27.2;

    l-Artikolu 34.1;

    l-Artikolu 35.3;

    l-Artikolu 41.1, nnumerat mill-ġdid 40.1, l-ewwel sub-paragrafu;

    l-Artikolu 42, nnumerat mill-ġdid 41;

    l-Artikolu 43.1, nnumerat mill-ġdid 42.1;

    l-Artikolu 45.1, nnumerat mill-ġdid 44.1;

    l-Artikolu 47.3, nnumerat mill-ġdid 46.3.

    b)

    Protokoll dwar il-proċedura dwar żbilanċ eċċessiv:

    Artikolu 1, is-sentenza introduttiva;

    ċ)

    Protokoll fuq il-kriterji ta' konverġenza msemmija fl-Artikolu 121 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea:

    l-ewwel premessa

    Artikolu 1, l-ewwel sentenza;

    d)

    Protokoll fuq ċerti dispożizzjonijiet li jirrigwardaw ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq:

    Punt 6, innumerat mill-ġdid bħala 5, it-tieni subparagrafu;

    Punt 9, innumerat mill-ġdid bħala 8, is-sentenza introduttiva;

    Punt 10, innumerat mill-ġdid bħala 9, punt a), it-tieni sentenza;

    Punt 11, innumerat mill-ġdid bħala 10;

    e)

    Protokoll dwar il-koeżjoni ekonomika u soċjali:

    il-ħmistax-il-premessa, li saret il-ħdax-il-waħda;

    f)

    annessi I u II:

    l-intestatura taż-żewġ annessi

    6)   Fil-protokolli li ġejjin, il-kliem “ta' dan it-Trattat” għandhom jiġu ssostitwiti bi “tat-Trattat imsemmi”:

    a)

    Protokoll dwar l-Istatuti tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew:

    l-Artikolu 3.2;

    l-Artikolu 3.3;

    l-Artikolu 9.2;

    l-Artikolu 9.3;

    l-Artikolu 11.2;

    l-Artikolu 43.2, nnumerat mill-ġdid 42.2;

    l-Artikolu 43.3, nnumerat mill-ġdid 42.3;

    l-Artikolu 44, nnumerat mill-ġdid 43, it-tieni sub-paragrafu;

    b)

    Protokoll dwar il-proċedura dwar żbilanċ eċċessiv:

    Artikolu 2, is-sentenza introduttiva;

    ċ)

    Protokoll fuq il-kriterji ta' konverġenza msemmija fl-Artikolu 121 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea:

    Artikolu 2;

    Artikolu 3;

    Artikolu 4, l-ewwel sentenza;

    Artikolu 6;

    d)

    Protokoll fuq ċerti dispożizzjonijiet li jirrigwardaw ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq:

    paragrafu 7, innumerat mill-ġdid bħala 6, it-tieni subparagrafu;

    paragrafu 10, innumerat mill-ġdid bħala 9, punt c).

    7)   Fil-protokolli li ġejjin, il-kliem “, li jaġixxi b'maġġoranza sempliċi,” għandhom jiddaħħlu wara “il-Kunsill”:

    a)

    Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea:

    Artikolu 4, it-tieni subparagrafu;

    Artikolu 13, it-tieni subparagrafu;

    b)

    Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej:

    Artikolu 7, innumerat mill-ġdid bħala 6, l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu.

    8)   Fil-protokolli li ġejjin, il-kliem “Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej”, “Qorti tal-Ġustizzja” jew “Qorti” għandhom jiġu ssostitwiti bi “Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea”:

    a)

    Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea:

    Artikolu 1;

    Artikolu 3, ir-raba' subparagrafu;

    Artikolu 1 ta' l-Anness;

    b)

    Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew:

    Artikolu 35.1, 35.2, 35.4, 35.5 et 35.6

    Artikolu 36.2

    ċ)

    Protokoll dwar l-istabbiliment tas-sedi ta' l-istituzzjonijiet u ta' ċerti organizzazzjonijiet, korpi u organi ta' l-Unjoni Ewropea, kif ukoll ta' l-Europol:

    Artikolu uniku, punt d);

    d)

    Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej:

    Artikolu 12, innumerat mill-ġdid bħala 11, punt a);

    Artikolu 21, innumerat mill-ġdid bħala 20, l-ewwel darba li tidher;

    e)

    Protokoll dwar il-posizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda:

    Artikolu 2;

    f)

    Protokoll dwar l-asil għal ċittadini ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea:

    it-tieni premessa li saret it-tielet premessa;

    9)   Il-Protokolli li ġejjin għandhom jiġu revokati:

    a)

    il-Protokoll dwar l-Italja (1957);

    b)

    il-Protokoll dwar merkanzija li toriġina u tiġi minn ċerti pajjiżi u li tgawdi trattament speċjali meta impurtata fi Stat Membru (1957);

    ċ)

    il-Protokoll dwar l-Istatut ta' l-Istitut Monetarju Ewropew (1992);

    d)

    il-Protokoll dwar it-transizzjoni għat-tielet stadju ta' l-Unjoni Ekonomika u Monetarja (1992)

    e)

    il-Protokoll fuq il-Portugall (1992);

    f)

    il-Protokoll dwar ir-rwol ta' Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, li hu ssostitwit minn protokoll ġdid li jġib l-istess isem (1997);

    g)

    il-Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li hu ssostitwit minn protokoll ġdid li jġib l-istess isem (1997);

    h)

    il-Protokoll dwar il-protezzjoni u l-benessri ta' l-annimali, li t-test tiegħu jsir l-Artikolu 6b tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea;

    i)

    il-Protokoll dwar it-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea (2001);

    j)

    il-Protokoll dwar l-Artikolu 67 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (2001).

    10)   Il-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti ta' Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    fil-Preambolu, l-ewwel premessa, ir-referenza għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għandha tiġi ssostitwita b'referenza għat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea. Fil-bqija tal-Protokoll “Trattat KE” għandhom jiġu sostiwiti b' “Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea”; fil-protokoll kollu, għandhom jitħassru r-referenzi għall-Artikoli tat-Trattat KEFA revokati mill-Protokoll Nru 2 anness ma' dan it-Trattat;

    b)

    fl-Artikoli li ġejjn, il-kelma “Qorti” għandha tiġi ssostitwita bi “Qorti tal-Ġustizzja”:

    Artikolu 3, it-tieni subparagrafu;

    Artikolu 4, ir-raba' subparagrafu:

    Artikolu 5, it-tieni subparagrafu;

    Artikolu 6, l-ewwel subparagrafu;

    Artikoli 10, 11, 12 u 14;

    Artikolu 13, l-ewwel subparagrafu, l-ewwel darba li tidher;

    Artikolu 15, l-ewwel frażi;

    Artikolu 16, l-ewwel subparagrafu;

    Artikolu 17, l-ewwel subparagrafu;

    Artikolu 18, it-tielet subparagrafu;

    Artikolu 19, l-ewwel subparagrafu;

    Artikolu 20, l-ewwel subparagrafu;

    Artikolu 21, l-ewwel subparagrafu;

    Artikolu 22, l-ewwel subparagrafu;

    Artikolu 23, l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza

    Artikolu 24, l-ewwel subparagrafu;

    Artikoli 25 u 27;

    Artikolu 29, l-ewwel subparagrafu;

    Artikoli 30 sa 32, 35, 38, 41 u 43;

    Artikolu 39, l-ewwel subparagrafu;

    Artikolu 40, l-ewwel subparagrafu;

    Artikolu 44, l-ewwel subparagrafu, l-ewwel li tidher;

    Artikolu 46, l-ewwel subparagrafu;

    Artikolu 52;

    Artikolu 54, l-ewwel subparagrafu, l-ewwel parti tas-sentenza;

    Artikolu 56, l-ewwel subparagrafu;

    Artikolu 57, l-ewwel subparagrafu;

    Artikolu 58, l-ewwel subparagrafu;

    Artikolu 59 l-ewwel frażi;

    Artikolu 60, it-tieni subparagrafu;

    Artikolu 61, l-ewwel subparagrafu;

    Artikolu 62, l-ewwel subparagrafu;

    Artikolu 62a, l-ewwel subparagrafu;

    Artikolu 62b, l-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza;

    Artikolu 63;

    Artikolu 64, l-ewwel sub-paragrafu li jsir it-tieni subparagrafu, l-ewwel sentenza

    Artikolu 3, paragrafu 2, it-tieni frażi ta' l-Anness;

    Artikolu 6, paragrafu 1, it-tieni sentenza ta' l-Anness;

    Artikolu 8, paragrafu 1, l-ewwel sentenza ta' l-Anness

    ċ)

    fl-Artikolu 2, il-kliem “..., f'seduta pubblika,” għandhom jiġu ssostitwiti bi “..., quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja mlaqqa' f'seduta pubblika”;

    d)

    fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 3, u fir-raba' subparagrafu ta' l-Artikolu 4, għandha tiġi miżjuda s-sentenza li ġejja: “Jekk id-deċiżjoni tikkonċerna membru tal-Qorti Ġenerali jew ta' qorti speċjalizzata, il-Qorti għandha tiddeċiedi wara konsultazzjoni mal-qorti konċernata.”;

    e)

    fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 6, għandha tiġi miżjuda s-sentenza li ġejja: “Jekk il-persuna kkonċernata tkun membru tal-Qorti Ġenerali jew ta' qorti speċjalizzata, il-Qorti għandha tiddeċiedi wara konsultazzjoni mal-qorti konċernata.”;

    f)

    fl-intestatura tat-Titolu II, il-kliem “tal-Qorti tal-Ġustizzja” għandhom jiġu miżjuda;

    g)

    fl-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 13, il-kelma “proposta” għandha tiġi ssostitwita bi “talba” u l-kliem “... il-Kunsill jista', b'mod unanimu jipprovdi ...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu, skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, jipprovdu ...”;

    h)

    fl-intestatura tat-Titolu III, il-kliem “quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja” għandhom jiġu miżjuda;

    i)

    l-Artikolu 23 għandu jiġi emendat kif ġej:

    i)

    fl-ewwel sub-paragrafu, l-ewwel frażi, il-kliem “fl-Artikolu 35(1) tat-Trattat UE” għandhom jitħassru. Fit-tieni sentenza ta' l-ewwel subparagrafu, il-kliem “... kif ukoll lill-Kunsill jew lill-Bank Ċentrali Ewropew jekk l-att li l-validità jew l-interpretazzjoni tiegħu tkun kontestata ikun ġie emanat minn wieħed minnhom, u lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jekk l-att li l-validità jew l-interpretazzjoni tiegħu tkun kontestata jkun ġie emanat b'mod konġunt minn dawn iż-żewġ istituzzjonijiet.” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... kif ukoll lill-istituzzjoni, lill-korp jew lill-organu ta' l-Unjoni li adottaw l-att li l-validità jew l-interpretazzjoni tiegħu tkun kontestata .”;

    ii)

    fit-tieni subparagrafu, il-kliem “... u meta jkun il-każ, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Bank Ċentrali Ewropew, ikollhom id-dritt ...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... u meta jkun il-każ, l-istituzzjoni, l-korp jew l-organu ta' l-Unjoni li adottaw l-att li l-validità jew l-interpretazzjoni tiegħu tkun kontestata jkollhom id-dritt ...”;

    j)

    fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 24, il-kliem “, korpi jew organi” għandhom jiddaħħlu wara “istituzzjonijiet”;

    k)

    fl-Artikolu 40, it-tieni subparagrafu għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “L-istess dritt jappartjeni lill-korpi u lill-organi ta' l-Unjoni u lil kull persuna oħra li tista' turi li għandha interess fir-riżultat ta' xi kawża miġjuba quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. Persuni fiżiċi jew ġuridiċi ma jistgħux jintervjenu f'kawżi bejn Stati Membri, bejn istituzzjonijiet ta' l-Unjoni jew bejn Stati Membri u istituzzjonijiet ta' l-Unjoni.”;

    l)

    fl-Artikolu 42, il-kliem “, korpi u organi” għandhom jiddaħlu wara “l-istituzzjonijiet”;

    m)

    fl-Artikolu 46, għandu jiddaħħal is-subparagrafu l-ġdid li ġej: “Dan l-Artikolu għandu japplika wkoll għal rikorsi kontra l-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward tar-responsabbiltà non-kontrattwali.”;

    n)

    l-intestatura tat-Titolu IV għandu jiġi ssostitwit bi “QORTI ĠENERALI”;

    o)

    l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 47 għandu jiġi ssostitwit bi “L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 9, l-Artikoli 14 u 15, l-ewwel, it-tieni, ir-raba' u l-ħames subparagrafi ta' l-Artikolu 17, u l-Artikolu 18 għandhom japplikaw għall-Qorti Ġenerali u għall-membri tagħha.”

    p)

    fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 51, punt a), ir-referenza għat-tielet inċiż ta' l-Artikolu 202 għandha tiġi sostiwita b' referenza għall-Artikolu 249 C(2) u fil-punt b) ir-referenza għall-Artikolu 11a għandha tiġi sostiwita b' referenza għall-Artikolu 280 F(1). Fit-tieni sub-paragrafu, il-kliem “jew mill-Bank Ċentrali Ewropew” għandhom jitħassru;

    q)

    l-Artikolu 64 għandu jiġi emendat kif ġej:

    i)

    għandu jiddaħħal l-ewwel subparagrafu l-ġdid li ġej:

    “Ir-regoli dwar l-arranġamenti lingwistiċi applikabbli għall-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea għandhom jiġu stabbiliti b'regolament tal-Kunsill li jaġixxi b'mod unanimu. Dan ir-Regolament għandu jiġi adottat fuq it-talba tal-Qorti tal-Ġustizzja u wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew, jew fuq proposta mill-Kummissjoni u wara konsultazzjoni mal-Qorti tal-Ġustizzja u mal-Parlament Ewropew.”

    ii)

    fl-ewwel sentenza tas-subparagrafu li sar it-tieni subparagrafu, il-kliem “Sakemm ir-regoli relattivi għal-lingwa applikabbli għall-Qorti tal-Ġustizzja u għall-Qorti ta' Prim' Istanza jiġu adottati f'dan l-Istatut ...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “Sakemm dawn ir-regoli jiġu adottati ...”; it-tieni sentenza għandha tiġi ssostitwita bit-test li ġej: “B'deroga mill-Artikoli 223 u 224 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, dawk id-dispożizzjonijiet jistgħu jiġu emendati jew revokati biss bl-approvazzjoni unanima tal-Kunsill.”

    r)

    fit-tieni sentenza ta' l-Artikolu 3(1) ta' l-Anness I għal-Protokoll, il-kliem “għas-Servizz Pubbliku” għandhom jiddaħħlu wara “Tribunal”; fil-paragrafu 2 u 3, il-kliem “bil-maġġoranza kwalifikata” għandhom jitħassru.

    s)

    Ma jikkonċernax il-verżjoni Maltija.

    11)   Il-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    fil-Preambolu, l-ewwel premessa, ir-referenza għall-Artikolu 8 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għandha tiġi ssostitwita b'referenza għall-Artikolu 107(2) tt-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

    b)

    it-tiolu tal-Kapitolu I għandu jiġi sostitwit b' dan: “SISTEMA EWROPEA TA' BANEK ĊENTRALI”

    ċ)

    l-Artikolu 1.1 għandu jinqasam f'żewġ subparagrafi magħmula miż-żewġ partijiet tas-sentenza u jibqa' mingħajr numru. L-ewwel subparagrafu għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej: “Skond l-Artikolu 245a(1) tat-Trattat dwar il-funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) flimkien mal-banek ċentrali nazzjonali jikkostitwixxu s-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ). Il-BĊE flimkien mal-banek ċentrali nazzjonali ta' dawk l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jikkostitwixxu l-Ewrosistema.”; fil-bidu tat-tieni subparagrafu, il-kliem “dawn għandhom iwettqu ...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “Is-SEBĊ u l-BĊE għandhom iwettqu ...”;

    d)

    l-Artikolu 1.2 għandu jitħassar;

    e)

    fl-Artikolu 2, il-kliem “Skond l-Artikolu 105(1) ta' dan it-Trattat” għandhom jiġu ssostitwiti bi “Skond l-Artikoli 105(1) u 245a(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea”; Fl-aħħar tat-tieni frażi, il-kliem “ta' l-Unjoni Ewropea” jiżdiedu wara “tat-Trattat”. Fl-aħħar tat-tielet frażi, il-kliem “dwar il-funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea” għandhom jiżdiedu wara “tat-Trattat”;

    f)

    fl-Artikolu 3.1, it-tieni inċiż, il-kliem “fl-Artikolu 111 tat-Trattat” għandhom jiġu ssostitwiti b' “fl-Artikolu 188 O ta' dak it-Trattat”;

    g)

    fil-punt (b) ta' l-Artikolu 4, il-kelma “approprijati” għandha titħassar;

    h)

    fil-bidu ta' l-Artikolu 9.1, il-kliem “skond l-Artikolu 107(2) ta' dan it-Trattat” għandhom jiġu ssostitwiti bi “skond l-Artikolu 245a(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea”;

    i)

    l-Artikolu 10 għandu jiġi emendat kif ġej:

    i)

    fl-Artikolu 10.1, “ta' l-Istati membri li l-munita tagħhom hija l-euro” għandhom jiddaħħlu fl-aħħar;

    ii)

    fl-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 10.2, fit-tmiem ta' l-ewwel sentenza, il-kliem “... l-Istati Membri li adottaw l-euro.” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.”; fl-aħħar tat-tielet subparagrafu, il-kliem “skond l-Artikoli 10.3, 10.6 u 41.2” għandhom jiġu ssostitwiti b' “skond l-Artikoli 10.3, 40.2, u 40.3”.

    iii)

    l-Artikolu 10.6 għandu jitħassar;

    j)

    fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 11.2, il-kliem “... bil-kunsens tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri fil-livell ta' Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern,” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... mill-Kunsill Ewropew, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata,”;

    k)

    fl-Artikolu 14.1, il-kliem fit-tmiem “..., mhux aktar tard mid-data tat-twaqqif ta' l-SEBĊ” għandhom jitħassru;

    l)

    fl-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 16, il-kliem “ta' l-euro” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “karti tal-flus”;

    m)

    fl-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 18.1, il-kliem “..., sew jekk f'valuti użati fil-Komunità u sew f' oħrajn barra minnha,” huma ssostitwiti bi “... sew jekk f'euro jew f'muniti oħra,”;

    n)

    fl-Artikolu 25.2, il-kliem “kull deċiżjoni tal-Kunsill” għandhom jiġu ssostitwiti bi “kull regolament tal-Kunsill”;

    o)

    fl-Artikolu 28.1, il-kliem fil-bidu “..., li jsir operattiv malli jiġu stabbilita,” għandhom jitħassru;

    p)

    fl-Artikolu 29.1, is-subparagrafu introduttiv għandu jkun ssostitwit bit-test li ġej: “Il-kjavi għas-sottoskrizzjoni fil-kapital tal-BĊE, iffissata għall-ewwel darba fl-1998 meta ġiet stabbilita s-SEBĊ, għandha tiġi determinata billi kull bank ċentrali nazzjonali jingħata piż f'din il-kjavi ekwivalenti għas-somma ta': ...”; it-tieni subparagrafu għandu jkun ssostitwit bit-test li ġej: “Il-perċentwali tiġi mqarrba 'l fuq jew 'l isfel għall-eqreb multiplu ta' 0,0001 %.”;

    q)

    fl-Artikolu 32.2, il-kliem fil-bidu “Skond l-Artikolu 32.3,” għandhom jitħassru u fl-Artikolu 32.3, il-kliem “, wara l-bidu tat-tielet stadju,” għandhom jiġu ssostitwiti bi “, wara l-introduzzjoni ta' l-euro,”;

    r)

    fl-Artikolu 34.2, l-ewwel erba' subparagrafi għandhom jitħassru;

    s)

    fl-Artikolu 35.6, il-kliem “dawn it-Trattati u” għandhom jiddaħħlu qabel il-kliem “... dan l-Istatut”;

    t)

    l-Artikolu 37 għandu jiġi rrevokat u l-Artikoli li ġejjin għandhom bħala konsegwenza jiġu nnumerati mill-ġdid;

    u)

    l-Artikolu 41, innumerat mill-ġdid bħala 40, għandu jiġi emendat kif ġej:

    i)

    fil-paragrafu 41.1, innumerat mill-ġdid bħala 40.1, il-kliem “... jistgħu jiġu emendati mill-Kunsill li jaġixxi jew bil-maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... jistgħu jiġu emendati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja jew fuq rakkomandazzjoni mill-...”u l-kliem “unanimament”u l-aħħar sentenza għandhom jitħassru;

    ii)

    għandu jiddaħħal il-paragrafu 40.2 ġdid li ġej, u l-paragrafu 41.2 attwali jiġi nnumerat mill-ġdid 40.3:

    “40.2.

    L-Artikolu 10.2 jista' jiġi emendat b'deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew, li jaġixxi b'mod unanimu fuq rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni, jew fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni u wara l-konsultazzjoni tal-Parlament Ewropew u l-Bank Ċentrali Ewropew. Dawn l-emendi m'għandhomx jidħlu fis-seħħ sakemm ma jkunux approvati mill-Istati Membri skond il-ħtiġijiet kostituzzjonali rispettivi tagħhom.”

    u l-paragrafu 41.2 eżistenti għandu jiġi nnumerat mill-ġdid bħala 40.3.

    v)

    fl-Artikolu 42, immunerat mill-ġdid bħala 41, il-parti tas-sentenza “..., minnufih wara li tiġi deċiża d-data għall-bidu tat-tielet stadju, ...” għandha titħassar u l-kliem “li jiddeċiedi bil-maġġoranza kwalifikata,” għandhom jitħassru;

    w)

    fl-Artikolu 43.1, 43.2 u 43.3, innumerati mill-ġdid bħala 42.1, 42.2 u 42.3, ir-referenza għall-Artikoli 122 għandha tiġi sostitwita b' referenza għall-Artikolu 116a; fl-Artikolu 43.3, li jsir l-Artikolu 42.3 titħassar ir-referenza għall-Artikoli 34.2 u 50 u fl-Artikolu 43.4, innumerat mill-ġdid 42.4, ir-referenza għall-Artikolu 10.1 għandha tiġi sostitwita b' referenza għall-Artikolu 10.2 u fl-Artikolu 43.4, innumerat mill-ġdid bħala 42.4, ir-referenza għall-Artikolu 10.1 għandha tiġi sostitwita b' referenza għall-Artikolu 10.2;

    x)

    fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 44, innumerat mill-ġdid bħala 43, il-kliem “il-kompiti ta' l-IME” għandhom jiġu ssostiwiti bi “il-kompiti preċedenti ta' l-IME previsti fl-Artikolu 118a(2), tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea” u l-kliem fl-aħħar “fit-tielet stadju” għandhom jiġu ssostiwiti bi “wara l-introduzzjoni ta' l-euro”; fit-tieni subparagrafu, ir-referenza għall-Artikolu 122 tiġi sostitwita b' referenza għall-Artikolu 117a;

    y)

    fl-Artikolu 47.3, innumerat mill-ġdid bħala 46.3, il-kliem “... fil-konfront tal-muniti, jew il-munita unika, ta' l-Istati Membri mingħajr deroga, ...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... fil-konfront ta' l-euro, ...”;

    z)

    l-Artikoli 50 u 51 għandhom jiġu revokati u l-Artikoli ta' wara għandhom jiġu nnumerati mill-ġdid b' konsegwenza;

    aa)

    fl-Artikolu 52, innumerat mill-ġdid bħala 49, il-kliem “skond l-Artikolu 116a(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea,” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “Wara li r-rati tal-kambju jiġu ffissati irrevokabbilment …”.

    ab)

    Ma jikkonċernax il-verżjoni Maltija.

    12)   Il-Protokoll dwar l-Istatut tal-Bank Ewropew ta' l-Investiment għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    fil-Protokoll kollu, ir-referenzi għal Artikolu “tat-Trattat” għandhom jiġu ssostitwiti b'referenza għal Artikolu “tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea”;

    b)

    fl-aħħar subparagrafu tal-Preambolu, il-kliem “ma' dan it-Trattat” għandhom jiġu ssostitwiti bi “għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea”;

    ċ)

    it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 1 għandu jitħassar;

    d)

    fl-Artikolu 3, is-sentenza introduttiva għandha tiġi ssostitwita bi “Skond l-Artikolu 266 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri huma l-membri tal-Bank.” u l-lista ta' l-Istati għandha titħassar;

    e)

    fil-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 4, iċ-ċifra tal-kapital tal-Bank għandha tkun sostitwita bi “164 808 169 000 EUR” u ċ-ċifri rigward l-Istati Membri li ġejjin għandhom jiġu ssostitwiti kif jidher hawn taħt u t-tieni subparagrafu għandu jitħassar:

    Polonja

    3 411 263 500

    Repubblika Ċeka

    1 258 785 500

    Ungerija

    1 190 868 500

    Rumanija

    863 514 500

    Slovakkja

    428 490 500

    Slovenja

    397 815 000

    Bulgarija

    290 917 500

    Litwanja

    249 617 500

    Ċipru

    183 382 000

    Latvja

    152 335 000

    Estonja

    117 640 000

    Malta

    69 804 000

    f)

    l-Artikolu 5 għandu jiġi emendat kif ġej:

    i)

    fil-paragrafu 2, għandha tiddaħħal is-sentenza l-ġdida li ġejja fit-tmiem: “Il-ħlas f'kontanti għandu jsir esklużivament f'euro.”;

    ii)

    fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3, il-kliem “... lejn dawk li jkunu sellfuh.” għandhom jitħassru u fit-tieni paragrafu, il-kliem “..., il-valuti mitluba mill-bank sabiex jissodisfa dawn l-obbligi.” Għandhom jitħassru;

    g)

    l-Artikoli 6 u 7 għandhom jiġu revokati u l-Artikoli ta' wara għandhom bħala konsegwenza jiġu nnumerati mill-ġdid;

    h)

    l-Artikolu 9, innumerat mill-ġdid bħala 7, għandu jiġi emendat kif ġej:

    i)

    fil-paragrafu 2, il-kliem “..., b'referenza partikolari għall-objettivi li għandhom ikunu segwiti skond il-progress magħmul fir-realizzazzjoni tas-suq komuni” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... skond l-objettivi ta' l-Unjoni”;

    ii)

    fil-paragrafu 3, it-test tal-punt b) għandu jiġi ssostitwit bi “b) għall-finijiet ta' l-Artikolu 9(1) jiddetermina l-prinċipji applikabbli għall-operazzjoni ta' finanzjament fil-qafas tal-missjoni tal-Bank;”, it-test tal-punt d) għandu jiġi ssostitwit bi “d) jiddeċiedi dwar l-għoti ta' finanzjament għal operazzjonijiet ta' investiment li għandhom jitwettqu interament jew parzjalment barra mit-territorji ta' l-Istati Membri, skond l-Artikolu 16(1);” u fil-punt g), il-kelma “l-oħra” għandha tiddaħħal wara “s-setgħat” u l-kliem “... previsti fl-Artikoli 4, 7, 14, 17, 26 u 27” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... mogħtija minn dan l-istatut”;

    i)

    l-Artikolu 10, innumerat mill-ġdid bħala 8, għandu jiġi emendat kif ġej:

    i)

    it-tielet sentenza għandha titħassar;

    ii)

    iż-żewġ subparagrafi l-ġodda li ġejjin għandhom jiddaħħlu:

    “Maġġoranza kwalifikata għandha teħtieġ tmintax-il vot favur u 68 % tal-kapital sottoskritt.

    L-astensjoni mill-membri preżenti jew tar-rappreżentanti tagħhom m'għandhiex iżżomm l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet li jeħtieġu l-unanimità.”

    j)

    l-Artikolu 11, innumerat mill-ġdid bħala 9, għandu jiġi emendat kif ġej:

    i)

    l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    12)“1.   Il-Bord tad-Diretturi għandu jiddeċiedi dwar l-għoti ta' finanzjament, speċjalment fil-forma ta' self jew garanziji u faċilitajiet ta' self; għandu jiffissa r-rati ta' imgħax fuq self mogħti kif ukoll il-kummissjoni u piżijiet oħra. Dan jista', fuq il-bażi ta' deċiżjoni meħuda b'maġġoranza kwalifikata, jiddelega xi wħud mill-funzjonijiet tiegħu lill-Kumitat tat-Tmexxija. Għandu jiffissa l-modalitajiet u l-kondizzjonijiet ta' din id-delega u għandu jissorvelja l-eżekuzzjoni tagħha.

    Il-Bord tad-Diretturi għandu jassigura li l-Bank jitmexxa sewwa u għandu jassigura li l-Bank jitmexxa skond id-dispożizzjonijiet tat-Trattati u ta' l-Istatut u d-direttivi ġenerali stabbiliti mill-Bord tal-Gvernaturi.”

    ii)

    fil-paragrafu 2, is-sitt subparagrafu għandu jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

    “Ir-Regoli ta' Proċedura għandhom jistabbilixxu l-arranġamenti għall-parteċipazzjoni fil-laqgħat tal-Bord tad-Diretturi u d-dispożizzjonijiet applikabbli għas-supplenti u għall-esperti maħtura b'għażla.”

    iii)

    fit-tieni sentenza tal-paragrafu 5, il-kelma “unanimament” għandha titħassar;

    k)

    l-Artikolu 13, innumerat mill-ġdid bħala 11, għandu jiġi emendat kif ġej:

    i)

    fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3, il-kliem “... l-għoti ta' self” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... l-għoti ta' finanzjament, b'mod partikolari fil-forma ta' self”;

    ii)

    fil-paragrafu 4, il-kliem “... dwar proposti dwar konkluzjoni ta' self jew dwar l-għoti ta' self u dwar il-garanziji ta' dan is-self” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... dwar proposti dwar konkluzjonijiet ta' self u ta' għoti ta' finanzjament, b'mod partikolari fil-forma ta' self u ta' garanziji”;

    iii)

    fl-ewwel sentenza tal-paragrafu 7, il-kliem “uffiċjali u impjegati” għandhom jiġu ssostitwiti bi “membri tal-persunal”. Fl-aħħar, għandha tiżdied is-sentenza li ġejja: “Ir-Regoli ta' Proċedura għandhom jistabbilixxu liema organu jkun kompetenti biex jadotta d-dispożizzjonijiet applikabbli għall-persunal.”;

    l)

    l-Artikolu 14, innumerat mill-ġdid bħala 12, għandu jiġi emendat kif ġej:

    i)

    fil-paragrafu 1, il-kelma “tlett” għandha tiġi ssostitwita bi “sitt” u l-kliem “... għandu ta' kull sena jivverifika li l-operazzjonijiet tal-Bank ikunu ġew kondotti u li l-kotba tiegħu jinżammu f'manjiera xierqa” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... għandu jivverifika li l-attivitajiet tal-Bank ikunu konformi ma' l-aħjar prattika bankarja u għandu jkun responsabbli mill-verifika tal-kontijiet tal-Bank”;

    ii)

    il-paragrafu 2 għandu jiġi ssostitwit biż-żewġ paragrafi l-ġodda li ġejjin:

    “2.   Il-Kumitat previst fil-paragrafu 1 għandu, kull sena, jassigura li l-operazzjonijiet tal-Bank tmexxew sew u l-kotba tiegħu nżammu b'mod xieraq. Għal dan l-iskop, għandu jivverifika li l-operazzjonijiet tal-Bank saru skond il-formalitajiet u l-proċeduri previsti minn dan l-Istatut u r-Regoli ta' Proċedura.

    3.   Il-Kumitat previst fil-paragrafu 1 għandu jikkonferma li d-dikjarazzjonijiet finanzjarji, kif ukoll kull informazzjoni finanzjarja oħra fil-kontijiet annwali mogħtija mill-Bord tad-Diretturi, jagħtu stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Bank f'dak li jirrigwarda l-kapital u d-djun tiegħu, u f'dak li jirrigwarda r-riżultati ta' l-operazzjonijiet tiegħu u l-cash flows għas-sena finanzjarja konċernata.

    4.   Ir-Regoli ta' Proċedura għandhom jispeċifikaw il-kwalifiki meħtieġa għall-membri tal-Kumitat u jistabbilixxu l-modalitajiet u l-kondizzjonijiet għall-attività tal-Kumitat.”

    m)

    fl-Artikolu 15, innumerat mill-ġdid bħala 13, il-kliem “bank tal-ħruġ” għandhom jiġu ssostitwiti bi “bank ċentrali nazzjonali”;

    n)

    l-Artikolu 18, innumerat mill-ġdid bħala 16, għandu jiġi emendat kif ġej:

    i)

    fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, il-kliem “... għandu jagħti self” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... għandu jagħti finanzjamenti, b'mod partikolari fil-forma ta' self u ta' garanziji,”, il-kliem “proġetti ta' investiment” għandhom jiġu ssostitwiti bi “investimenti” u l-kelma “Ewropej” għandha titħassar; fit-tieni subparagrafu, il-kliem “..., deroga awtorizzata mill-Bord ta' Gvernaturi, li jaġixxi unanimament,” għandhom jiġu ssostitwiti bi “..., b'deċiżjoni b'maġġoranza kwalifikata tal-Bord ta' Gvernaturi,”, il-kliem “self biex proġetti ta' investiment” għandhom jiġu ssostitwiti bi “finanzjament għal investimenti” u l-kelma “Ewropej” għandha titħassar;

    ii)

    fil-paragrafu 3, il-kelma “il-proġett” għandha tiġi ssostitwita bi “l-investiment” u l-parti tas-sentenza li ġejja għandha tiddaħħal fl-aħħar: “, jew fuq il-posizzjoni finanzjarja soda tad-debitur” u għandu jiddaħħal it-tieni subparagrafu ġdid li ġej:

    “Barra minn hekk, skond il-prinċipji stabbiliti mill-Bord ta' Gvernaturi skond l-Artikolu 7(3)(b) u meta l-implimentazzjoni ta' l-operazzjonijiet previsti fl-Artikolu 267 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea tkun teħtieġ, il-Bord tad-Diretturi għandu, b'maġġoranza kwalifikata, jistabbilixxi l-modalitajiet u l-kondizzjonijiet ta' kull operazzjoni finanzjarja li fiha riskju speċifiku u li b'hekk tkun ikkunsidrata bħala attività speċjali.”;

    iii)

    il-paragrafu 5 għandu jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

    12)“5.   L-ammont totali ta' self u garanziji mogħti mill-Bank m'għandux jaqbeż il-250 % tal-kapital sottoskritt, tar-riservi, ta' l-ammonti mhux allokati u ta' l-eċċess fil-kont ta' qligħ u telf tiegħu. Dan l-ammont totali għandu jitnaqqas b'ammont daqs l-ammont sottoskritt,imħallas jew mhux, ta' kull parteċipazzjoni fil-kapital mill-Bank.

    L-ammont tal-parteċipazzjonijiet fil-kapital imħallsa mill-Bank m'għandu qatt jaqbeż l-ammont imħallas tal-kapital sottoskritt, tar-riżervi tiegħu, ta' l-ammonti mhux allokati u ta' l-eċċess fil-kont ta' qligħ u telf.

    B'eċċezzjoni għal dan, għall-attivitajiet speċjali tal-Bank, kif deċiżi mill-Bord ta' Gvernaturi u l-Bord tad-Diretturi skond il-paragrafu 3 għandu jkun hemm allokazzjoni speċifika ta' riżerva.

    Dan il-paragrafu japplika wkoll għall-kontijiet konsolidati tal-Bank.”

    o)

    fl-Artikolu 19(1), innumerat mill-ġdid bħala 17, il-kliem “... kummissjoni fuq garanziji” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... kummissjoni u piżijiet oħra” u l-kliem “u r-riskji” għandhom jiddaħħlu wara “ikopri l-ispejjeż tiegħu”; fil-paragrafu 2, il-kliem “tal-proġett” għandhom jiġu ssostitwiti bi “ta' l-investiment”.

    p)

    l-Artikolu 20, innumerat mill-ġdid bħala 18, għandu jiġi emendat kif ġej:

    i)

    fis-sentenza introduttiva, il-kliem “self u garanziji” għandhom jiġu ssostitwiti bi “finanzjament”;

    ii)

    fil-punt (a) tal-paragrafu 1, il-kliem “ta' proġetti” u “il-proġett” għandhom jiġu ssostitwiti, rispettivament, bi “ta' investimenti” u “l-investimment”, il-kliem “, jew fil-każ ta' investimenti oħra” għandhom jiddaħħlu wara “... fis-settur tal-produzzjoni,” u l-kliem fit-tmiem “, jew, b'xi mezzi oħrajn” għandhom jiġu ssostitwiti bi “u”; fil-punt (b), il-kliem “tal-proġett” għandhom jiġu ssostitwiti bi “ta' l-investiment”;

    iii)

    fil-paragrafu 2, għandu jiddaħħal it-tieni subparagrafu l-ġdid li ġej:

    “Madankollu, skond il-prinċipji stabbiliti mill-Bord ta' Gvernaturi skond l-Artikolu 7(3)(b) u meta l-implimentazzjoni ta' l-operazzjonijiet previsti fl-Artikolu 267 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea hekk jitlob, il-Bord tad-Diretturi għandu, b'maġġoranza kwalifikata, jistabbilixxi l-modalitajiet u l-kondizzjonijiet tal-parteċipazzjoni fil-kapital ta' intrapriża kummerċjali, normalment bħala kompliment għal self jew garanzija, sakemm dan ikun meħtieġ biex jiġi ffinanzjat investiment jew programm.”

    iv)

    fil-paragrafu 6, il-kelma “proġett” għandha tiġi ssostitwita bi “investiment”;

    v)

    il-paragrafu 7 ġdid li ġej għandu jiżdied:

    “7.   Bħala kumpliment għall-attività ta' self tiegħu, il-Bank jista' jipprovdi servizzi ta' għajnuna teknika skond il-modalitajiet u l-kondizzjonijiet stabbiliti mill-Bord ta' Gvernaturi, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, u f'konformità ma' dan l-Istatut.”

    q)

    l-Artikolu 21, innumerat mill-ġdid bħala 19, għandu jiġi emendat kif ġej:

    i)

    il-paragrafu 1 għandu jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

    “1.   Kull intrapriża jew entità pubblika jew privata tista' tapplika għal finanzjament direttament mingħand il-Bank. Applikazzjonijiet lill-Bank jistgħu jsiru wkoll jew permezz tal-Kummissjoni jew permezz ta' Stat Membru li fuq it-territorju tiegħu jkun ser isir l-investiment.”;

    ii)

    fil-paragrafu 2, il-kelma “il-proġett” għandha tiġi ssostitwita bi “l-investiment”;

    iii)

    fl-ewwel sentenza tal-paragrafi 3 u 4, il-kliem “applikazzjonijiet għal self jew garanziji” għandhom jiġu ssostitwiti bi “operazzjonijiet ta' finanzjament”;

    iv)

    fil-paragrafu 4, fl-ewwel frażi, ir-referenza għall-Artikolu 20 għandha tiġi sostitwita b' referenza għall-Artikolu 18 u 20 innumerati mill-ġdid 16 u 18, fit-tieni frażi l-kliem “li jagħti s-self jew garanzija” għandhom jiġu ssostitwiti bi “il-finanzjament” u l-kliem “abbozz ta' kuntratt” għandhom jiġu ssostitwiti bi “il-proposta kkonċernata”; fl-aħħar sentenza, il-kliem “self jew garanzija” għandhom jiġu ssostitwiti bi “finanzjament”;

    v)

    fil-paragrafi 5, 6 u 7, il-kliem “s-self jew il-garanzija” għandhom jiġu ssostitwiti bi “l-finanzjament”;

    vi)

    il-paragrafu 8 ġdid li ġej għandu jiżdied:

    “8.   Meta operazzjoni ta' finanzjament li għandha x'taqsam ma' investiment approvat trid tiġi ristrutturata biex jiġu mħarsa d-drittijiet u l-interessi tal-Bank, il-Kumitat ta' Tmexxija għandu bla telf ta' żmien jieħu l-miżuri ta' emerġenza li jidhrulu xierqa, u għandu jirrapporta dan minnufih lill-Bord tad-Diretturi.”;

    r)

    fl-Artikolu 22, innumerat mill-ġdid bħala 20, fil-paragrafu 1, il-kelma “internazzjonali” għandha titħassar u l-paragrafu 2 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    12)“2.   Il-Bank jista' jissellef fis-swieq tal-kapital ta' l-Istati Membri skond id-dispożizzjonijiet legali li japplikaw għal dawk is-swieq.

    L-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru li jkollhom deroga fit-tifsira ta' l-Artikolu 116a(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jistgħu jopponu dan biss jekk ikun hemm biża' ta' disturbi serji fis-suq tal-kapital ta' dak l-Istat.”

    s)

    fil-paragrafu 1(b) ta' l-Artikolu 23, innumerat mill-ġdid bħala 21, il-kliem “... maħruġa minnu jew minn dawk li jkunu sselfu mingħandu” għandhom jitħassru u fil-paragrafu 3, il-kliem “bank tal-ħruġ” għandhom jiġu ssostitwiti bi “banek ċentrali nazzjonali”;

    t)

    fl-Artikolu 25, innumerat mill-ġdid bħala 23, il-kliem “li l-munita tiegħu mhijiex l-euro” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “Stat Membru” fl-ewwel sentenza tal-paragrafu 1, u fit-tieni paragrafu; fl-ewwel sentenza tal-paragrafu 1, il-kliem “għall-munita ta' Stat Membru ieħor” għandhom jitħassru, fil-paragrafu 3, il-kliem “bid-deheb jew f'munita konvertibbli” għandhom jitħassru u fil-paragrafu 4, il-kelma “proġetti” għandha tiġi ssostitwita bi “investimenti”;

    u)

    fl-Artikolu 26, innumerat mill-ġdid bħala 24, il-kliem “, li jagħmel self speċjali” għandhom jitħassru;

    v)

    fil-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 27, innumerat mill-ġdid bħala 25, is-sentenza li ġejja għandha tiżdied fit-tmiem: “Għandu jassigura li d-drittijiet tal-persunal jiġu mħarsa.”;

    w)

    fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 29, innumerat mill-ġdid bħala 27, il-kliem “ta' l-Unjoni Ewropea” għandhom jiddaħħlu fl-aħħar, kif ukoll is-sentenza li ġejja: “Il-Bank, f'kuntratt, jista' jipprevedi proċedura ta' arbitraġġ”; it-tieni subparagrafu, il-kliem “jew jipprovdi għal arbitraġġ” għandhom jitħassru;

    x)

    l-Artikolu 30, innumerat mill-ġdid bħala 28, għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “Artikolu 28

    1.   Il-Bord ta' Gvernaturi jista', b'mod unanimu, jiddeċiedi li jistabbilixxi sussidjarji jew entitajiet oħra li għandu jkollhom personalità ġuridika u awtonomija finanzjarja.

    2.   Il-Bord ta' Gvernaturi għandu jadotta l-istatut tal-korpi msemmija fil-paragrafu 1 b'unanimità. L-istatut għandu jiddefinixxi, b'mod partikolari, l-objettivi, l-istruttura, il-kapital, is-sħubija, is-sede, ir-riżorsi finanzjarji, il-mezzi ta' intervenzjoni, l-arranġamenti ta' verifika kif ukoll ir-relazzjoni tagħhom ma' l-organi tal-Bank.

    3.   Il-Bank għandu l-kompetenza li jieħu sehem fit-tmexxija ta' dawn il-korpi u jikkontribwixxi għall-kapital sottoskritt tagħhom sa ammont determinat mill-Bord tal-Gvernaturi, li jaġixxi b'mod unanimu.

    12)4.   Il-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet ta' l-Unjoni Ewropea għandu japplika għall-korpi previsti fil-paragrafu 1, sakemm dawn ikunu inkorporati taħt il-liġi ta' l-Unjoni, għall-membri ta' l-organi tagħhom fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom bħala tali u għall-persunal tagħhom bil-modalitajiet u kondizzjonijiet identiċi għal dawk li japplikaw għall-Bank.

    Dawk id-dividendi, il-qligħ kapitali jew forom oħra ta' dħul li jiġu minn dawn il-korpi li għalihom huma intitolati l-membri, minbarra l-Unjoni Ewropea u l-Bank, għandhom madankollu jibqgħu soġġetti għad-dispożizzjonijiet fiskali tal-leġislazzjoni applikabbli.

    5.   Il-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea għandha l-kompetenza, fil-limiti stabbiliti hawn taħt, li tisma' kwistjonijiet dwar miżuri adottati minn organi ta' xi korp soġġett għad-dritt ta' l-Unjoni. Ir-rikorsi kontra dawn il-miżuri jistgħu jitressqu minn kull membru ta' tali korp fil-kapacità tiegħu bħala tali jew mill-Istati Membri skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 230 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

    6.   Il-Bord ta' Gvernaturi jista', b'mod unanimu, jiddeċiedi li jdaħħal persunal ta' korpi soġġetti għad-dritt ta' l-Unjoni fi skemi konġunti mal-Bank, f' rispett tal-proċeduri interni rispettivi.”

    13)   Il-Protokoll dwar il-lokalità tas-sede ta' l-istituzzjonijiet u ta' ċerti korpi u dipartimenti tal-Komunitajiet Ewropej u l-Europol għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    fit-titolu tal-Protokoll u fil-preambolu, il-kelma “organi” għandha tiddaħħal qabel “korpi” u l-kliem “u l-Europol” għandhom jitħassru fit-titolu tal-Protokoll;

    b)

    fil-preambolu, fl-ewwel konsiderazzjoni, ir-referenza għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għandha tiġi ssostitwita b'referenza għat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea u r-referenza għall-Artikolu 77 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar għandha titħassar; it-tieni konsiderazzjoni għandha titħassar;

    ċ)

    fil-punt (d), ir-referenza għat-Tribunal tal-Prim' Istanza għandha titħassar u b'konsegwenza ta' dan l-elementi grammatikali għandhom jiġu adattati;

    d)

    fil-punt (i), ir-referenza għall-Istitut Monetarju Ewropew għandha titħassar;

    14)   Il-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    fl-ewwel premessa tal-preambolu, ir-referenza għall-Artikolu 28 tat-Trattat li jistabbilixxi Kunsill wieħed u Kummissjoni waħda tal-Komunitajiet Ewropej għandha tiġi ssostitwita b'referenza għall-Artikolu 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea u għall-Artikolu 191 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, imqassra f'KEEA u l-kliem “dawn il-Komunitajiet u l-Bank Ewropew ta' l-Investiment” għandhom jiġu ssostitwiti bi “l-Unjoni Ewropea u l-KEEA”;

    b)

    l-Artikolu 5 għandu jiġi rrevokat u l-Artikoli li ġejjin għandhom jiġu nnumerati mill-ġdid b' konsegwenza;

    ċ)

    fl-Artikolu 7, innumerat mill-ġdid bħala 6, il-paragrafu 2 għandu jiġi rrevokat u l-paragrafu 1 għandu jsir mingħajr numru.

    d)

    fl-Artikolu 13, innumerat mill-ġdid bħala 12, l-aħħar parti tas-sentenza “skond il-kondizzjonijiet u l-proċedura stipulata mill-Kunsill, li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni” għandha tiġi ssostitwita bi “skond il-kondizzjonijiet u l-proċedura stabbilita mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill li jaġixxu permezz ta' regolamenti skond il-proċedura leġislattiva ordinarja u wara konsultazzjoni ma' l-istituzzjonijiet konċernati,”;

    e)

    fl-Artikolu 15, innumerat mil-ġdid bħala 14, il-parti ta' l-ewwel sentenza “Il-Kunsill għandu filwaqt li jaġixxi b'mod unanimu fuq proposta tal-Kummissjoni jistipula ...” għandha tiġi ssostitwita bi “Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom, filwaqt li jaġixxu permezz ta' regolamenti skond il-proċedura leġislattiva ordinarja u wara konsultazzjoni ma' l-istituzzjonijiet ikkonċernati, jistabbilixxu ...”;

    f)

    fl-Artikolu 16, innumerat mil-ġdid bħala 15, il-parti ta' l-ewwel sentenza “Il-Kunsill għandu filwaqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni ...” għandha tiġi ssostitwita bi “Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom, filwaqt li jaġixxu permezz ta' regolamenti skond il-proċedura leġislattiva ordinarja ...”;

    g)

    fl-Artikolu 21, innumerat mill-ġdid bħala 20, il-kliem “l-Avukati Ġenerali, ir-Reġistratur ..” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “l-Avukati Ġenerali, ir-Reġistraturi ..” u l-kliem “..., kif ukoll għall-Membri u r-Reġistratur tal-Qorti ta' Prim' Istanza, ...” għandhom jitħassru;

    h)

    fl-Artikolu 23, innumerat mill-ġdid bħala 22, l-aħar subparagrafu għandu jitħassar;

    i)

    il-formula finali “B'XIEHDA TA' DAN, is-sottoskritti Plenipotenzjarji ffirmaw dan il-Protokoll”, id-data u l-lista tal-firmatarji għandhom jitħassru.

    15)   Il-Protokoll fuq il-kriterji ta' konverġenza msemmija fl-Artikolu 121 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    fit-titolu tal-Protokoll, il-kliem “msemmija fl-Artikolu 121 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea” għandhom jitħassru;

    b)

    fl-ewwel premessa, il-kliem “... bid-deċiżjonijiet li jittieħdu fil-passaġġ lejn it-tielet stadju ta' unjoni ekonomika u monetarja” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... bid-deċiżjonijiet dwar it-tmiem tad-derogi ta' l-Istati Membri b' deroga ...”;

    ċ)

    fl-Artikolu 3, it-tieni sentenza, il-kliem “... kontra xi munita ta' xi Stat Membru ieħor fuq inizjattiva tiegħu stess għall-istess perjodu.” Għandhom jiġu ssostitwiti bi “... kontra l-euro għall-istess perijodu.”;

    d)

    fl-Artikolu 6, il-kliem “ta' l-IME jew” għandhom jitħassru.

    16)   Il-Protokoll fuq ċerti dispożizzjonijiet li jirrigwardaw ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    fil-Protokoll kollu, il-kliem “... li jgħaddi għat-tielet fażi ta' l-Unjoni Ekonomika u Monetarja ...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... li jadotta l-euro ...”; il-kliem “... jgħaddi għat-tielet stadju ...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “jadotta l-euro ...”; il-kliem “... fit-tielet stadju ...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “wara l-introduzzjoni ta' l-euro ...”;

    b)

    fil-preambolu, it-tieni premessa l-ġdida li ġejja għandha tiddaħħal:

    “BILLI, fis-16 ta' Ottubru 1996 u t-30 ta' Ottubru 1997, il-Gvern tar-Renju Unit għarraf lill-Kunsill bl-intenzjoni tiegħu li ma jipparteċipax fit-tielet stadju ta' l-Unjoni Ekonomika u Monetarja,”;

    ċ)

    fil-paragrafu 1, l-ewwel u t-tielet subparagrafi għandhom jitħassru;

    d)

    it-test tal-paragrafu 2 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “2.

    L-Artikoli 3 sa 8 u 10 għandhom japplikaw għar-Renju Unit in vista tan-notifika mogħtija lill-Kunsill mill-gvern tar-Renju Unit fis-16 ta' Ottubru 1996 u fit-30 ta' Ottubru 1997.”;

    e)

    il-paragrafu 3 għandu jitħassar u l-paragrafi ta wara għandhom jiġu nnumerati mill-ġdid b' konsegwenza;

    f)

    il-paragrafu 5, innumerat mill-ġdid bħala 4, għandu jiġi emendat kif ġej:

    i)

    fl-ewwel sentenza, in-numerazzjoni ta' l-artikoli għandha tiġi ssostitwita bi “L-Artikolu 245a(2), ħlief l-ewwel u l-aħħar sentenza tiegħu, l-Artikolu 245a(5), it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 97b, l-Artikolu 104(1), (9) u (11), l-Artikolu 105(1) sa (5), l-Artikolu 106, l-Artikoli 108, 109, 110 u 111a, l-Artikolu 115 C, l-Artikolu 117a(3), l-Artikoli 188 O u 245b tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea ...”;

    ii)

    għandha tiddaħħal it-tieni sentenza l-ġdida li ġejja: “Bl-istess mod, l-Artikolu 99(2) ta' dan it-Trattat ma għandux japplika għar-Renju Unit fir-rigward ta' l-adozzjoni tal-partijiet tal-linji gwida ġenerali ta' politika ekonomika li jikkonċernaw iż-żona ta' l-euro b'mod ġenerali.”;

    g)

    fil-paragrafu 6, innumerat mill-ġdid bħala 5, għandu jiddaħħal l-ewwel subparagrafu l-ġdid li ġej: “Ir-Renju Unit għandu jagħmel ħiltu biex jevita deficit eċċessiv.” u fil-bidu tas-sub-paragrafu ta' wara, il-kliem “l-Artikolu 116(4)” għandhom jitħassru;

    h)

    l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 7, innumerat mill-ġdid bħala 6, għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej: “6. Id-drittijiet għall-vot tar-Renju Unit għandhom jiġu sospiżi fir-rigward ta' l-atti tal-Kunsill imsemmija fl-Artikoli nnumerati fil-paragrafu 4 u fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 116a(4), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea. Għal dan il-għan japplikaw it-tieni u subparagraf ta' l-Artikolu 116a(4) ta' dan it-Trattat.”. Fit-tieni sub-paragrafu, il-kliem “u fl-Artikolu 123(1)” għandhom jitħassru;

    i)

    fil-punt (a) tal-paragrafu 9, innumerat mill-ġdid bħala 8, il-kliem “jgħaddix għal dan l-istadju” għandhom jiġu ssostitwiti bi “jadottax l-euro”;

    j)

    fil-paragrafu 10, innumerat mill-ġdid bħala 9, it-test tas-subparagrafu introduttiv għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej: “Ir-Renju Unit jista' jinnotifika f'kull ħin l-intenzjoni tiegħu li jadotta l-euro. F'dak il-każ: ...”. Fil-punt a), ir-referenza għall-Artikolu 122(2) tiġi sostitwita b' referenza għall-Artikolu 117a, paragrafu 1 u 2

    k)

    fil-paragrafu 11, innumerat mill-ġdid bħala 10, il-kliem “u l-Artikolu 116(3)” għandhom jitħassru u l-kliem fit-tmiem “... ma jgħaddix għat-tielet stadju.” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... ma jadottax l-euro.”.

    17)   Il-Protokoll dwar ċerti dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mad-Danimarka għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    fil-preambolu, l-ewwel premessa għandha titħassar, fit-tieni premessa, li saret l-ewwel premessa, il-kliem “... il-parteċipazzjoni Daniża fit-tielet stadju ta' l-Unjoni Ekonomika u Monetarja,” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... ma dan l-Istat jirrinunzja għad-deroga tiegħu,” u għandha tiddaħħal it-tieni premessa l-ġdida li ġejja: “BILLI, fit-3 ta' Novembru 1993, il-Gvern Daniż għarraf lill-Kunsill bl-intenzjoni tiegħu li ma jipparteċipax fit-tielet stadju ta' l-Unjoni Ekonomika u Monetarja,”;

    b)

    il-paragrafi 1 u 3 għandhom jitħassru u l-punti l-oħra għandhom jiġu nnumerati mill-ġdid b' konsegwenza;

    ċ)

    fil-paragrafu 2, innumerat mill-ġdid bħala 1, l-ewwel sentenza għandha tiġi ssostitwita bi “Id-Danimarka għandu jkolla deroga in vista tan-notifika lill-Kunsill mill-gvern Daniż fit-3 ta' Novembru 1993.”;

    d)

    fil-punt 4, nnumerat mill-ġdid bħala 2, ir-referenza għall-Artikolu 122 (2) għandha tiġi sostitwita b' referenza għall-Artikolu 117a tat-Trattat dwar il-funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

    18)   Il-Protokoll li jintegra l-acquis ta' Schengen fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    fit-titolu tal-Protokoll, il-kliem “li jintegra l-acquis ta' Schengen fi ...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “dwar l-acquis ta' Schengen integrat fi ...”;

    b)

    il-preambolu għandu jiġi emendat kif ġej:

    i)

    fl-ewwel premessa, l-aħħar parti tas-sentenza, “..., għandhom il-mira li jsaħħu l-integrazzjoni Ewropea u, partikolarment, jabilitaw lill-Unjoni Ewropea biex tiżviluppa aktar malajr fi spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja”; għandha tiġi ssostitwita bi “..., ġew integrati fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea bit-Trattat ta' Amsterdam tat-2 ta' Ottubru 1997;”;

    ii)

    it-tieni premessa għandha tiġi ssostitwita bit-test li ġej:

    “WAQT LI JIXTIEQU jippreservaw l-acquis ta' Schengen, kif ġie żviluppat mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Amsterdam, u jiżviluppaw dan l-acquis biex jikkontribwixxu għall-kisba ta' l-objettiv li ċ-ċittadini jkollhom spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja mingħajr fruntieri interni”;

    iii)

    it-tielet premessa għandha titħassar;

    iv)

    fil-ħames premessa, li saret ir-raba', il-kliem “... ma humiex partijiet mil-ftehim imsemmija hawn fuq u ma ffermawhomx ...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... ma jipparteċipawx fid-diżpożizzjonijiet kollha ta' l-acquis ta' Schengen ...” u, fit-tmiem, il-kliem “... li jaċċettaw, kollha kemm huma jew in parti id-dispożizzjonijiet ta' l-akkordji msemmija,” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... li jaċċettaw dispożizzjonijiet oħra minn dan l-acquis kollha kemm huma jew f'parti;”;

    v)

    fis-sitt premessa, li saret il-ħames, il-kliem, fit-tmiem, “... u li dawk id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu użati biss meta ma jkunx hemm triq oħra” għandhom jitħassru;

    vi)

    fis-seba' premessa li saret is-sitta, il-kliem, fit-tmiem, “... liema żewġ Stati kienu ikkonfermaw l-intenzjoni tagħhom li jkunu marbuta bid-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq, fuq il-bażi tal-ftehim iffirmati fil-Lussemburgu fid-19 ta' Diċembru 1996” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... ġaladarba dawn iż-żewġ Stati, kif ukoll l-Istati Nordiċi membri ta' l-Unjoni Ewropea, huma marbuta bid-dispożizzjonijiet ta' l-Unjoni Nordika tal-passaporti;”;

    ċ)

    Fl-Artikolu 1, l-ewwel sentenza għandha tiġi ssostitwita bit-test li ġej:

    “Ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Renju ta' l-Olanda, ir-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Isvezja huma awtorizzati li jistabbilixxu bejniethom kooperazzjoni msaħħa fl-oqsma koperti mid-dispożizzjonijiet definiti mill-Kunsill, li jikkostitwixxu l-acquis ta' Schengen.”

    d)

    l-Artikolu 2 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “Artikolu 2

    L-acquis ta' Schegen għandu japplika għall-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 1, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni tas-16 ta' April 2003 u ta' l-Artikolu 4 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005. Il-Kunsill għandu jissostitwixxi l-Kumitat Eżekuttiv stabbilit mill-ftehim ta' Schengen.”;

    e)

    l-Artikolu 3 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “Artikolu 3

    Il-parteċipazzjoni tad-Danimarka fl-adozzjoni ta' miżuri li jikkostitwixxu żvilupp ta' l-acquis ta' Schengen, kif ukoll l-implimentazzjoni ta' dawk il-miżuri u l-applikazzjoni tagħhom għad-Danimarka, għandhom ikunu regolati mid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka.”;

    f)

    fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 4, il-kliem “..., li ma humiex marbuta bl-acquis ta' Schengen,” għandhom jitħassru;

    g)

    l-Artikolu 5 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “Artikolu 5

    18)1.   Il-proposti u l-inizjattivi biex jinbena fuq l-acquis ta' Schengen għandhom ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattati.

    F'dan il-kuntest, jekk l-Irlanda jew ir-Renju Unit ma jkunux għarrfu bil-kitba lill-Kunsill fi żmien perijodu raġonevoli li jixtiequ jieħduu sehem, l-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 280 D tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea għandha titqies li tkun ingħatat lill-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 1 kif ukoll lill-Irlanda jew lir-Renju Unit jekk xi wieħed minnhom ikun jixtieq jieħu sehem fl-oqsma ta' kooperazzjoni in kwistjoni.

    2.   Fejn jitqies li l-Irlanda jew ir-Renju Unit jkunu taw notifika skond deċiżjoni skond l-Artikolu 4, dawn jistgħu madankollu jgħarfu lill-Kunsill bil-miktub, fi żmien 3 xhur, li ma jixtiequx jieħdu sehem f'tali proposta jew inizjattiva. F'dak il-każ, l-Irlanda jew ir-Renju Unit m'għandhomx jieħdu sehem fl-adozzjoni tagħha. Mid-data ta' din in-notifika ta' l-aħħar, il-proċedura għall-adozzjoni tal-miżura li tibni fuq l-acquis ta' Schengen għandha tiġi sospiża sa tmiem il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 3 jew 4 jew sakemm tiġi rtirata dik in-notifika fi kwalunkwe mument matul din il-proċedura.

    3.   Għall-Istat Membru li jkun għamel in-notifika msemmija fil-paragrafu 2, kwalunkwe deċiżjoni meħuda mill-Kunsill skond l-Artikolu 4 għandha tieqaf milli tapplika, mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-miżura proposta, safejn jitqies meħtieġ mill-Kunsill u taħt il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu determinati f'deċiżjoni tal-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni. Dik id-deċiżjoni għandha tittieħed skond il-kriterji li ġejjin: il-Kunsill għandu jfittex li jżomm l-akbar livell possibbli ta' parteċipazzjoni ta' l-Istat Membru kkonċernat mingħajr ma tintlaqat serjament l-operabbiltà prattika tad-diversi partijiet ta' l-acquis ta' Schengen u filwaqt li tiġi rispettata l-koerenza tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-proposta tagħha mill-iktar fis possibbli wara n-notifika msemmija fil-paragrafu 2. Il-Kunsill għandu, jekk meħtieġ wara li jkun sejjaħ żewġ laqgħat suċċessivi, jaġixxi fi żmien erba' xhur mill-proposta tal-Kummissjoni.

    4.   Jekk, sa tmiem il-perijodu ta' erba' xhur, il-Kunsill ma jkun adotta l-ebda deċiżjoni, Stat Membru jista', mingħajr dewmien, jitlob li l-kwistjoni tiġi mressqa lill-Kunsill Ewropew. F'dak il-każ, il-Kunsill Ewropew għandu, fil-laqgħa li jmiss tiegħu, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq il-proposta mill-Kummissjoni, jieħu deċiżjoni skond il-kriterji msemmija fil-paragrafu 3.

    5.   Jekk, sa tmiem il-proċedura prevista fil-paragrafi 3 jew 4, il-Kunsill jew, skond il-każ, il-Kunsill Ewropew ma jkun adotta l-ebda deċiżjoni, is-sospensjoni tal-proċedura għall-adozzjoni tal-miżura li tibni fuq l-acquis ta' Schengen għandha tintemm. Jekk, sussegwentement, l-imsemmija miżura tiġi adottata, kwalunkwe deċiżjoni meħuda mill-Kunsill skond l-Artikolu 4 għandha, mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dik il-miżura, tieqaf milli tapplika għall-Istat Membru kkonċernat safejn u taħt il-kondizzjonijiet deċiżi mill-Kummissjoni, sakemm qabel l-adozzjoni tal-miżura, l-imsemmi Stat Membru ma jkunx irtira n-notifika tiegħu msemmija fil-paragrafu 2. Il-Kummissjoni għandha taġixxi sad-data ta' din l-adozzjoni. Meta tieħu d-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tirrispetta l-kriterji msemmija fil-paragrafu 3.”

    h)

    fit-tmiem ta' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 6, il-kliem “fuq il-bażi tal-ftehim iffirmati fil-Lussemburgu fid-19 ta' Diċembru 1996” għandhom jitħassru;

    i)

    l-Artikolu 7 għandu jiġi rrevokat u l-Artikolu 8 għandu jiġi nnumerat mill-ġdid bħala “7”.

    j)

    l-anness għandu jiġi rrevokat.

    19)   Il-Protokoll dwar l-Applikazzjoni ta' ċerti aspetti ta' l-Artikolu 14 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Unjoni Ewropea għar-Renju Unit u għall-Irlanda għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    fit-titolu tal-Protokoll, il-kliem “tat-Trattat li jistabbilixxi l-Unjoni Ewropea” għandhom jinbidlu bil-kliem “tat-Trattat dwar il-funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea”;

    b)

    fil-punt (a) ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 1, il-kliem “ta' Stati li huma Partijiet Kontraenti tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea” għandhom jiġu ssostitwiti bi “ta' Stati Membri”;

    ċ)

    fl-ewwel u t-tieni subparagrafi ta' l-Artikolu 1 u fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikoli 2 u 3, ir-referenza għall-Artikolu 14 għandha tiġi ssostitwita b'referenza għall-Artikoli 22a u 69 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

    20)   Il-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u ta' l-Irlanda għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    fit-titolu tal-Protokoll, il-kliem “fir-rigward ta' l-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja” għandhom jiġu miżjuda fit-tmiem;

    b)

    fit-tieni premessa tal-Preambolu, ir-referenza għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għandha tiġi ssostitwita b'referenza għall-Artikolu 22a tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea;

    ċ)

    fl-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 1, il-kliem “... skond it-Titolu IV tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... skond it-Titolu IV tal-Parti Tlieta, tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea;” it-tieni sentenza għandha titħassar u għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    “Għall-finijiet ta' l-Artikolu preżenti, il-maġġoranza kwalifikata għandha tkun definita skond l-Artikolu 205(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.”;

    d)

    fl-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 2, il-kliem “... mid-dispopożizzjonijiet tat-Titolu IV tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... mid-dispopożizzjonijiet tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea”; fit-tielet sentenza, il-kliem “... l-acquis communautaire u” għandhom jiġu ssostitwiti minn “... la l-acquis communautaire, u lanqas dak ta' l-Unjoni u”;

    e)

    l-Artikolu 3(1) għandu jiġi emendat kif ġej:

    i)

    fl-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu, il-kliem “... skond it-Titolu IV tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... skond it-Titolu IV tal-Parti Tlieta, tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea” u t-tieni sentenza għandha titħassar;

    ii)

    is-subparagrafi l-ġodda li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara t-tieni subparagrafu:

    “Il-miżuri adottati f'applikazzjoni ta' l-Artikolu 64 C tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea għandhom jistabbilixxu l-kondizzjonijiet tal-parteċipazzjoni tar-Renju Unit u ta' l-Irlanda fil-valutazzjonijiet dwar l-oqsma koperti mit-Titolu IV tal-Parti Tlieta ta' l-imsemmi Trattat.

    Għall-finijiet ta' l-Artikolu preżenti, il-maġġoranza kwalifikata għandha tkun definita skond l-Artikolu 205(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.”

    f)

    fl-Artikoli 4, 5 u 6, il-kliem “… it-Titolu IV tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea” għandhom jiġu ssostitwiti bi “… it-Titolu IV tal-Parti Tlieta, tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea”;

    g)

    fit-tieni sentenza ta' l-Artikolu 4, ir-referenza għall-Artikolu 11(3), għandha tiġi ssostitwita b'referenza għall-Artikolu 280 F (1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea;

    h)

    l-Artikolu 4a l-ġdid li ġej għandu jiddaħħal:

    “Artikolu 4a

    1.   Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll japplikaw għar-Renju Unit u l-Irlanda anke għal miżuri proposti jew adottati skond it-Titolu IV tal-Parti III tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea li jemendaw miżura eżistenti li biha jkunu marbuta.

    20)2.   Madankollu, f'każijiet fejn il-Kunsill, li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, jiddetermina li n-nuqqas ta' parteċipazzjoni tar-Renju Unit jew ta' l-Irlanda fil-verżjoni emendata ta' miżura eżistenti tagħmel mod li l-applikazzjoni ta' dik il-miżura tkun inpratikabbli għal Stati Membri oħra jew għall-Unjoni, huwa jista' jħeġġiġhom jagħmlu notifika skond l-Artikolu 3 jew 4. Għall-finijiet ta' l-Artikolu 3, perijodu ulterjuri ta' xahrejn jibda jgħodd mid-data ta' tali determinazzjoni mill-Kunsill.

    Jekk, ma' l-iskadenza ta' dak il-perijodu ta' xahrejn mid-determinazzjoni tal-Kunsill, ir-Renju Unit jew l-Irlanda ma jkunux għamlu notifika skond l-Artikolu 3 jew l-Artikolu 4, il-miżura eżistenti ma tibqax torbot u ma tibqax applikabbli għalih, sakemm l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx għamel notifika skond l-Artikolu 4 qabel id-dħul fis-seħħ tal-miżura emendatorja. Dan għandu jieħu effett mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-miżura emendatorja jew ta' l-iskadenza tal-perijodu ta' xahrejn, skond liema tkun l-aktar tard.

    Għall-fini ta' dan il-paragrafu, il-Kunsill għandu, wara diskussjoni sħiħa tal-kwistjoni, jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata tal-membri tiegħu li jirrappreżentaw l-Istati Membri li jipparteċipaw jew li jkunu pparteċipaw fl-adozzjoni tal-miżura emendatorja. Maġġoranza kwalifikata tal-Kunsill għandha tiġi definita skond l-Artikolu 205(3)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

    3.   Il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' jiddetermina li r-Renju Unit jew l-Irlanda għandhom ikunu responsabbli għall-konsegwenzi finanzjarji diretti, jekk ikun hemm, li jirriżultaw neċessarjament u inevitabbilment mill-waqfien tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-miżura eżistenti.

    4.   Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4.”;

    i)

    fl-Artikolu 5, il-parti tas-sentenza li ġejja għandha tiżdied fl-aħħar: “..., sakemm il-Kunsill, li jaġixxi bl-unanimità tal-membri kollha tiegħu u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, ma jiddeċidix mod ieħor.”;

    j)

    fl-Artikolu 6, il-kliem “... id-dispożizzjonijiet pertinenti ta' dak it-Trattat, inkluż l-Artikolu 68,” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... id-dispożizzjonijiet pertinenti tat-Trattati.”;

    k)

    l-Artikolu 6a l-ġdid li ġej għandu jiddaħħal:

    “Artikolu 6a

    Ir-Renju Unit jew l-Irlanda m'għandhomx ikunu marbuta minn regoli stabbiliti abbażi ta' l-Artikolu 16 B tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea li jikkonċernaw it-trattament ta' data personali mill-Istati Membri fl-eżerċiżżju ta' attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Kapitoli 4 jew 5 tat-Titolu IV tal-Parti III ta' l-imsemmi Trattat, meta r-Renju Unit jew l-Irlanda ma jkunux marbuta b'regoli ta' l-Unjoni li jirregolaw forom ta' kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali jew ta' kooperazzjoni tal-pulizija li fil-qafas tagħhom għandhom jiġu rrispettati d-dispożizzjonijiet stabbiliti abbażi ta' l-Artikolu 16 B.”

    l)

    fl-Artikolu 7, il-kliem “L-Artikoli 3 u 4” għandhom jiġu ssostitwiti bi “L-Artikoli 3, 4 u 4a” u l-kliem “... għall-Protokoll li jintegra l-Acquis ta' Schengen fil-” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... għall-Protokoll dwar l-acquis ta' Schengen integrat fil-...”;

    m)

    fl-Artikolu 8, il-kliem “President tal-” għandhom jitħassru.

    n)

    l-Artikolu 9 l-ġdid li ġej għandu jiddaħħal:

    “Artikolu 9

    Fir-rigward ta' l-Irlanda, dan il-Protokoll m'għandux japplika għall-Artikolu 61 H tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.”.

    21)   Il-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    il-preambolu għandu jiġi emendat kif ġej:

    i)

    it-tliet premessi l-ġodda li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara t-tieni premessa:

    “KONXJI mill-fatt illi l-kontinwazzjoni taħt it-Trattati tas-sistema legali li oriġinat fid-deċiżjoni ta' Edinburgu ser tillimita b'mod sinifikattiv il-parteċipazzjoni tad-Danimarka f'oqsma importanti ta' kooperazzjoni ta' l-Unjoni, u li jkun fl-aħjar interess ta' l-Unjoni li tiġi assigurata l-integrità ta' l-acquis fl-ispazju tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja;

    XEWQANA għaldaqstant li jistabilixxu qafas legali li joffri lid-Danimarka l-possibbiltà li tipparteċipa fl-adozzjoni ta' miżuri proposti msejsa fuq it-Titolu IV tal-Parti III tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea u jilqgħu l-intenzjoni tad-Danimarka li tagħmel użu minn din il-possibiltà meta jkun possibbli skond il-ħtiġijiet kostituzzjonali tagħha;

    FILWAQT LI JINNUTAW illi d-Danimarka mhix ser iżomm lill-Istati Membri l-oħra milli jkomplu jiżviluppaw il-kooperazzjoni ta' bejniethom fir-rigward ta' miżuri li ma jorbtux lid-Danimarka,”

    ii)

    fil-premessa ta' qabel ta' l-aħħar, il-kliem “... tal-Protokoll li jintegra l-Acquis ta' Schengen fil-” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... tal-Protokoll dwar l-acquis ta' Schengen imdaħħal fil-...”;

    b)

    fl-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 1, il-kliem “it-titolu IV tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... it-Titolu IV tal-Parti Tlieta, tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea”;

    ċ)

    fl-Artikolu 1, it-tieni sentenza ta' l-ewwel subparagrafu għandha titħassar u għandu jiddaħħal is-subparagrafu l-ġdid li ġej:

    “Għall-finijiet ta' l-Artikolu preżenti, il-maġġoranza kwalifikata għandha tkun definita skond l-Artikolu 205(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.”;

    d)

    l-Artikolu 2 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “Artikolu 2

    Ebda dispożizzjoni tat-Titolu IV, tal-Parti III, tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, l-ebda miżura adottata skond dak it-Titolu, l-ebda dispożizzjoni ta' ftehim internazzjonali konkluż mill-Unjoni skond dak it-Titolu, u l-ebda deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-interpretazzjoni ta' kwalunkwe tali dispożizzjoni jew miżura jew kull miżura emendata jew emendabbli skond dak it-Titolu m'għandhom jorbtu lid-Danimarka jew ikunu applikabbli għaliha; u l-ebda waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet, miżuri jew deċiżjonijiet m'għandha b'xi mod taffetwa l-kompetenzi, id-drittijiet u l-obbligi tad-Danimarka; u l-ebda waħda minn dawk id-dispożizzjonijiet, miżuri jew deċiżjonijiet m'għandha b' xi mod taffettwa l-acquis tal-Komunità jew ta' l-Unjoni u lanqas ma tifforma parti mil-liġijiet ta' l-Unjoni kif dawn japplikaw għad-Danimarka. B'mod partikolari, atti ta' l-Unjoni fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali li ġew adottati qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona li huma emendati għandhom ikomplu jorbtu lil u jkunu applikabbli għad-Danimarka mingħajr bidla.”;

    e)

    l-Artikolu 2a il-ġdid li ġej għandu jiddaħħal:

    “Artikolu 2a

    L-Artikolu 2 ta' dan il-Protokoll għandu japplika wkoll għal dawk ir-regoli stabbiliti abbażi ta' l-Artikolu 16 B tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea li jikkonċernaw data ta' tip personali mill-Istati Membri fl-eżerċizzju ta' attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Kapitoli 4 jew 5 tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta ta' l-imsemmi Trattat.”;

    f)

    l-Artikolu 4 għandu jsir l-Artikolu 6;

    g)

    l-Artikolu 5, innumerat mill-ġdid bħala 4, għandu jiġi emendat kif ġej:

    i)

    fl-Artikolu kollu, il-kelma “deċiżjoni” għandha tiġi ssostitwita bi “miżura”;

    ii)

    fil-paragrafu 1, il-kliem “... skond id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... u li joħorġu minn din il-Parti” u l-kliem “... l-Istati Membri l-oħra msemmija fl-Artikolu 1 tal-Protokoll li jintegra l-Acquis ta' Schengen fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Irlanda jew ir-Renju Unit jekk dawk l-Istati jieħdu sehem fl-oqsma ta' kooperazzjoni in kwistjoni.” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... l-Istati Membri l-oħra marbuta b'din il-miżura.”;

    iii)

    fil-paragrafu 2, l-kliem “... l-Istati Membri msemmija f'Artikolu 1 tal-Protokoll li jintegra l-Acquis ta' Schengen fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea għandhom jikkunsidraw ...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... l-Istati Membri marbuta b'din il-miżura u d-Danimarka għandhom jikkunsidraw ...”

    h)

    l-Artikolu 6, innumerat mill-ġdid bħala 5, għandu jiġi emendat kif ġej:

    i)

    fl-ewwel sentenza, il-kliem “... ta' l-Artikoli 13, paragrafu 1, u l-Artikolu 17 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... ta' l-Artikolu 13(1), ta' l-Artikolu 28 A u ta' l-Artikoli 28 B sa 28 E tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea” u l-aħħar parti tas-sentenza “…, imma ma timpedix l-iżvilupp ta' kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-Istati Membri f'dan il-qasam” għandha titħassar;

    ii)

    it-tielet sentenza l-ġdida li ġejja għandha tiddaħħal: “Id-Danimarka m'għandhiex iżżomm lill-Istati Membri l-oħra milli jiżviluppaw iżjed il-kooperazzjoni ta' bejniethom f'dan il-qasam.”;

    iii)

    fir-raba' sentenza l-ġdida għandu jiddaħħal it-test li ġej: “..., u lanqas li tpoġġi kapaċitajiet militari għad-disposizzjoni ta' l-Unjoni.”;

    iv)

    iż-żewġ subparagrafi l-ġodda li ġejjin għandhom jiddaħħlu:

    “L-unanimità tal-membri tal-Kunsill, bl-eċċezzjoni tar-rappreżentant tal-gvern Daniż, għandha tkun meħtieġa għall-atti tal-Kunsill li għandhom jiġu adottati b'mod unanimu.

    Għall-finijiet ta' l-Artikolu preżenti, il-maġġoranza kwalifikata għandha tkun definita skond l-Artikolu 205(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.”

    i)

    Wara it-titolu “PARTI III” għandu jiddaħħal Artikolu 6 bil-formulazzjoni ta' l-Artikolu 4

    j)

    it-titolu “PARTI IV” għandu jiddaħħal qabel l-Artikolu 7;

    k)

    l-Artikolu 8 l-ġdid li ġej għandu jiddaħħal:

    “Artikolu 8

    1.   Fi kwalunkwe ħin u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7, id-Danimarka tista', skond il-ħtiġijiet kostituzzjonali tagħha, tinnotifika lill-Istati Membri l-oħra li b'effett mill-ewwel ġurnata tax-xahar ta' wara n-notifika, l-Parti I għandha tkun komposta mid-dispożizzjonijiet ta' l-Anness. F'dan il-każ u b'konsegwenza ta' dan, l-Artikolu 5 sa 8 għandhom jiġu nnumerati mill-ġdid.

    2.   Sitt xhur wara d-data li fiha tidħol fis-seħħ in-notifika prevista fil-pragrafu 1, l-acquis kollu ta' Schengen kif ukoll il-miżuri adottati sabiex jiġi żviluppat fuq dan l-acquis, li sa dak iż-żmien kienu jorbtu lid-Danimarka bħala obbligi taħt id-dritt internazzjonali, għandhom jorbtu lid-Danimarka bħala dritt ta' l-Unjoni.”

    l)

    l-anness il-ġdid li ġej għandu jiżdied mal-Protokoll:

    “ANNESS

    Artikolu 1

    Soġġett għall-Artikolu 3, id-Danimarka m'għandhiex tipparteċipa fl-adozzjoni mill-Kunsill tal-miżuri proposti b'applikazzjoni tat-Titolu IV tal-Parti III tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea. L-unanimità tal-membri tal-Kunsill, bl-eċċezzjoni tar-rappreżentant tal-gvern Daniż, għandha tkun meħtieġa għall-atti tal-Kunsill li għandhom jiġu adottati b'mod unanimu.

    Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, il-maġġoranza kwalifikata għandha tkun definita skond l-Artikolu 205(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 2

    Skond l-Artikolu 1 u soġġett għall-Artikoli 3, 4 u 8, l-ebda waħda mid-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tal-Parti III tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, l-ebda waħda mill-miżuri adottati mill-Unjoni f'applikazzjoni ta' l-imsemmi Titolu u l-ebda deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea li tinterpreta dawn id-dispożizzjonijiet jew miżuri, ma għandhom jorbtu lid-Danimarka jew ikunu applikabbli għaliha. L-ebda dispożizzjoni, miżura jew deċiżjoni ta' din ix-xorta m' għandha b'xi mod tolqot il-kompetenzi, id-drittijiet u l-obbligi tad-Danimarka. L-ebda dispożizzjoni, miżura jew deċiżjoni ta' din ix-xorta m' għandha b'xi mod tolqot l-acquis communautaire jew dak ta' l-Unjoni u m' għandiex tagħmel parti mid-dritt ta' l-Unjoni kif japplika għad-Danimarka.

    Artikolu 3

    1.   Id-Danimarka tista' tinnotifika lill-President tal-Kunsill bil-miktub, fi żmien tliet xhur wara li proposta jew inizjattiva tkun ġiet preżentata lill-Kunsill skond it-Titolu IV tal-Parti III tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, li tixtieq tieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' kwalunkwe tali miżura proposta, u minn dak il-ħin id-Danimarka jkollha d-dritt li tagħmel hekk.

    2.   Jekk, fi żmien raġonevoli, miżura prevista fil-paragrafu 1 ma tistax tiġi adottata bil-parteċipazzjoni tad-Danimarka, il-Kunsill jista' jadotta l-miżura prevista fil-paragrafu 1 skond l-Artikolu 1, mingħajr il-parteċipazzjoni tad-Danimarka. F'dak il-każ, għandu japplika l-Artikolu 2.

    Artikolu 4

    Wara l-adozzjoni ta' miżura b'applikazzjoni tat-Titolu IV tal-Parti III tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, id-Danimarka tista' tinnotifika f'kull ħin lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħha li taċċetta l-miżura msemmija. F'dak il-każ, il-proċedura prevista fl-Artikolu 280 F(1) ta' l-imsemmi Trattat għandha tapplika mutatis mutandis.

    Artikolu 5

    1.   Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll japplikaw għad-Danimarka anke għal miżuri proposti jew adottati skond it-Titolu IV tal-Parti III tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea li jemendaw miżura eżistenti li biha tkun marbuta.

    21)2.   Madankollu, f'każijiet fejn il-Kunsill, li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, jiddetermina li n-non-parteċipazzjoni tad-Danimarka fil-verżjoni emendata ta' miżura eżistenti tagħmel mod li l-applikazzjoni ta' dik il-miżura tkun inprattikabbli għal Stati Membri oħra jew għall-Unjoni, huwa jista' jħeġġiġha tagħmel notifika skond l-Artikolu 3 jew 4. Għall-finijiet ta' l-Artikolu 3, perijodu ulterjuri ta' xahrejn jibda jgħodd mid-data ta' tali determinazzjoni mill-Kunsill.

    Jekk, ma' l-iskadenza ta' dak il-perijodu ta' xahrejn mid-determinazzjoni tal-Kunsill, id-Danimarka ma tkunx għamlet notifika skond l-Artikolu 3 jew l-Artikolu 4, il-miżura eżistenti ma tibqax torbot jew tkun applikabbli għaliha, sakemm ma tkunx għamlet notifika skond l-Artikolu 4 qabel id-dħul fis-seħħ tal-miżura emendatorja. Dan għandu jieħu effett mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-miżura emendatorja jew ta' l-iskadenza tal-perijodu ta' xahrejn, skond liema tkun l-aktar tard.

    Għall-fini ta' dan il-paragrafu, il-Kunsill għandu, wara diskussjoni sħiħa tal-kwistjoni, jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata tal-membri tiegħu li jirrappreżentaw l-Istati Membri li jipparteċipaw jew li jkunu pparteċipaw fl-adozzjoni tal-miżura emendatorja. Maġġoranza kwalifikata tal-Kunsill għandha tiġi definita skond l-Artikolu 205(3)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

    3.   Il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' jiddetermina li d-Danimarka għandha tkun responsabbli għall-konsegwenzi finanzjarji diretti, jekk ikun hemm, li jirriżultaw neċessarjament u inevitabbilment mill-waqfien tal-parteċipazzjoni tagħha fil-miżura eżistenti.

    4.   Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4.

    Artikolu 6

    21)1.   Notifika skond l-Artikolu 4 għandha tiġi preżentata mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-adozzjoni finali ta' miżura jekk din il-miżura tibni fuq l-acquis ta' Schengen.

    Fil-każ li d-Danimarka ma tippreżentax notifika skond l-Artikoli 3 u 4 dwar miżura li tibni fuq l-acquis ta' Schengen, l-Istati Membri marbuta minnha u d-Danimarka għandhom jikkunsidraw il-miżuri xierqa li għandhom jittieħdu.

    2.   Notifika skond l-Artikoli 3 fir-rigward ta' miżuri li jibnu fuq l-acquis ta' Schengen għandha tiġi kkunsidrata irrevokabbilment bħala notifika skond l-Artikolu 3 fir-rigward ta' kwalunkwe proposta jew inizjattiva ulterjuri li timmira biex tibni fuq dik il-miżura, dment li tali proposta jew inizjattiva tibni fuq l-acquis ta' Schengen.

    Artikolu 7

    Id-Danimarka m'għandhiex tkun marbuta minn regoli stabbiliti abbażi ta' l-Artikolu 16 B tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea li jikkonċernaw it-trattament ta' data personali mill-Istati Membri fl-eżerċiżżju ta' attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Kapitoli 4 jew 5 tat-Titolu IV tal-Parti III ta' l-imsemmi Trattat, meta d-Danimarka ma tkunx marbuta b'regoli ta' l-Unjoni li jirregolaw forom ta' kooperazzjoni ġudizzjarja fil-kamp kriminali jew ta' kooperazzjoni tal-pulizija li fil-qafas tiegħu għandhom jiġu rispettati d-dispożizzjonijiet stabbiliti abbażi ta' l-Artikolu 16 B.

    Artikolu 8

    Fejn, fil-każijiet imsemmija f'din il-Parti, id-Danimarka tkun marbuta b'miżura adottata mill-Kunsill b'applikazzjoni tat-Titolu IV tal-Parti III tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, id-dispożizzjonijiet pertinenti tat-Trattati għandhom japplikaw għad-Danimarka għal dak li jikkonċerna l-miżura in kwistjoni.

    Artikolu 9

    Fejn id-Danimarka ma tkunx marbuta b'miżura adottata skond il-Titolu IV tal-Parti III tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, din m'għandha ssofri l-ebda konsegwenzi finanzjari ta' dik il-miżura ħlief għall-ispejjeż amministrattivi li jġarrbu l-istituzzjonijiet sakemm il-Kunsill ma jiddeċiedix mod ieħor, bl-unanimita' tal-membri kollha tiegħu, wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew.”

    22)   Il-Protokoll dwar l-asil għal ċittadini ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    il-preambolu għandu jiġi emendat kif ġej:

    i)

    l-ewwel premessa għandha tiġi ssostitwita bit-test li ġej:

    “BILLI skond l-Artikolu 6(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Unjoni tirrikonoxxi d-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali,”;

    ii)

    għandha tiddaħħal it-tieni premessa l-ġdida li ġejja:

    “BILLI skond l-Artikolu 6(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, id-drittijiet fundamentali, kif garantiti mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, jikkostitwixxu parti mil-liġi ta' l-Unjoni bħala prinċipji ġenerali,”;

    iii)

    fit-tieni premessa li saret it-tielet, ir-referenza għall-Artikolu 6(2) għandha tiġi sostitwita b'referenza għall-Artikolu 6(1) u (3);

    iv)

    fit-tielet premessa li saret ir-raba', ir-referenza għall-Artikolu 6(1) għandha tiġi sostitwita b'referenza għall-Artikolu 1a.

    v)

    fit-tielet u r-raba' premessa, li saru r-raba' u l-ħames premessa, il-kelma “prinċipji” għandha tiġi ssostitwita bi “valuri”, fir-raba' premessa li ssir il-ħames premessa, ir-referenza għall-Artikolu 309 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea għandha tiġi ssostitwita b' referenza għall-Artikolu 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;

    vi)

    fil-ħames premessa, li saret is-sitt premessa, ir-referenza għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għandha tiġi sostitwita b' referenza għat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea;

    vii)

    is-seba' premessa, li saret it-tmien premessa għandha titħassar;

    b)

    l-Artikolu uniku għandu jiġi emendat kif ġej:

    i)

    fil-punt (b), wara l-kliem “... il-Kunsill” għandhom jiddaħħlu l-kliem “, jew jekk ikun il-każ il-Kunsill Ewropew,” u l-kliem “... fil-konfront ta' l-Istat Membru li tiegħu l-applikant ikun ċittadin,” għandhom jiddaħħlu fit-tmiem;

    ii)

    it-test tal-punt (c) għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “ċ)

    jekk il-Kunsill ikun adotta deċiżjoni skond l-Artikolu 7(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' l-Istat Membru li tiegħu l-applikant ikun ċittadin jew jekk il-Kunsill Ewropew ikun adotta deċiżjoni skond l-Artikolu 7(2) ta' l-imsemmi Trattat fir-rigward ta' l-Istat Membru li tiegħu l-applikant ikun ċittadin;”.

    23)   Il-Protokoll fuq il-koeżjoni ekonomika u soċjali għandha tiġi emendata kif ġej:

    a)

    fil-Protokoll kollu, il-kliem “koeżjoni ekonomika u soċjali” għandhom jiġu ssostitwiti bi “koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali”;

    b)

    il-preambolu għandu jiġi emendat kif ġej:

    i)

    l-ewwel, it-tieni, il-ħames u l-erbatax-il premessa għandhom jitħassru;

    ii)

    l-ewwel premessa l-ġdida taqra :

    “FILWAQT LI JFAKKRU li l-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jsemmi, fost objettivi oħra, il-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u tas-solidarjetà bejn l-Istati Membri, u li din il-koeżjoni tidher fost l-oqsma ta' kompetenza kondiviża ta' l-Unjoni elenkati fl-Artikolu 2 C (2)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea,”;

    iii)

    ir-raba' premessa, li saret it-tielet premessa, għandha tiġi ssostitwita bit-test li ġej:

    “FILWAQT LI JFAKKRU li d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 161 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea jipprovdu għall-ħolqien ta' Fond ta' Koeżjoni,”;

    iv)

    fil-ħdax-il premessa, li saret it-tmien premessa, il-kliem fit-tmiem“... u jisħqu fuq l-importanza ta' l-inklużjoni tal-koeżjoni ekonomika u soċjali fl-Artikoli 2 u 3 ta' dan it-Trattat” għandhom jitħassru;

    v)

    fil-ħmistax-il premessa, li saret il-ħdax-il premessa l-ġdida l-kliem “... li jrid jitwaqqaf qabel il-31 ta' Diċembru 1993 ...” għandhom jitħassru;

    vi)

    fl-aħħar premessa, ir-referenza għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għandha tiġi sostitwita b'referenza għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

    24)   Fil-Protokoll dwar il-proċedura dwar żbilanċi eċċessiv, fil-preambolu, fl-ewwel premessa, ir-referenza għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għandha tiġi sostitwita b' referenza għat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

    25)   Fil-Protokoll dwar Franza, il-kliem “... fit-territorji barranin tagħha ...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... fil-Kaledonja Ġdida, fil-Polineżja Franċiża u għal Wallis u Futuna ...”.

    26)   Fil-Protokoll dwar ir-relazzjonijiet esterni ta' l-Istati Membri dwar il-qsim tal-fruntieri esterni, ir-referenza għall-Artikolu 62, punt 2) a) tat-Titolu IV tat-Trattat għandha tiġi sostitwita b' referenza għall-Artikolu 62(2) punt b) tat-Trattat dwar il-funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

    27)   Fil-Protokoll dwar l-Artikolu 17 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea , fit-termini ta' promulgazzjoni, il-parti tas-sentenza finali “, fi żmien sena mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Amsterdam” għandha titħassar.

    28)   Fil-Protokoll dwar is-sistema ta' Xandir Pubbliku fl-Istati Membri, fl-aħħar sub-paragrafu tal-preambolu, il-kliem “annessi mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea”, għandhom jiġu ssostitwiti bi “annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea”.

    29)   Fit-tieni sentenza ta' l-Artikolu 3(3) tal-Protokoll li jikkonċerna l-importazzjonijiet fil-Komunità Ekonomika Ewropea ta' prodotti petrolifiċi irfinati fl-Antilles ta' l-Olanda, il-kliem “... b'deċiżjoni meħuda b'maġġoranza kkwalifikata” għandhom jitħassru.

    30)   Il-Protokoll dwar l-Artikolu 141 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    fl-intestatura tal-Protokoll, ir-referenza għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għandha tiġi ssostitwita b'referenza għat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea;

    b)

    fid-dispożizzjoni unika, il-kliem “ta' dan it-Trattat” għandhom jiġu ssostitwiti bi “tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea”.

    31)   Fil-Protokoll dwar arranġamenti speċjali għall-Groenlandja il-kliem “Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea” għandhom jinbidlu bil-kliem “trattat dwar il-funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea” u l-Artikolu 2 għandu jitħassar.

    32)   Il-Protokoll anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej għandhom jiġu emendati kif ġej:

    a)

    it-titolu tal-Protokoll għandu jiġi ssostitwit bi “Protokoll dwar l-Artikolu 40.3.3 tal-Kostituzzjoni ta' l-Irlanda”;

    b)

    il-kliem “Xejn fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jew fit-Trattati li jistabbilixxu l-komunità Ewropea...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “Xejn fit-Trattati, fit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika ...”.

    33)   Il-Protokoll dwar il-konsegwenzi finanzjarji ta' l-iskadenza tat-Trattat KEFA u dwar il-fond tar-riċerka għall-faħam u l-azzar għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    fil-preambolu, l-ewwel żewġ premessi għandhom jiġu ssostitwiti bl-ewwel premessa l-ġdida li ġejja:

    “FILWAQT li jfakkru illi l-kapital u d-dejn kollu tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar kif kien jeżisti fit-23 ta' Lulju 2002, kien ingħadda lill-Komunità Ewropea fl-24 ta' Lulju 2002,”;

    b)

    fl-Artikolu 1, il-paragrafu (1) għandu jitħassar u ż-żewġ paragrafi l-oħra għandhom jiġu nnumerati mill-ġdid b' konsegwenza;

    ċ)

    l-Artikolu 2 għandu jinqasam f'żewġ subparagrafi, bl-ewwel subparagrafu jintemm bil-kliem “..., inklużi l-prinċipji essenzjali.”. Dan l-Artikolu, barra minn hekk għandu jiġi emendat kif ġej:

    i)

    fl-ewwel subparagrafu, il-kliem “li jaġixxi b'mod unanimu fuq proposta tal-Kummissjoni” għandhom jiġu ssostitwiti bi “li jaġixxi skond proċedura leġislattiva speċjali” u l-kliem “li jkun ikkonsulta” għandhom jiġu ssostitwiti bi “l-approvazzjoni”;

    ii)

    fit-tieni subparagrafu, il-kliem “u l-proċeduri ta' deċiżjoni xierqa, prtikolarment għall-adozzjoni ta' linji gwida ...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “Il-Kunsill għandu jadotta, fuq proposta mil-Kummissjoni u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, il-miżuri li jistabbilixxu l-linji gwida ...”;

    d)

    l-Artikolu 4 għandu jiġi rrevokat.

    Artikolu 2

    1.   L-Artikoli tal-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Bank Ewropew ta' l-Investiment u tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet ta' l-Unjoni Ewropea, kif emendati mit-Trattat ta' Lisbona għandhom jiġu nnumerati mill-ġdid skond it-tabella ta' korrispondenza annessa ma' dan il-Protokoll. Ir-referenzi inkroċati għall-Artikoli ta' Protokolli fit-test tal-Protokolli għandhom jiġu adattati skond l-imsemmi tabella.

    2.   Ir-referenzi għall-premessi tal-Protokolli msemmija fl-Artikolu 1, punt 1 jew għall-Artikoli ta' tali Protokolli, inkluż il-paragrafu jew sub-paragrafi tagħhom kif innumerati jew ordnati mill-ġdid minn dan il-Protokoll u li jinsabu fi Protokolli jew atti oħra ta' dritt primarju għandhom jiġu adattati skond dan il-Protokoll. Dawn l-adattazzjonijiet jirrigwardaw ukoll, fejn ikun jixraq, il-każijiet fejn id-disposizzjoni in kwistjoni tkun revokata.

    3.   Ir-referenzi għall-premessi u Artikoli, inklużi l-paragrafi jew sub-paragrafi tagħhom tal-Protokolli msemmija fl-Artikolu 1, punt 1 kif innumerati jew ordnati mill-ġdid mid-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll u li jinsabu fi strumenti oħra għandhom jitqiesu bħala referenzi għall-premessi u l-Artikoli, inkluż il-paragrafi jew sub-paragrafi ta' tali Protokolli kif innumerati jew ordnati mill-ġdid skond dan il-Protokoll.

    ANNESS

    TABELLA TA' KORRISPONDENZA PREVISTA FL-ARTIKOLU 2 TAL-PROTOKOLL NRU 1 LI JEMENDA L-PROTOKOLLI ANNESSI MAT-TRATTAT DWAR L-UNJONI EWROPEA, MAT-TRATTAT LI JISTABBILIXXI L-KOMUNITÀEWROPEA U/JEW MAT-TRATTAT LI JISTABBILIXXI L-KOMUNITÀ EWROPEA GĦALL-ENERĠIJA ATOMIKA

    A.   PROTOKOLL DWAR L-ISTATUTI TAS-SISTEMA EWROPEA TAL-BANEK ĊENTRALI U TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

    Numru antik tal-protokoll

    Numru ġdid tal-protokoll

    Artikolu 1

    Artikolu 1

    Artikolu 2

    Artikolu 2

    Artikolu 3

    Artikolu 3

    Artikolu 4

    Artikolu 4

    Artikolu 5

    Artikolu 5

    Artikolu 6

    Artikolu 6

    Artikolu 7

    Artikolu 7

    Artikolu 8

    Artikolu 8

    Artikolu 9

    Artikolu 9

    Artikolu 10

    Artikolu 10

    Artikolu 11

    Artikolu 11

    Artikolu 12

    Artikolu 12

    Artikolu 13

    Artikolu 13

    Artikolu 14

    Artikolu 14

    Artikolu 15

    Artikolu 15

    Artikolu 16

    Artikolu 16

    Artikolu 17

    Artikolu 17

    Artikolu 18

    Artikolu 18

    Artikolu 19

    Artikolu 19

    Artikolu 20

    Artikolu 20

    Artikolu 21

    Artikolu 21

    Artikolu 22

    Artikolu 22

    Artikolu 23

    Artikolu 23

    Artikolu 24

    Artikolu 24

    Artikolu 25

    Artikolu 25

    Artikolu 26

    Artikolu 26

    Artikolu 27

    Artikolu 27

    Artikolu 28

    Artikolu 28

    Artikolu 29

    Artikolu 29

    Artikolu 30

    Artikolu 30

    Artikolu 31

    Artikolu 31

    Artikolu 32

    Artikolu 32

    Artikolu 33

    Artikolu 33

    Artikolu 34

    Artikolu 34

    Artikolu 35

    Artikolu 35

    Artikolu 36

    Artikolu 36

    Artikolu 37 (revokat)

     

    Artikolu 38

    Artikolu 37

    Artikolu 39

    Artikolu 38

    Artikolu 40

    Artikolu 39

    Artikolu 41

    Artikolu 40

    Artikolu 42

    Artikolu 41

    Artikolu 43

    Artikolu 42

    Artikolu 44

    Artikolu 43

    Artikolu 45

    Artikolu 44

    Artikolu 46

    Artikolu 45

    Artikolu 47

    Artikolu 46

    Artikolu 48

    Artikolu 47

    Artikolu 49

    Artikolu 48

    Artikolu 50 (revokat)

     

    Artikolu 51 (revokat)

     

    Artikolu 52

    Artikolu 49

    Artikolu 53

    Artikolu 50

    B.   PROTOKOLL DWAR L-ISTATUTI TAL-BANK EWROPEW TA' L-INVESTIMENT

    Numru antik tal-protokoll

    Numru ġdid tal-protokoll

    Artikolu 1

    Artikolu 1

    Artikolu 2

    Artikolu 2

    Artikolu 3

    Artikolu 3

    Artikolu 4

    Artikolu 4

    Artikolu 5

    Artikolu 5

    Artikolu 6 (revokat)

     

    Artikolu 7 (revokat)

     

    Artikolu 8

    Artikolu 6

    Artikolu 9

    Artikolu 7

    Artikolu 10

    Artikolu 8

    Artikolu 11

    Artikolu 9

    Artikolu 12

    Artikolu 10

    Artikolu 13

    Artikolu 11

    Artikolu 14

    Artikolu 12

    Artikolu 15

    Artikolu 13

    Artikolu 16

    Artikolu 14

    Artikolu 17

    Artikolu 15

    Artikolu 18

    Artikolu 16

    Artikolu 19

    Artikolu 17

    Artikolu 20

    Artikolu 18

    Artikolu 21

    Artikolu 19

    Artikolu 22

    Artikolu 20

    Artikolu 23

    Artikolu 21

    Artikolu 24

    Artikolu 22

    Artikolu 25

    Artikolu 23

    Artikolu 26

    Artikolu 24

    Artikolu 27

    Artikolu 25

    Artikolu 28

    Artikolu 26

    Artikolu 29

    Artikolu 27

    Artikolu 30

    Artikolu 28

    C.   PROTOKOLL DWAR IL-PRIVILEĠĠI U L-IMMUNITAJIET TA' L-UNJONI EWROPEA

    Numru antik tal-protokoll

    Numru ġdid tal-protokoll

    Artikolu 1

    Artikolu 1

    Artikolu 2

    Artikolu 2

    Artikolu 3

    Artikolu 3

    Artikolu 4

    Artikolu 4

    Artikolu 5 (revokat)

     

    Artikolu 6

    Artikolu 5

    Artikolu 7

    Artikolu 6

    Artikolu 8

    Artikolu 7

    Artikolu 9

    Artikolu 8

    Artikolu 10

    Artikolu 9

    Artikolu 11

    Artikolu 10

    Artikolu 12

    Artikolu 11

    Artikolu 13

    Artikolu 12

    Artikolu 14

    Artikolu 13

    Artikolu 15

    Artikolu 14

    Artikolu 16

    Artikolu 15

    Artikolu 17

    Artikolu 16

    Artikolu 18

    Artikolu 17

    Artikolu 19

    Artikolu 18

    Artikolu 20

    Artikolu 19

    Artikolu 21

    Artikolu 20

    Artikolu 22

    Artikolu 21

    Artikolu 23

    Artikolu 22

    PROTOKOLL Nru 2

    LI JEMENDA T-TRATTAT LI JISTABBILIXXI L-KOMUNITÀ EWROPEA TA' L-ENERGIJA ATOMIKA

    IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

    FILWAQT LI JFAKKRU l-ħtieġa li d-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika għandhom ikomplu jkollhom effett ġuridiku sħiħ;

    XEWQANA li jaddattaw dak it-Trattat għar-regoli ġodda stabbiliti mit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari fl-oqsma istituzzjonali u finanzjarji,

    FTEHMU dwar id-dispożizzjonijiet li ġejjin, li għandhom jiġu annessi mat-Trattat ta' Lisbona u li jemendaw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika kif ġej:

    Artikolu 1

    Dan il-Protokoll għandu jemenda t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ it-“Trattat KEEA”), fil-verżjoni tiegħu li jkun fis-seħħ fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona.

    It-tieni subparagrafu ma jikkonċernax il-verżjoni Maltija.

    Artikolu 2

    L-intestatura tat-Titolu III “Dispożizzjonijiet Istituzzjonali” tat-Trattat KEEA għandha tiġi ssostitwita bi: “Dispożizzjonijiet istituzzjonali u finanzjarji”.

    Artikolu 3

    Il-kapitolu ġdid li ġej għandu jiddaħħal fil-bidu tat-Titolu III tat-Trattat KEEA:

    “KAPITOLU 1

    APPLIKAZZJONI TA' ĊERTI DISPOŻIZZJONIJIET TAT-TRATTAT DWAR L-UNJONI EWROPEA U TAT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI EWROPEA

    Artikolu 106a

    1.   L-Artikolu 7, l-Artikoli 9 sa 9 F, l-Artikolu 48 (2) sa (5), u l-Artikoli 49 u 49 A tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 16 A tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, l-Artikoli 190 sa 201b, l-Artikoli 204 sa 211a, l-Artikolu 213 , l-Artikoli 215 sa 236, l-Artikoli 238, 239 u 240, l-Artikoli 241 sa 245, l-Artikoli 246 sa 262, l-Artikoli 268 sa 277, l-Artikoli 279 sa 280 u l-Artikoli 283, 290 u 292 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea kif ukoll il-Protokoll dwar id-dispożizzjonijiet transitorji li japplikaw għal dan it-Trattat.

    2.   Fil-qafas ta' dan it-Trattat, ir-referenzi għall-Unjoni, għat-‘Trattat dwar l-Unjoni Ewropea’, għat-‘Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea’ jew għat-‘Trattati’ fid-dispożizzjonijiet previsti fil-paragrafu 1 u dawk fil-protokolli annessi kemm għall-imsemmija Trattati u ma' dan it-Trattat għandhom jiġu kkunsidrati, rispettivament, bħala referenzi għall-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika u għal dan it-Trattat.

    3.   Id-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea m'għandhomx jidderogaw mid-dispożizzjonijiet ta' dan it-Trattat.”

    Artikolu 4

    Il-Kapitoli I, II u III tat-Titolu III tat-Trattat KEEA għandhom isiru II, III u IV.

    Artikolu 5

    L-Artikolu 3, l-Artikoli 107 sa 132, l-Artikoli 136 sa 143, l-Artikoli 146 sa 156, l-Artikoli 158 sa 163, l-Artikoli 165 sa 170, l-Artikoli 173, 173A u 175, l-Artikoli 177 sa 179a, u l-Artikoli 180b u 181, l-Artikoli 183, 183A, 190 u 204 tat-Trattat KEEA għandhom jiġu revokati.

    Artikolu 6

    L-intestatura tat-Titolu IV tat-Trattat KEEA “Dispożizzjonijiet Finanzjarji” għandha tiġi ssostitwita bl-intestatura, “Dispożizzjonijiet finanzjarji speċifiċi”.

    Artikolu 7

    1.   Fit-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 38 u fit-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 82 tat-Trattat KEEA, ir-referenzi għall-Artikoli 141 u 142 għandhom jiġu ssostitwiti rispettivament b'dawk għall-Artikoli 226 u 227 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

    2.   Fl-Artikolu 171(2) u fl-Artikolu 176(3) tat-Trattat KEEA, ir-referenza għall-Artikolu 183 għandha tiġi ssostitwita b'dik għall-Artikolu 279 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

    3.   Fl-Artikolu 172(4) tat-Trattat KEEA, ir-referenza għall-Artikolu 177(5) għandha tiġi ssostitwita b'dik għall-Artikolu 272 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

    4.   Fit-Trattat KEEA, il-kliem “Qorti tal-Ġustizzja” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea”.

    Artikolu 8

    L-Artikolu 191 tat-Trattat KEEA għandu jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

    “Artikolu 191

    Il-Komunità għandha tgawdi fit-territorji ta' l-Istati Membri dawk il-privileġġi u l-immunitajiet li huma meħtieġa għat-twettiq tal-missjoni tagħha, skond il-kondizzjonijiet imsemmija fil-Protokoll dwar il-privileġgi u l-immunitajiet ta' l-Unjoni Ewropea”.

    Artikolu 9

    L-Artikolu 206 tat-Trattat KEEA għandu jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

    “Artikolu 206

    Il-Komunità tista' tikkonkludi ma' Stat wieħed jew iktar jew organizzazzjonijiet internazzjonali ftehim li jistabbilixxu assoċjazzjoni li tinvolvi drittijiet u obbligi reċiproki, azzjoni komuni u proċeduri speċjali.

    Dawn il-ftehim għandhom ikunu konklużi mill-Kunsill, li jaġixxi b'mod unanimu wara konsultazzjoni mall-Parlament Ewropew.

    Fejn tali ftehim jeħtieġu emendi għal dan it-Trattat, dawn l-emendi għandhom l-ewwel ikunu adottati skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 48 (2) sa (5) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.”

    Artikolu 10

    Id-dħul u l-infiq tal-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, bl-eċċezzjoni ta' dawk ta' l-Aġenzija Fornitriċi u l-Impriżi Konġunti, għandhom jiddaħħlu fil-baġit ta' l-Unjoni."


    ANNESS

    TABELLA TA' KORRISPONDENZA PREVISTA FL-ARTIKOLU 5 TAT-TRATTAT TA' LISBONA

    A.   Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

    Numru antik tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

    Numru fit- Trattat ta' Lisbona

    Numru ġdid tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

    TITOLU I – DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI

    TITOLU I – DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI

    TITOLU I – DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI

    Artikolu 1

    Artikolu 1

    Artikolu 1

     

    Artikolu 1a

    Artikolu 2

    Artikolu 2

    Artikolu 2

    Artikolu 3

    Artikolu 3 (revokat) (1)

     

     

     

    Artikolu 3a

    Artikolu 4

     

    Artikolu 3b (2)

    Artikolu 5

    Artikolu 4 (revokat) (3)

     

     

    Artikolu 5 (revokat) (4)

     

     

    Artikolu 6

    Artikolu 6

    Artikolu 6

    Artikolu 7

    Artikolu 7

    Artikolu 7

     

    Artikolu 7a

    Artikolu 8

    TITOLU II – DISPOŻIZZJONIJIET LI JEMENDAW IT-TRATTAT LI JISTABBILIXXI L-KOMUNITÀ EKONOMIKA EWROPEA BIL-ĦSIEB LI TIĠI STABBILITA L-KOMUNITÀ EWROPEA

    TITOLU II – DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PRINĊIPJI DEMOKRATIĊI

    TITOLU II – DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PRINĊIPJI DEMOKRATIĊI

    Artikolu 8 (revokat) (5)

    Artikolu 8

    Artikolu 9

     

    Artikolu 8A (6)

    Artikolu 10

     

    Artikolu 8B

    Artikolu 11

     

    Artikolu 8C

    Artikolu 12

    TITOLU III – DISPOŻIZZJONIJIET LI JEMENDAW IT-TRATTAT LI JISTABBILIXXI L-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-FAĦAM U L-AZZAR

    TITOLU III – DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-ISTITUZZJONIJIET

    TITOLU III – DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-ISTITUZZJONIJIET

    Artikolu 9 (revokat) (7)

    Artikolu 9

    Artikolu 13

     

    Artikolu 9A (8)

    Artikolu 14

     

    Artikolu 9B (9)

    Artikolu 15

     

    Artikolu 9C (10)

    Artikolu 16

     

    Artikolu 9D (11)

    Artikolu 17

     

    Artikolu 9E

    Artikolu 18

     

    Artikolu 9F (12)

    Artikolu 19

    TITOLU IV – DISPOŻIZZJONIJIET LI JEMMENDAW IT-TRATTAT LI JISTABILIXXI L-KOMUNITÀ EWROPEA DWAR L-ENERĠIJA ATOMIKA

    TITOLU IV – DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KOOPERAZZJONI MSAĦĦA

    TITOLU IV – DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KOOPERAZZJONI MSAĦĦA

    Artikolu 10 (revokat) (13)

    Artikoli 27 A sa 27 E(sostitwiti)

    Artikoli 40 sa 40 B(sostitwiti)

    Artikoli 43 sa 45 (sostitwiti)

    Artikolu 10 (14) III-118

    Artikolu 20

    TITOLU V – DISPOŻIZZJONIJIET DWAR POLITIKA BARRANIJA U TA' SIGURTÀ KOMUNI

    TITOLU V – DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI DWAR L-AZZJONI ESTERNA TA' L-UNJONI U DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR IL-POLITIKA ESTERA U TA' SIGURTÀ KOMUNI

    TITOLU V – DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI DWAR L-AZZJONI ESTERNA TA' L-UNJONI U DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR IL-POLITIKA ESTERA U TA' SIGURTÀ KOMUNI

     

    Kapitolu 1 - Dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-azzjoni esterna ta' l-Unjoni

    Kapitolu 1 – Dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-azzjoni esterna ta' l-Unjoni

     

    Artikolu 10A

    Artikolu 21

     

    Artikolu 10B

    Artikolu 22

     

    Kapitolu 2 – Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-politika estera u ta' sigurtà komuni

    Kapitolu 2 – Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-politika estera u ta' sigurtà komuni

     

    Taqsima 1 – Dispożizzjonijiet komuni

    Taqsima 1 – Dispożizzjonijiet komuni

     

    Artikolu 10C

    Artikolu 23

    Artikolu 11

    Artikolu 11

    Artikolu 24

    Artikolu 12

    Artikolu 12

    Artikolu 25

    Artikolu 13

    Artikolu 13

    Artikolu 26

     

    Artikolu 13a

    Artikolu 27

    Artikolu 14

    Artikolu 14

    Artikolu 28

    Artikolu 15

    Artikolu 15

    Artikolu 29

    Artikolu 22 (imċaqlaq)

    Artikolu 15a

    Artikolu 30

    Artikolu 23 (imċaqlaq)

    Artikolu 15b

    Artikolu 31

    Artikolu 16

    Artikolu 16

    Artikolu 32

    Artikolu 17 (imċaqlaq)

    Artikolu 28 A

    Artikolu 42

    Artikolu 18

    Artikolu 18

    Artikolu 33

    Artikolu 19

    Artikolu 19

    Artikolu 34

    Artikolu 20

    Artikolu 20

    Artikolu 35

    Artikolu 21

    Artikolu 21

    Artikolu 36

    Artikolu 22 (imċaqlaq)

    Artikolu 15a

    Artikolu 30

    Artikolu 23 (imċaqlaq)

    Artikolu 15b

    Artikolu 31

    Artikolu 24

    Artikolu 24

    Artikolu 37

    Artikolu 25

    Artikolu 25

    Artikolu 38

     

    Artikolu 25a

    Artikolu 39

    Artikolu 47 (imċaqlaq)

    Artikolu 25b

    Artikolu 40

    Artikolu 26 (revokat)

     

     

    Artikolu 27 (revokat)

     

     

    Artikolu 27 A (sostitwit) (15)

    Artikolu 10

    Artikolu 20

    Artikolu 27 B (sostitwit) (15)

    Artikolu 10

    Artikolu 20

    Artikolu 27 C (sostitwit) (15)

    Artikolu 10

    Artikolu 20

    Artikolu 27 D (sostitwit) (15)

    Artikolu 10

    Artikolu 20

    Artikolu 27 E (sostitwit) (15)

    Artikolu 10

    Artikolu 20

    Artikolu 28

    Artikolu 28

    Artikolu 41

     

    Taqsima 2 – Dispożizzjonijiet dwar il-politika ta' sigurtà komuni

    Taqsima 2 – Dispożizzjonijiet dwar il-politika ta' sigurtà komuni

    Artikolu 17 (imċaqlaq)

    Artikolu 28 A

    Artikolu 42

     

    Artikolu 28 B

    Artikolu 43

     

    Artikolu 28 C

    Artikolu 44

     

    Artikolu 28 D

    Artikolu 45

     

    Artikolu 28 E

    Artikolu 46

    TITOLU VI – DISPOŻIZZJONIJIET DWAR KOOPERAZZJONI FL-OQSMA TAL-ĠUSTIZZJA U L-AFFARIJIET INTERNI (revokat) (16)

     

     

    Artikolu 29 (sostitwit) (17)

     

     

    Artikolu 30 (sostitwit) (18)

     

     

    Artikolu 31 (sostitwit) (19)

     

     

    Artikolu 32 (sostitwit) (20)

     

     

    Artikolu 33 (sostitwit) (21)

     

     

    Artikolu 34 (revokat)

     

     

    Artikolu 35 (revokat)

     

     

    Artikolu 36 (sostitwit) (22)

     

     

    Artikolu 37 (revokat)

     

     

    Artikolu 38 (revokat)

     

     

    Artikolu 39 (revokat)

     

     

    Artikolu 40 (revokat) (23)

    Artikolu 10

    Artikolu 20

    Artikolu 40 A (revokat) (23)

    Artikolu 10

    Artikolu 20

    Artikolu 40 B (revokat) (23)

    Artikolu 10

    Artikolu 20

    Artikolu 41 (revokat)

     

     

    Artikolu 42 (revokat)

     

     

    TITOLU VII – DISPOŻIZZJONIJIET DWAR KOOPERAZZJONI MSAĦĦA

    TITOLU VII – DISPOŻIZZJONIJIET DWAR KOOPERAZZJONI MSAĦĦA

    TITOLU VII – DISPOŻIZZJONIJIET DWAR KOOPERAZZJONI MSAĦĦA

    Artikolu 43 (revokat) (24)

    Artikolu 10

    Artikolu 20

    Artikolu 43 A (revokat) (24)

    Artikolu 10

    Artikolu 20

    Artikolu 43 B (revokat) (24)

    Artikolu 10

    Artikolu 20

    Artikolu 44 (revokat) (24)

    Artikolu 10

    Artikolu 20

    Artikolu 44 A (revokat) (24)

    Artikolu 10

    Artikolu 20

    Artikolu 45 (revokat) (24)

    Artikolu 10

    Artikolu 20

    TITOLU VIII – DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

    TITOLU VI – DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

    TITOLU VI – DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

    Artikolu 46 (revokat)

     

     

     

    Artikolu 46 A

    Artikolu 47

    Artikolu 47 (imċaqlaq)

    Artikolu 25b

    Artikolu 40

    Artikolu 48

    Artikolu 48

    Artikolu 48

    Artikolu 49

    Artikolu 49

    Artikolu 49

     

    Artikolu 49 A

    Artikolu 50

     

    Artikolu 49 B

    Artikolu 51

     

    Artikolu 49 C

    Artikolu 52

    Artikolu 50 (revokat)

     

     

    Artikolu 51

    Artikolu 51

    Artikolu 53

    Artikolu 52

    Artikolu 52

    Artikolu 54

    Artikolu 53

    Artikolu 53

    Artikolu 55

    B.   Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

    Numru antik tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

    Numru fit- Trattat ta' Lisbona

    Nurmu ġdid tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

    PARTI I – PRINĊIPJI

    PARTI I – IL-PRINĊIPJI

    PARTI I – IL-PRINĊIPJI

    Artikolu 1 (revokat)

     

     

     

    Artikolu 1a

    Artikolu 1

    Artikolu 2 (revokat) (25)

     

     

     

    Titolu I – Kategoriji u oqsma ta' kompetenza ta' l-Unjoni

    Titolu I – Kategoriji u oqsma ta' kompetenza ta' l-Unjoni

     

    Artikolu 2 A

    Artikolu 2

     

    Artikolu 2 B

    Artikolu 3

     

    Artikolu 2 C

    Artikolu 4

     

    Artikolu 2 D

    Artikolu 5

     

    Artikolu 2 E

    Artikolu 6

     

    Titolu II – Dispożizzjonijiet ta' applikazzjoni ġenerali

    Titolu II – Dispożizzjonijiet ta' applikazzjoni ġenerali

     

    Artikolu 2 F

    Artikolu 7

    Artikolu 3 (1), (revokat) (26)

     

     

    Artikolu 3(2),

    Artikolu 3

    Artikolu 8

    Artikolu 4 (imċaqlaq)

    Artikolu 97b

    Artikolu 119

    Artikolu 5 (sostitwit) (27)

     

     

     

    Artikolu 5a

    Artikolu 9

     

    Artikolu 5b

    Artikolu 10

    Artikolu 6

    Artikolu 6

    Artikolu 11

    Artikolu 153(2), (imċaqlaq)

    Artikolu 6a

    Artikolu 12

     

    Artikolu 6b (28)

    Artikolu 13

    Artikolu 7 (revokat) (29)

     

     

    Artikolu 8 (revokat) (30)

     

     

    Artikolu 9 (revokat)

     

     

    Artikolu 10 (revokat) (31)

     

     

    Artikolu 11 (sostitwit)  (32)

    Artikoli 280 A sa 280 I

    Artikoli 326 sa 334

    Artikolu 11 A (sostitwit)  (32)

    Artikoli 280 A sa 280 I

    Artikoli 326 sa 334

    Artikolu 12 (imċaqlaq)

    Artikolu 16 D

    Artikolu 18

    Artikolu 13 (imċaqlaq)

    Artikolu 16 E

    Artikolu 19

    Artikolu 14 (imċaqlaq)

    Artikolu 22a

    Artikolu 26

    Artikolu 15 (imċaqlaq)

    Artikolu 22b

    Artikolu 27

    Artikolu 16

    Artikolu 16

    Artikolu 14

    Artikolu 255 (imċaqlaq)

    Artikolu 16 A

    Artikolu 15

    Artikolu 286 (sostitwit)

    Artikolu 16 B

    Artikolu 16

     

    Artikolu 16 C

    Artikolu 17

    PARTI II – IĊ-ĊITTADINANZA TA' L-UNJONI

    PARTI II – NON-DISKRIMINAZZJONI U ĊITTADINANZA TA' L-UNJONI

    PARTI II – NON-DISKRIMINAZZJONI U ĊITTADINANZA TA' L-UNJONI

    Artikolu 12 (imċaqlaq)

    Artikolu 16 D

    Artikolu 18

    Artikolu 13 (imċaqlaq)

    Artikolu 16 E

    Artikolu 19

    Artikolu 17

    Artikolu 17

    Artikolu 20

    Artikolu 18

    Artikolu 18

    Artikolu 21

    Artikolu 19

    Artikolu 19

    Artikolu 22

    Artikolu 20

    Artikolu 20

    Artikolu 23

    Artikolu 21

    Artikolu 21

    Artikolu 24

    Artikolu 22

    Artikolu 22

    Artikolu 25

    PARTI III – POLITIKA TAL-KOMUNITÀ

    PARTI III – POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI

    PARTI III – POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI

     

    Titolu I – Suq Intern

    Titolu I – Suq Intern

    Artikolu 14 (imċaqlaq)

    Artikolu 22a

    Artikolu 26

    Artikolu 15 (imċaqlaq)

    Artikolu 22b

    Artikolu 27

    Titolu I – Il-Moviment Liberu tal-Merkanzija

    Titolu Ia – Il-Moviment Liberu tal-Merkanzija

    Titolu II – Il-Moviment Liberu tal-Merkanzija

    Artikolu 23

    Artikolu 23

    Artikolu 28

    Artikolu 24

    Artikolu 24

    Artikolu 29

    Kapitolu 1 – Unjoni doganali

    Kapitolu 1 – Unjoni doganali

    Kapitolu 1 – Unjoni doganali

    Artikolu 25

    Artikolu 25

    Artikolu 30

    Artikolu 26

    Artikolu 26

    Artikolu 31

    Artikolu 27

    Artikolu 27

    Artikolu 32

    Parti III, Titolu X, Kooperazzjoni doganali (imċaqlaq)

    Kapitolu 1a – Kooperazzjoni doganali

    Kapitolu 2 – Kooperazzjoni doganali

    Artikolu 135 (imċaqlaq)

    Artikolu 27a

    Artikolu 33

    Kapitolu 2 – Projbizzjoni ta' restrizzjonijiet kwantitattivi bejn Stati Membri

    Kapitolu 2 – Projbizzjoni ta' restrizzjonijiet kwantitattivi bejn Stati Membri

    Kapitolu 3 – Projbizzjoni ta' restrizzjonijiet kwantitattivi bejn Stati Membri

    Artikolu 28

    Artikolu 28

    Artikolu 34

    Artikolu 29

    Artikolu 29

    Artikolu 35

    Artikolu 30

    Artikolu 30

    Artikolu 36

    Artikolu 31

    Artikolu 31

    Artikolu 37

    Titolu II – Agrikoltura

    Titolu II – Agrikoltura u Sajd

    Titolu III – Agrikoltura u Sajd

    Artikolu 32

    Artikolu 32

    Artikolu 38

    Artikolu 33

    Artikolu 33

    Artikolu 39

    Artikolu 34

    Artikolu 34

    Artikolu 40

    Artikolu 35

    Artikolu 35

    Artikolu 41

    Artikolu 36

    Artikolu 36

    Artikolu 42

    Artikolu 37

    Artikolu 37

    Artikolu 43

    Artikolu 38

    Artikolu 38

    Artikolu 44

    Titolu III – Moviment liberu tal-persuni, servizzi u kapital

    Titolu III – Moviment liberu tal-persuni, servizzi u kapital

    Titolu IV – Moviment liberu tal-persuni, servizzi u kapital

    Kapitolu I – Il-Ħaddiema

    Kapitolu I – Il-Ħaddiema

    Kapitolu I – Il-Ħaddiema

    Artikolu 39

    Artikolu 39

    Artikolu 45

    Artikolu 40

    Artikolu 40

    Artikolu 46

    Artikolu 41

    Artikolu 41

    Artikolu 47

    Artikolu 42

    Artikolu 42

    Artikolu 48

    Kapitolu 2 – Id-dritt ta' stabbiliment

    Kapitolu 2 – Id-dritt ta' stabbiliment

    Kapitolu 2 – Id-dritt ta' stabbiliment

    Artikolu 43

    Artikolu 43

    Artikolu 49

    Artikolu 44

    Artikolu 44

    Artikolu 50

    Artikolu 45

    Artikolu 45

    Artikolu 51

    Artikolu 46

    Artikolu 46

    Artikolu 52

    Artikolu 47

    Artikolu 47

    Artikolu 53

    Artikolu 48

    Artikolu 48

    Artikolu 54

    Artikolu 294 (imċaqlaq)

    Artikolu 48a

    Artikolu 55

    Kapitolu 3 – Is-Servizzi

    Kapitolu 3 – Is-Servizzi

    Kapitolu 3 – Is-Servizzi

    Artikolu 49

    Artikolu 49

    Artikolu 56

    Artikolu 50

    Artikolu 50

    Artikolu 57

    Artikolu 51

    Artikolu 51

    Artikolu 58

    Artikolu 53

    Artikolu 52

    Artikolu 59

    Artikolu 53

    Artikolu 53

    Artikolu 60

    Artikolu 54

    Artikolu 54

    Artikolu 61

    Artikolu 55

    Artikolu 55

    Artikolu 62

    Kapitolu 4 – Il-Kapital u l-pagament

    Kapitolu 4 – Il-Kapital u l-pagament

    Kapitolu 4 – Il-Kapital u l-pagament

    Artikolu 56

    Artikolu 56

    Artikolu 63

    Artikolu 57

    Artikolu 57

    Artikolu 64

    Artikolu 58

    Artikolu 58

    Artikolu 65

    Artikolu 59

    Artikolu 59

    Artikolu 66

    Artikolu 60 (imċaqlaq)

    Artikolu 61 H

    Artikolu 75

    Titolu IV – Il-Visa, l-asil, l-immigrazzjoni u politiki oħra relatati mal-moviment liberu ta' persuni

    Titolu IV – L-Ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja

    Titolu V – L-Ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja

     

    Kapitolu 1 – Dispożizzjonijiet ġenerali

    Kapitolu 1 – Dispożizzjonijiet ġenerali

    Artikolu 61

    Artikolu 61 (33)

    Artikolu 67

     

    Artikolu 61 A

    Artikolu 68

     

    Artikolu 61 B

    Artikolu 69

     

    Artikolu 61 C

    Artikolu 70

     

    Artikolu 61 D (34)

    Artikolu 71

    Artikolu 64(1)(imċaqlaq)

    Artikolu 61 E (35)

    Artikolu 72

     

    Artikolu 61 F

    Artikolu 73

    Artikolu 66 (imċaqlaq)

    Artikolu 61 G

    Artikolu 74

    Artikolu 60 (imċaqlaq)

    Artikolu 61 H

    Artikolu 75

     

    Artikolu 61 I

    Artikolu 76

     

    Kapitolu 2 – Politika dwar kontrolli fil-fruntieri, l-asil u l-immigrazzjoni

    Kapitolu 2 – Politika dwar kontrolli fil-fruntieri, l-asil u l-immigrazzjoni

    Artikolu 62

    Artikolu 62

    Artikolu 77

    Artikolu 63, punti 1 u 2 u Artikolu 64(2) (36)

    Artikolu 63

    Artikolu 78

    Artikolu 63, punti 3 u 4

    Artikolu 63a

    Artikolu 79

     

    Artikolu 63b

    Artikolu 80

    Artikolu 64(1), (imċaqlaq)

    Artikolu 61 E

    Artikolu 72

     

    Kapitolu 3 – Kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili

    Kapitolu 3 – Kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili

    Artikolu 65

    Artikolu 65

    Artikolu 81

    Artikolu 66 (imċaqlaq)

    Artikolu 61 G

    Artikolu 74

    Artikolu 67 (revokat)

     

     

    Artikolu 68 (revokat)

     

     

    Artikolu 69 (revokat)

     

     

     

    Kapitolu 4 – Kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali

    Kapitolu 4 – Kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali

     

    Artikolu 69 A (37)

    Artikolu 82

     

    Artikolu 69 B (37)

    Artikolu 83

     

    Artikolu 69 C

    Artikolu 84

     

    Artikolu 69 D (37)

    Artikolu 85

     

    Artikolu 69 E

    Artikolu 86

     

    Kapitolu 5 – Kooperazzjoni tal-pulizija

    Kapitolu 5 – Kooperazzjoni tal-pulizija

     

    Artikolu 69 F (38)

    Artikolu 87

     

    Artikolu 69 G (38)

    Artikolu 88

     

    Artikolu 69 H (39)

    Artikolu 89

    Titolu V – It-Trasport

    Titolu V – Trasport

    Titolu VI – Trasport

    Artikolu 70

    Artikolu 70

    Artikolu 90

    Artikolu 71

    Artikolu 71

    Artikolu 91

    Artikolu 72

    Artikolu 72

    Artikolu 92

    Artikolu 73

    Artikolu 73

    Artikolu 93

    Artikolu 74

    Artikolu 74

    Artikolu 94

    Artikolu 75

    Artikolu 75

    Artikolu 95

    Artikolu 76

    Artikolu 76

    Artikolu 96

    Artikolu 77

    Artikolu 77

    Artikolu 97

    Artikolu 78

    Artikolu 78

    Artikolu 98

    Artikolu 79

    Artikolu 79

    Artikolu 99

    Artikolu 80

    Artikolu 80

    Artikolu 100

    Titolu VI – Regoli komuni fuq il-Kompetizzjoni fuq it-Tassazzjoni u l-Approssimazzjoni tal-Liġijiet

    Titolu VI – Regoli komuni fuq il-Kompetizzjoni fuq it-Tassazzjoni u l-Approssimazzjoni tal-Liġijiet

    Titolu VII – Regoli komuni fuq il-Kompetizzjoni fuq it-Tassazzjoni u l-Approssimazzjoni tal-Liġijiet

    Kapitolu 1 – Regoli li jirregolaw il-Kompetizzjoni

    Kapitolu 1 – Regoli fuq l-Kompetizzjoni

    Kapitolu 1 – Regoli fuq il-Kompetizzjoni

    Taqsima I – Regoli li japplikaw għall-impriżi

    Taqsima I – Regoli li japplikaw għall-impriżi

    Taqsima I – Regoli li japplikaw għall-impriżi

    Artikolu 81

    Artikolu 81

    Artikolu 101

    Artikolu 82

    Artikolu 82

    Artikolu 102

    Artikolu 83

    Artikolu 83

    Artikolu 103

    Artikolu 84

    Artikolu 84

    Artikolu 104

    Artikolu 85

    Artikolu 85

    Artikolu 105

    Artikolu 86

    Artikolu 86

    Artikolu 106

    Taqsima 2 – Għajnuna mill-Istati

    Taqsima 2 – Għajnuna mill-Istati

    Taqsima 2 – Għajnuna mill-Istati

    Artikolu 87

    Artikolu 87

    Artikolu 107

    Artikolu 88

    Artikolu 88

    Artikolu 108

    Artikolu 89

    Artikolu 89

    Artikolu 109

    Kapitolu 2 – Dispożizzjonijiet fiskali

    Kapitolu 2 – Dispożizzjonijiet fiskali

    Kapitolu 2 – Dispożizzjonijiet fiskali

    Artikolu 90

    Artikolu 90

    Artikolu 110

    Artikolu 91

    Artikolu 91

    Artikolu 111

    Artikolu 92

    Artikolu 92

    Artikolu 112

    Artikolu 93

    Artikolu 93

    Artikolu 113

    Kapitolu 3 – Aprossimazzjoni tal-liġijiet

    Kapitolu 3 – Aprossimazzjoni tal-liġijiet

    Kapitolu 3 – Aprossimazzjoni tal-liġijiet

    Artikolu 95 (imċaqlaq)

    Artikolu 94

    Artikolu 114

    Artikolu 94 (imċaqlaq)

    Artikolu 95

    Artikolu 115

    Artikolu 96

    Artikolu 96

    Artikolu 116

    Artikolu 97

    Artikolu 97

    Artikolu 117

     

    Artikolu 97a

    Artikolu 118

    Titolu VII – Politika Ekonomika u Monetarja

    Titolu VII – Politika Ekonomika u Monetarja

    Titolu VIII – Politika Ekonomika u Monetarja

    Artikolu 4 (imċaqlaq)

    Artikolu 97b

    Artikolu 119

    Kapitolu 1 – Politika Ekonomika

    Kapitolu 1 – Politika Ekonomika

    Kapitolu 1 – Politika Ekonomika

    Artikolu 98

    Artikolu 98

    Artikolu 120

    Artikolu 99

    Artikolu 99

    Artikolu 121

    Artikolu 100

    Artikolu 100

    Artikolu 122

    Artikolu 101

    Artikolu 101

    Artikolu 123

    Artikolu 102

    Artikolu 102

    Artikolu 124

    Artikolu 103

    Artikolu 103

    Artikolu 125

    Artikolu 104

    Artikolu 104

    Artikolu 126

    Kapitolu 2 – Politika Monetarja

    Kapitolu 2 – Politika monetarja

    Kapitolu 2 – Politika monetarja

    Artikolu 105

    Artikolu 105

    Artikolu 127

    Artikolu 106

    Artikolu 106

    Artikolu 128

    Artikolu 107

    Artikolu 107

    Artikolu 129

    Artikolu 108

    Artikolu 108

    Artikolu 130

    Artikolu 109

    Artikolu 109

    Artikolu 131

    Artikolu 110

    Artikolu 110

    Artikolu 132

    Artikolu 111(1) sa (3) u (5), (imċaqlaq)

    Artikolu 188 O

    Artikolu 219

    Artikolu 111, paragrafu 4 (imċaqlaq)

    Artikolu 115 C (1)

    Artikolu 138

     

    Artikolu 111a

    Artikolu 133

    Kapitolu 3 – Dispożizzjonijiet Istituzzjonali

    Kapitolu 3 – Dispożizzjonijiet Istituzzjonali

    Kapitolu 3 – Dispożizzjonijiet Istituzzjonali

    Artikolu 112 (imċaqlaq)

    Artikolu 245b

    Artikolu 283

    Artikolu 113 (imċaqlaq)

    Artikolu 245c

    Artikolu 294

    Artikolu 114

    Artikolu 114

    Artikolu 134

    Artikolu 115

    Artikolu 115

    Artikolu 135

     

    Kapitolu 3a – Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro

    Kapitolu 4 – Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro

     

    Artikolu 115 A

    Artikolu 136

     

    Artikolu 115 B

    Artikolu 137

    Artikolu 111(4), (imċaqlaq)

    Artikolu 115 C

    Artikolu 138

    Kapitolu 4 – Dispożizzjonijiet Transitorji

    Kapitolu 4 – Dispożizzjonijiet Transitorji

    Kapitolu 4 – Dispożizzjonijiet Transitorji

    Artikolu 116 (revokat)

     

     

     

    Artikolu 116a

    Artikolu 139

    Artikolu 117(2), l-ewwel ħames punti (imċaqalqa)

     

     

    Artikolu 117(1),(2) u s-sitt punt, mit-(3) sa (9) (revokati)

    Artikolu 118a(2)

    Artikolu 141(2)

    Artikolu 121,(1) (imċaqlaq)

    Artikolu 122(2), it-tieni sentenza (imċaqlaq)

    Artikolu 123(5) (imċaqlaq)

    Artikolu 117a(1) (40)

    Artikolu 117a(2) (41)

    Artikolu 117a(3) (42)

    Artikolu 140

    Artikolu 118 (revokat)

     

     

    Artikolu 123(3) (imċaqlaq)

    Artikou 117(2),l-ewwel ħames punti(imċaqlaq)

    Artikolu 118a(1) (43)

    Artikolu 118a(2) (44)

    Artikolu 141

    Artikolu 124(1) (imċaqlaq)

    Artikolu 118b

    Artikolu 142

    Artikolu 119

    Artikolu 119

    Artikolu 143

    Artikolu 120

    Artikolu 120

    Artikolu 144

    Artikolu 121(1) ,(imċaqlaq)

    Artikolu 117a(1),

    Artikolu 140(1),

    Artikolu 121(2) sa (4) , (revokati)

     

     

    Artikolu 122(1), (2), l-ewwel sentenza, (3), (4) (5) u (6) (revokati)

     

     

    Artikolu 122(2), it-tieni sentenza (imċaqlaq)

    Artikolu 117a(2) l-ewwel subparagrafu

    Artikolu 140(2) l-ewwel subparagrafu

    Artikolu 123 (1), (2) u (4) (revokati)

     

     

    Artikolu 123(3), (imċaqlaq)

    Artikolu 118a(1),

    Artikolu 141(1)

    Artikolu 123(5), (imċaqlaq)

    Artikolu 117a(3)

    Artikolu 140(3)

    Artikolu 124(1) (imċaqlaq)

    Artikolu 118b

    Artikolu 142

    Artikolu 124(2), (revokat)

     

     

    Titolu VIII – L-Impjieg

    Titolu VIII – Impjiegi

    Titolu IX – Impjiegi

    Artikolu 125

    Artikolu 125

    Artikolu 145

    Artikolu 126

    Artikolu 126

    Artikolu 146

    Artikolu 127

    Artikolu 127

    Artikolu 147

    Artikolu 128

    Artikolu 128

    Artikolu 148

    Artikolu 129

    Artikolu 129

    Artikolu 140

    Artikolu 130

    Artikolu 130

    Artikolu 150

    Titolu IX – Il-Politika Kummerċjali Komuni (imċaqlaq)

    Parti V, Titolu II, Il-Politika Kummerċjali Komuni (imċaqlaq)

    Parti V, Titolu II, Il-Politika Kummerċjali Komuni (imċaqlaq)

    Artikolu 131 (imċaqlaq)

    Artikolu 188 B

    Artikolu 206

    Artikolu 132 (revokat)

     

     

    Artikolu 133 (imċaqlaq)

    Artikolu 188 C

    Artikolu 207

    Artikolu 134 (revokat)

     

     

    Titolu X – Il-Kooperazzjoni doganali (imċaqlaq)

    Parti III, Titolu II, Kapitolu 1a, Kooperazzjoni Doganali

    Parti III, Titolu II, Kapitolu 2, Kooperazzjoni Doganali

    Artikolu 135 (imċaqlaq)

    Artikolu 27a

    Artikolu 33

    Titolu XI – Politika Soċjali, Edukazzjoni, Formazzjoni Vokazzjonali u Żgħażagħ

    Titolu IX – Politika Soċjali

    Titolu X – Politika Soċjali

    Kapitolu 1 – Dispożizzjonijiet Soċjali

     

     

    Artikolu 136

    Artikolu 136

    Artikolu 151

     

    Artikolu 136a

    Artikolu 152

    Artikolu 137

    Artikolu 137

    Artikolu 153

    Artikolu 138

    Artikolu 138

    Artikolu 154

    Artikolu 139

    Artikolu 139

    Artikolu 155

    Artikolu 140

    Artikolu 140

    Artikolu 156

    Artikolu 141

    Artikolu 141

    Artikolu 157

    Artikolu 142

    Artikolu 142

    Artikolu 158

    Artikolu 143

    Artikolu 143

    Artikolu 159

    Artikolu 144

    Artikolu 144

    Artikolu 160

    Artikolu 145

    Artikolu 145

    Artikolu 161

    Kapitolu 2 – Fond Soċjali Ewropew

    Titolu X – Fond Soċjali Ewropew

    Titolu XI – Fond Soċjali Ewropew

    Artikolu 146

    Artikolu 146

    Artikolu 162

    Artikolu 147

    Artikolu 147

    Artikolu 163

    Artikolu 148

    Artikolu 148

    Artikolu 164

    Kapitolu 3 – Edukazzjoni, Formazzjoni Vokazzjonali u Żgħażagħ

    Titolu XI – Edukazzjoni, Formazzjoni Vokazzjonali, Żgħażagħ u Sport

    Titolu XII – Edukazzjoni, Formazzjoni Vokazzjonali, Żgħażagħ u Sport

    Artikolu 149

    Artikolu 149

    Artikolu 165

    Artikolu 150

    Artikolu 150

    Artikolu 166

    Titolu XII – Kultura

    Titolu XII – Kultura

    Titolu XIII – Kultura

    Artikolu 151

    Artikolu 151

    Artikolu 167

    Titolu XIII – Is-Saħħa Pubblika

    Titolu XIII – Saħħa Pubblika

    Titolu XIV – Saħħa Pubblika

    Artikolu 152

    Artikolu 152

    Artikolu 168

    Titolu XIV – Protezzjoni tal-Konsumatur

    Titolu XIV – Protezzjoni tal-Konsumatur

    Titolu XV – Protezzjoni tal-Konsumatur

    Artikolu 153(1), (3), (4) u (5)

    Artikolu 153

    Artikolu 169

    Artikolu 153(2) (imċaqlaq)

    Artikolu 6a

    Artikolu 12

    Titolu XV – Networks trans-Ewropej

    Titolu XV – Networks trans-Ewropej

    Titolu XVI – Networks trans-Ewropej

    Artikolu 154

    Artikolu 154

    Artikolu 170

    Artikolu 155

    Artikolu 155

    Artikolu 171

    Artikolu 156

    Artikolu 156

    Artikolu 172

    Titolu XVI – L-Industrija

    Titolu XVI – Industrija

    Titolu XVII – Industrija

    Artikolu 157

    Artikolu 157

    Artikolu 173

    Titolu XVII – Il-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali

    Titolu XVII – Il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

    Titolu XVIII – Il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

    Artikolu 158

    Artikolu 158

    Artikolu 174

    Artikolu 159

    Artikolu 159

    Artikolu 175

    Artikolu 160

    Artikolu 160

    Artikolu 176

    Artikolu 161

    Artikolu 161

    Artikolu 177

    Artikolu 162

    Artikolu 162

    Artikolu 178

    Titolu XVIII – L-Iżvilupp fir-riċerka u t-tekonoloġija

    Titolu XVIII – L-Iżvilupp fir-riċerka u t-tekonoloġija u l-ispazju

    Titolu XIX – L-Iżvilupp fir-riċerka u t-tekonoloġija l-ispazju

    Artikolu 163

    Artikolu 163

    Artikolu 179

    Artikolu 164

    Artikolu 164

    Artikolu 180

    Artikolu 165

    Artikolu 165

    Artikolu 181

    Artikolu 166

    Artikolu 166

    Artikolu 182

    Artikolu 167

    Artikolu 167

    Artikolu 183

    Artikolu 168

    Artikolu 168

    Artikolu 184

    Artikolu 169

    Artikolu 169

    Artikolu 185

    Artikolu 170

    Artikolu 170

    Artikolu 186

    Artikolu 171

    Artikolu 171

    Artikolu 187

    Artikolu 172

    Artikolu 172

    Artikolu 188

     

    Artikolu 172a

    Artikolu 189

    Artikolu 173

    Artikolu 173

    Artikolu 190

    Titolu XIX – L-Ambjent

    Titolu XIX – Ambjent

    Titolu XX – Ambjent

    Artikolu 174

    Artikolu 174

    Artikolu 191

    Artikolu 175

    Artikolu 175

    Artikolu 192

    Artikolu 176

    Artikolu 176

    Artikolu 193

     

    Titolu XX – Enerġija

    Titolu XXI – Enerġija

     

    Artikolu 176 A

    Artikolu 194

     

    Titolu XXI – Turiżmu

    Titolu XXII – Turiżmu

     

    Artikolu 176 B

    Artikolu 195

     

    Titolu XXII – Protezzjoni Ċivili

    Titolu XXIII – Protezzjoni Ċivili

     

    Artikolu 176 C

    Artikolu 196

     

    Titolu XXIII – Kooperazzjoni amministrattiva

    Titolu XXIV – Kooperazzjoni amministrattiva

     

    Artikolu 176 D

    Artikolu 197

    Titolu XX- Il-Kooperazzjoni fl-Iżvilupp

    Parti v, Titolu III, Kapitolu 1, – Il-Kooperazzjoni fl-Iżvilupp

    Parti v, Titolu III, Kapitolu 1, – Il-Kooperazzjoni fl-Iżvilupp

    Artikolu 177 (imċaqlaq)

    Artikolu 188 D

    Artikolu 208

    Artikolu 178 (revokat) (45)

     

     

    Artikolu 179 (imċaqlaq)

    Artikolu 188 E

    Artikolu 209

    Artikolu 180 (imċaqlaq)

    Artikolu 188 F

    Artikolu 210

    Artikolu 181 (imċaqlaq)

    Artikolu 188 G

    Artikolu 211

    Titolu XXI – Kooperazzjoni Ekonomika, Finanzjarja u Teknika ma' Pajjiżi Terzi (imċaqlaq)

    Parti V, Titolu III, Kapitolu 2, Kooperazzjoni Ekonomika, Finanzjarja u Teknika ma' Pajjiżi Terzi

    Parti V, Titolu III, Kapitolu 2, Kooperazzjoni Ekonomika, Finanzjarja u Teknika ma' Pajjiżi Terzi

    Artikolu 181 A (imċaqlaq)

    Artikolu 188 H

    Artikolu 212

    PARTI IV – L-ASSOĊJAZZJONI TA' PAJJIŻI U TERRITORJI EXTRA-EWROPEJ

    PARTI IV – ASSOĊJAZZJONI TA' PAJJIŻI U TERRITORJI EXTRA-EWROPEJ

    PARTI IV – ASSOĊJAZZJONI TA' PAJJIŻI U TERRITORJI EXTRA-EWROPEJ

    Artikolu 182

    Artikolu 182

    Artikolu 198

    Artikolu 183

    Artikolu 183

    Artikolu 199

    Artikolu 184

    Artikolu 184

    Artikolu 200

    Artikolu 185

    Artikolu 185

    Artikolu 201

    Artikolu 186

    Artikolu 186

    Artikolu 202

    Artikolu 187

    Artikolu 187

    Artikolu 203

    Artikolu 188

    Artikolu 188

    Artikolu 204

     

    PARTI V – AZZJONI ESTERNA TA' L-UNJONI

    PARTI V – AZZJONI ESTERNA TA' L-UNJONI

     

    Titolu I – Dispożizzjonijiet Ġenerali dwar l-azzjoni esterna ta' l-Unjoni

    Titolu I – Dispożizzjonijiet Ġenerali dwar l-azzjoni esterna ta' l-Unjoni

     

    Artikolu 188 A

    Artikolu 205

    Parti III, Titolu IX, Il-Politika kummerċjali komuni (imċaqlaq)

    Titolu II – Politika kummerċjali komuni

    Titolu II – Politika kummerċjali komuni

    Artikolu 131 (imċaqlaq)

    Artikolu 188 B

    Artikolu 206

    Artikolu 133 (imċaqlaq)

    Artikolu 188 C

    Artikolu 207

     

    Titolu III – Kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi u għajnuna umanitarja

    Titolu III – Kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi u għajnuna umanitarja

    Parti III, Titolu XX, Koperazzjoni fl-Iżvilupp

    Kapitolu 1 – Kooperazzjoni għall-Iżvilupp

    Kapitolu 1 – Kooperazzjoni għall-Iżvilupp

    Artikolu 177 (imċaqlaq)

    Artikolu 188 D (46)

    Artikolu 208

    Artikolu 179 (imċaqlaq)

    Artikolu 188 E

    Artikolu 209

    Artikolu 180 (imċaqlaq)

    Artikolu 188 F

    Artikolu 210

    Artikolu 181 (imċaqlaq)

    Artikolu 188 G

    Artikolu 211

    Parti III, Titolu XXI, Koperazzjoni ekonomika, finanzjarja u teknika ma' pajjiżi terzi (imċaqlaq)

    Kapitolu 2 – Kooperazzjoni ekonomika, finanzjarja u teknika ma' pajjiżi terzi

    Kapitolu 2 – Kooperazzjoni ekonomika, finanzjarja u teknika ma' pajjiżi terzi

    Artikolu 181 A (imċaqlaq)

    Artikolu 188 H

    Artikolu 212

     

    Artikolu 188 I

    Artikolu 213

     

    Kapitolu 3 – Għajnuna umanitarja

    Kapitolu 3 – Għajnuna umanitarja

     

    Artikolu 188 J

    Artikolu 214

     

    Titolu IV – Miżuri restrittivii

    Titolu IV – Miżuri restrittivii

    Artikolu 301 (sostitwit)

    Artikolu 188 K

    Artikolu 215

     

    Titolu V – Ftehim Internazzjonali

    Titolu V – Ftehim Internazzjonali

     

    Artikolu 188 L

    Artikolu 216

    Artikolu 310 (imċaqlaq)

    Artikolu 188 M

    Artikolu 217

    Artikolu 300 (sostitwit)

    Artikolu 188 N

    Artikolu 218

    Artikolu 111(1) sa (3) u (5), (imċaqlaq)

    Artikolu 188 O

    Artikolu 219

     

    Titolu VI – Relazzjonijiet ta' l-Unjoni ma' l-Organizzazzjonijiet Internazzjonali u l-pajjiżi terzi u d-delegazzjonijiet ta' l-Unjoni

    Titolu VI – Relazzjonijiet ta' l-Unjoni ma' l-Organizzazzjonijiet Internazzjonali u l-pajjiżi terzi u d-delegazzjonijiet ta' l-Unjoni

    Artikoli 302 sa 304 (sostitwiti)

    Artikolu 188 P

    Artikolu 220

     

    Artikolu 188 Q

    Artikolu 221

     

    Titolu VII – Klawżola ta' Solidarjetà

    Titolu VII – Klawżola ta' Solidarjetà

     

    Artikolu 188 R

    Artikolu 222

    PARTI V – L-ISTITUZZJONIJIET TAL-KOMUNITÀ

    PARTI VI – DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI U FINANZJAJRI

    PARTI VI – DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI U FINANZJAJRI

    Titolu I – Dispożizzjonijiet Istituzzjonali

    Titolu I – Dispożizzjonijiet Istituzzjonali

    Titolu I – Dispożizzjonijiet Istituzzjonali

    Kapitolu 1 – L-Istituzzjonijiet

    Kapitolu 1 – L-Istituzzjonijiet

    Kapitolu 1 – L-Istituzzjonijiet

    Taqsima 1 – Il-Parlament Ewropew

    Taqsima 1 – Il-Parlament Ewropew

    Taqsima 1 – Il-Parlament Ewropew

    Artikolu 189 (revokat) (47)

     

     

    Artikolu 190(1) sa (3) (revokati) (48)

     

     

    Artikolu 190(4) sa (5)

    Artikolu 190

    Artikolu 223

    Artikolu 191, l-ewwel subparagrafu (revokat)

     

     

    Artikolu 191, it-tieni subparagrafu (49)

    Artikolu 191

    Artikolu 224

    Artikolu 192, l-ewwel subparagrafu (revokat) (50)

     

     

    Artikolu 192, it-tieni subparagrafu (revokat)

    Artikolu 192

    Artikolu 225

    Artikolu 193

    Artikolu 193

    Artikolu 226

    Artikolu 194

    Artikolu 194

    Artikolu 227

    Artikolu 195

    Artikolu 195

    Artikolu 228

    Artikolu 196

    Artikolu 196

    Artikolu 229

    Artikolu 192, l-ewwel subparagrafu (revokat)

     

     

    Artikolu 197, l-ewwel subparagrafu (revokat) (51)

     

     

    Artikolu 197, it-tieni, it-tielet u r-raba' subparagrafi

    Artikolu 197

    Artikolu 230

    Artikolu 198

    Artikolu 198

    Artikolu 231

    Artikolu 199

    Artikolu 199

    Artikolu 232

    Artikolu 200

    Artikolu 200

    Artikolu 233

    Artikolu 201

    Artikolu 201

    Artikolu 234

     

    Taqsima 1a – Il-Kunsill Ewropew

    Taqsima 2 – Il-Kunsill Ewropew

     

    Artikolu 201a

    Artikolu 235

     

    Artikolu 201b

    Artikolu 236

    Taqsima 2 – Il-Kunsill

    Taqsima 2 – Il-Kunsill

    Taqsima 3 – Il-Kunsill

    Artikolu 202 (revokat) (52)

     

     

    Artikolu 203 (revokat) (53)

     

     

    Artikolu 204

    Artikolu 204

    Artikolu 237

    Artikolu 205(2) u (4) (revokati) (54)

     

     

    Artikolu 205(1) u (3)

    Artikolu 205

    Artikolu 238

    Artikolu 206

    Artikolu 206

    Artikolu 239

    Artikolu 207

    Artikolu 207

    Artikolu 240

    Artikolu 208

    Artikolu 208

    Artikolu 241

    Artikolu 209

    Artikolu 209

    Artikolu 242

    Artikolu 210

    Artikolu 210

    Artikolu 243

    Taqsima 3 – Il-Kummissjoni

    Taqsima 3 – Il-Kummissjoni

    Taqsima 4 – Il-Kummissjoni

    Artikolu 211 (revokat) (55)

     

     

     

    Artikolu 211a

    Artikolu 244

    Artikolu 212 (imċaqlaq)

    Artikolu 218(2)

    Artikolu 249(2)

    Artikolu 213

    Artikolu 213

    Artikolu 245

    Artikolu 214 (revokat) (56)

     

     

    Artikolu 215

    Artikolu 215

    Artikolu 246

    Artikolu 216

    Artikolu 216

    Artikolu 247

    Artikolu 217(1), (3) u (4) (revokati) (57)

     

     

    Artikolu 217(2)

    Artikolu 217

    Artikolu 248

    Artikolu 218(1) (revokat) (58)

     

     

    Artikolu 218(2)

    Artikolu 218

    Artikolu 249

    Artikolu 219

    Artikolu 219

    Artikolu 250

    Taqsima 4 – Il-Qorti tal-Ġustizzja

    Taqsima 4 – Il-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea

    Taqsima 5 – Il-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea

    Artikolu 220 (revokat) (59)

     

     

    Artikolu 221, l-ewwel (revokat)

     

     

    Artikolu 221, it-tieni u t-tielet subparagrafi (60)

    Artikolu 221

    Artikolu 251

    Artikolu 222

    Artikolu 222

    Artikolu 252

    Artikolu 223

    Artikolu 223

    Artikolu 253

    Artikolu 224 (61)

    Artikolu 224

    Artikolu 254

     

    Artikolu 224a

    Artikolu 255

    Artikolu 225

    Artikolu 225

    Artikolu 256

    Artikolu 225 A

    Artikolu 225 A

    Artikolu 257

    Artikolu 226

    Artikolu 226

    Artikolu 258

    Artikolu 227

    Artikolu 227

    Artikolu 259

    Artikolu 228

    Artikolu 228

    Artikolu 260

    Artikolu 229

    Artikolu 229

    Artikolu 261

    Artikolu 229 A

    Artikolu 229 A

    Artikolu 262

    Artikolu 230

    Artikolu 230

    Artikolu 263

    Artikolu 231

    Artikolu 231

    Artikolu 264

    Artikolu 232

    Artikolu 232

    Artikolu 265

    Artikolu 233

    Artikolu 233

    Artikolu 266

    Artikolu 234

    Artikolu 234

    Artikolu 267

    Artikolu 235

    Artikolu 235

    Artikolu 268

     

    Artikolu 235a

    Artikolu 269

    Artikolu 236

    Artikolu 236

    Artikolu 270

    Artikolu 237

    Artikolu 237

    Artikolu 271

    Artikolu 238

    Artikolu 238

    Artikolu 272

    Artikolu 239

    Artikolu 239

    Artikolu 273

    Artikolu 240

    Artikolu 240

    Artikolu 274

     

    Artikolu 240a

    Artikolu 275

     

    Artikolu 240b

    Artikolu 276

    Artikolu 241

    Artikolu 241

    Artikolu 277

    Artikolu 242

    Artikolu 242

    Artikolu 278

    Artikolu 243

    Artikolu 243

    Artikolu 279

    Artikolu 244

    Artikolu 244

    Artikolu 280

    Artikolu 245

    Artikolu 245

    Artikolu 281

     

    Taqsima 4a – Il-Bank Ċentrali Ewropew

    Taqsima 4a – Il-Bank Ċentrali Ewropew

     

    Artikolu 245a

    Artikolu 282

    Artikolu 112 (imċaqlaq)

    Artikolu 245b

    Artikolu 283

    Artikolu 113 (imċaqlaq)

    Artikolu 245c

    Artikolu 284

    Taqsima 5 – Il-Qorti ta' l-Awdituri

    Taqsima 5 – Il-Qorti ta' l-Awdituri

    Taqsima 7 – Il-Qorti ta' l-Awdituri

    Artikolu 246

    Artikolu 246

    Artikolu 285

    Artikolu 247

    Artikolu 247

    Artikolu 286

    Artikolu 248

    Artikolu 248

    Artikolu 287

    Kapitolu 2 – Dispożizzjonijiet komuni għall-numru ta' istituzzjonijiet

    Kapitolu 2 – Atti ġudizzjarji ta' l-Unjoni, proċeduri ta' l-adozzjoni u dispożizzjonijiet oħra

    Kapitolu 2 – Atti ġudizzjarji ta' l-Unjoni, proċeduri ta' l-adozzjoni u dispożizzjonijiet oħra

     

    Taqsima 1 – Atti legali ta' l-Unjoni

    Taqsima 1 – Atti legali ta' l-Unjoni

    Artikolu 249

    Artikolu 249

    Artikolu 288

     

    Artikolu 249 A

    Artikolu 289

     

    Artikolu 249 B (62)

    Artikolu 290

     

    Artikolu 249 C (62)

    Artikolu 291

     

    Artikolu 249 D

    Artikolu 292

     

    Taqsima 2 -Proċeduri ta' adozzjoni ta' l-atti u dispożizzjonijiet oħrajn

    Taqsima 2 – Proċeduri ta' adozzjoni ta' l-atti u dispożizzjonijiet oħrajn

    Artikolu 250

    Artikolu 250

    Artikolu 293

    Artikolu 251

    Artikolu 251

    Artikolu 294

    Artikolu 252 (revokat)

     

     

     

    Artikolu 252a

    Artikolu 295

    Artikolu 253

    Artikolu 253

    Artikolu 296

    Artikolu 254

    Artikolu 254

    Artikolu 297

     

    Artikolu 254a

    Artikolu 298

    Artikolu 255 (imċaqlaq)

    Artikolu 16 A

    Artikolu 15

    Artikolu 256

    Artikolu 256

    Artikolu 299

     

    Kapitolu 3 – Korpi konsultattivi ta' l-Unjoni

    Kapitolu 3 – Korpi konsultattivi ta' l-Unjoni

     

    Artikolu 256a

    Artikolu 300

    Kapitolu 3 – Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali

    Taqsima 1 – Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali

    Taqsima 1 – Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali

    Artikolu 257 (revokat) (63)

     

     

    Artikolu 258, it-tielet subparagrafu (revokat) (64)

     

     

    Artikolu 258, l-ewwel, it-tieni u r-raba' subparagrafi (64)

    Artikolu 258

    Artikolu 301

    Artikolu 259

    Artikolu 259

    Artikolu 302

    Artikolu 260

    Artikolu 260

    Artikolu 303

    Artikolu 261 (revokat)

     

     

    Artikolu 262

    Artikolu 262

    Artikolu 304

    Kapitolu 4 – Il-Kumitat tar-Reġjuni

    Taqsima 2 – Il-Kumitat tar-Reġjuni

    Taqsima 2 – Il-Kumitat tar-Reġjuni

    Artikolu 263, l-ewwel u l-ħames subparagrafi (revokati) (65)

     

     

    Artikolu 263, it-tieni u r-raba' subparagrafi

    Artikolu 263

    Artikolu 305

    Artikolu 264

    Artikolu 264

    Artikolu 306

    Artikolu 265

    Artikolu 265

    Artikolu 307

    Kapitolu 5 – Il-Bank Ewropew ta' l-Investiment

    Kapitolu 4 – Il-Bank Ewropew ta' l-Investiment

    Kapitolu 4 – Il-Bank Ewropew ta' l-Investiment

    Artikolu 266

    Artikolu 266

    Artikolu 308

    Artikolu 267

    Artikolu 267

    Artikolu 309

    Titolu II – Dispożizzjonijiet Finanzjarji

    Titolu II – Dispożizzjonijiet Finanzjarji

    Titolu II – Dispożizzjonijiet Finanzjarji

    Artikolu 268

    Artikolu 268

    Artikolu 310

     

    Kapitolu 1 – Ir-riżorsi propji ta' l-Unjoni

    Kapitolu 1 – Ir-riżorsi propji ta' l-Unjoni

    Artikolu 269

    Artikolu 269

    Artikolu 311

    Artikolu 270 (revokat) (66)

     

     

     

    Kapitolu 2 – Il-Qafas finanzjarju pluriennali

    Kapitolu 2 – Il-Qafas finanzjarju pluriennali

     

    Artikolu 270a

    Artikolu 312

     

    Kapitolu 3 – Baġit annwali ta' l-Unjoni

    Kapitolu 3 – Baġit annwali ta' l-Unjoni i

    Artikolu 273, paragrafu 1 (imċaqlaq)

    Artikolu 270b

    Artikolu 313

    Artikolu 271 (imċaqlaq)

    Artikolu 273a

    Artikolu 316

    Artikolu 272(1) (imċaqlaq)

    Artikolu 270b

    Artikolu 313

    Artikolu 272(2) sa (10)

    Artikolu 272

    Artikolu 314

    Artikolu 273

    Artikolu 273

    Artikolu 315

    Artikolu 271 (imċaqlaq)

    Artikolu 273a

    Artikolu 316

     

    Kapitolu 4 – L-implimentazzjoni tal-baġit u l-kwittanza

    Kapitolu 4 – L-implimentazzjoni tal-baġit u l-kwittanza

    Artikolu 274

    Artikolu 274

    Artikolu 317

    Artikolu 275

    Artikolu 275

    Artikolu 318

    Artikolu 276

    Artikolu 276

    Artikolu 319

     

    Kapitolu 5 – Dispożizzjonijiet komuni

    Kapitolu 5 – Dispożizzjonijiet komuni

    Artikolu 277

    Artikolu 277

    Artikolu 320

    Artikolu 278

    Artikolu 278

    Artikolu 321

    Artikolu 279

    Artikolu 279

    Artikolu 322

     

    Artikolu 279a

    Artikolu 323

     

    Artikolu 279b

    Artikolu 324

     

    Kapitolu 6 – Ġlieda kontra l-frodi

    Kapitolu 6 – Ġlieda kontra l-frodi

    Artikolu 280

    Artikolu 280

    Artikolu 325

     

    Titolu III – Kooperazzjoni msaħħa

    Titolu III – Kooperazzjoni msaħħa

    Artikoli 11 u 11A (sostitwit)

    Artikolu 280 A (67)

    Artikolu 326

    Artikoli 11 u 11A (sostitwit)

    Artikolu 280 B

    Artikolu 327

    Artikoli 11 u 11A (sostitwit)

    Artikolu 280 C

    Artikolu 328

    Artikoli 11 u 11A (sostitwit)

    Artikolu 280 D

    Artikolu 329

    Artikoli 11 u 11A (sostitwit)

    Artikolu 280 E

    Artikolu 330

    Artikoli 11 u 11A (sostitwit)

    Artikolu 280 F

    Artikolu 331

    Artikoli 11 u 11A (sostitwit)

    Artikolu 280 G

    Artikolu 332

    Artikoli 11 u 11A (sostitwit)

    Artikolu 280 H

    Artikolu 333

    Artikoli 11 u 11A (sostitwit)

    Artikolu 280 I

    Artikolu 334

    PARTI VI – DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

    PARTI VII – DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

    PARTI VII – DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

    Artikolu 281 (revokat) (68)

     

     

    Artikolu 282

    Artikolu 282

    Artikolu 335

    Artikolu 283

    Artikolu 283

    Artikolu 336

    Artikolu 284

    Artikolu 284

    Artikolu 337

    Artikolu 285

    Artikolu 285

    Artikolu 338

    Artikolu 286 (sostitwit)

    Artikolu 16 B

    Artikolu 16

    Artikolu 287

    Artikolu 287

    Artikolu 339

    Artikolu 288

    Artikolu 288

    Artikolu 340

    Artikolu 289

    Artikolu 289

    Artikolu 341

    Artikolu 290

    Artikolu 290

    Artikolu 342

    Artikolu 291

    Artikolu 291

    Artikolu 343

    Artikolu 292

    Artikolu 292

    Artikolu 344

    Artikolu 293 (revokat)

     

     

    Artikolu 294 (imċaqlaq)

    Artikolu 48a

    Artikolu 55

    Artikolu 295

    Artikolu 295

    Artikolu 345

    Artikolu 296

    Artikolu 296

    Artikolu 346

    Artikolu 297

    Artikolu 297

    Artikolu 347

    Artikolu 298

    Artikolu 298

    Artikolu 348

    Artikolu 299(1) (revokat) (69)

     

     

    Artikolu 299(2), it-tieni, it-tielet u r-raba' subparagrafi

    Artikolu 299

    Artikolu 349

    Artikolu 299(2), l-ewwel subparagrafu u (3) sa (6) (imċaqlaq)

    Artikolu 311a

    Artikolu 355

    Artikolu 300 (sostitwit)

    Artikolu 188 N

    Artikolu 218

    Artikolu 301 (sostitwit)

    Artikolu 188 K

    Artikolu 215

    Artikolu 302 (sostitwit)

    Artikolu 188 P

    Artikolu 220

    Artikolu 303 (sostitwit)

    Artikolu 188 P

    Artikolu 220

    Artikolu 304 (sostitwit)

    Artikolu 188 P

    Artikolu 220

    Artikolu 305 (revokat)

     

     

    Artikolu 306

    Artikolu 306

    Artikolu 350

    Artikolu 307

    Artikolu 307

    Artikolu 351

    Artikolu 308

    Artikolu 308

    Artikolu 352

     

    Artikolu 308a

    Artikolu 353

    Artikolu 309

    Artikolu 309

    Artikolu 354

    Artikolu 310 (imċaqlaq)

    Artikolu 188 M

    Artikolu 217

    Artikolu 311 (revokat) (70)

     

     

    Artikolu 299(2), l-ewwel subparagrafu u (3) sa (6) (imċaqlaq)

    Artikolu 311a

    Artikolu 355

    Artikolu 312

    Artikolu 312

    Artikolu 356

    Dispożizzjonijiet Finali

     

     

    Artikolu 313

    Artikolu 313

    Artikolu 357

     

    Artikolu 313a

    Artikolu 358

    Artikolu 314 (revokat) (71)

     

     


    (1)  Sostitwit, fis-sustanza, mill-Artikolu 2 F (nnumerat mill-ġdid 7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea (TFUE) u mill-Artikolu 9(1) u mit-tieni sub-paragrafu ta' l-Artikolu 10A(3) (nnumerat mill-ġdid 13 u 21) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (Trattat UE).

    (2)  Jissostitwixxi l-Artikolu 5 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita Ewropea (Trattat KE).

    (3)  Sostitwit, fis-sustanza, mill-Artikolu 9 B (nnumerat mill-ġdid 15)

    (4)  Sostitwit, fis-sustanza, mill-Artikolu 9(2)  (nnumerat mill-ġdid 13)

    (5)  L-Artikolu 8 tat-Trattat UE, fis-seħħ qabel it-Trattat ta' Lisbona (hawn imsejjaħ it-Trattat UE attwali), kien jemenda t-Trattat KE. Dawn l-emendi ġew inkorporati f' dan l-aħħar Trattat u l-Artikolu 8 jiġi revokat. In-numru tiegħu jintuża għal disposizzjoni ġdida.

    (6)  Il-paragrafu 4 jissostitwixxi, fis-sustanza, l-ewwel sub-paragrafu ta' l-Artikolu 191 tat-Trattat KE.

    (7)  L-Artikolu 9 tat- Trattat UE attwali kien jemenda t-Trattat KEFA. Dan it-Trattat skada fit-23 ta' Lulju 2002. L-Artikolu 9 jiġi revokat. In-numru tiegħu jintuża għal disposizzjoni oħra.

    (8)  

    Il-paragrafi 1 u 2 jissostitwixxu, fis-sustanza, l-Artikolu 189 tat-Trattat KE;

    Il-paragrafi 1 sa 3 jissostitwixxu, fis-sustanza, l-Artikolu 190 (1) sa (3) tat-Trattat KE;

    Il-paragrafu 1jissostitwixxi, fis-sustanza, l-ewwel sub-paragrafu ta' l-Artikolu 192 tat-Trattat KE;

    Il-paragrafu 4 jissostitwixxi, fis-sustanza, l- ewwel sub-paragrafu Artikolu 197 tat-Trattat KE.

    (9)  Jissostitwixxi, fis-sustanza, l-Artikolu 4.

    (10)  

    Il-paragrafu 1 jissostitwixxi, fis-sustanza, l-ewwel u t-tieni inċiż ta' l-Artikolu 202 tat-Trattat KE;

    Il-paragrafi 2 u 9 jissostitwixxu, fis-sustanza, l-Artikolu 203 tat-Trattat KE;

    Il-paragrafi 4 u 5 jissostitwixxu, fis-sustanza, l-Artikolu 205 (2) u (4) tat-Trattat KE.

    (11)  

    Il-paragrafu 1 jissostitwixxi, fis-sustanza, l-Artikolu 211 tat-Trattat KE;

    Il-paragrafi 3 u 7 jissostitwixxu, fis-sustanza, l-Artikolu 214 tat-Trattat KE;

    Il-paragrafu 6 jissostitwixxi, fis-sustanza, l-Artikolu 217 (1), (3) u (4) tat-Trattat KE.

    (12)  

    Jissostitwixxi, fis-sustanza, l-Artikolu 220 tat-Trattat KE;

    L-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, jissostitwixxi, fis-sustanza, l-ewwel sub-paragrafu ta' l-Artikolu 221 tat-Trattat KE.

    (13)  L-Artikolu 10 tat- Trattat UE attwali kien jemenda t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika. Dawn l-emendi ġew inkorporati f' dan l-aħħar Trattat u l-Artikolu 10 jiġi revokat. In-numru tiegħu jintuża għal disposizzjoni oħra.

    (14)  Jissostitwixxi wkoll l-Artikoli 11 u 11 A tat-Trattat KE.

    (15)  L-Artikoli 27 A sa 27 E tat-Trattat UE attwali, dwar il-kooperazzjoni msaħħa għandhom jiġu sostitwiti wkoll mill-Artikoli 280 A sa 280 I tat-TFUE (nnumerati mill-ġdid 326 sa 334).

    (16)  Id-disposizzjonijiet tat-Titolu VI tat-Trattat UE attwali dwar il-kooperazzjoni tal-puliżija u dik ġudizzjarju f' materji kriminali, għandhom jiġu ssostitwiti bid-disposizzjonijiet tal-Kapitoli 1, 4 u 5 tat-Titolu IV tal-Parti 3 tat-TFUE.

    (17)  Sostitwit, mill-Artikolu 61 tat-Trattat TFUE (nnumerat mill-ġdid 67)

    (18)  Sostitwit, mill-Artikolu 69 F u 69 G tat-Trattat TFUE (nnumerati mill-ġdid 87 u 88)

    (19)  Sostitwit, mill-Artikolu 69 A, 69 B u 69 D tat-Trattat TFUE (nnumerati mill-ġdid 82, 83 u 85)

    (20)  Sostitwit, mill-Artikolu 69 H tat-Trattat TFUE (nnumerat mill-ġdid 89)

    (21)  Sostitwit, mill-Artikolu 61 E tat-Trattat TFUE (nnumerat mill-ġdid 72)

    (22)  Sostitwit, mill-Artikolu 61 D tat-Trattat TFUE (nnumerat mill-ġdid 71)

    (23)  L-Artikoli 40 sa 40 B tat-Trattat UE attwali, dwar il-kooperazzjoni msaħħa għandhom jiġu ssostitwiti wkoll mill-Artikoli 280 A sa 280 I tat-TFUE (nnumerati mill-ġdid 326 sa 334).

    (24)  L-Artikoli 43 sa 45 u t-Titolu VII tat-Trattat UE attwali, dwar il-kooperazzjoni msaħħa għandhom jiġu ssostitwiti wkoll mill-Artikoli 280 A sa 280 I tat-TFUE (nnumerati mill-ġdid 326 sa 334).

    (25)  Sostitwit, fis-sustanza, mill-Artikolu 2 tat-Trattat UE (nnumerat mill-ġdid 3)

    (26)  Sostitwit, fis-sustanza, mill-Artikoli 2 B sa 2 E tat-TFUE (nnumerati mill-ġdid 3 sa 6).

    (27)  Sostitwit, mill-Artikolu 3b tat-Trattat UE (nnumerati mill-ġdid 5).

    (28)  Jinkorpora d-disposizzjonijiet tal-Protokoll dwar il-benessri ta' l-annimali.

    (29)  Sostitwit, fis-sustanza, mill-Artikolu 9 tat-Trattat UE (nnumerat mill-ġdid 13).

    (30)  Sostitwit, fis-sustanza, mill-Artikolu 9 tat-Trattat UE (nnumerat mill-ġdid 13) u l-Artikolu 245a (1) tat-TFUE (nnumerat mill-ġdid 282).

    (31)  Sostitwit, fis-sustanza, mill-Artikolu 3a(3), tat-Trattat UE (nnumerat mill-ġdid 4).

    (32)  Sostitwit wkoll mill-Artikolu 10 tat-Trattat UE (nnumerat mill-ġdid 20).

    (33)  Jissostitwixxi wkoll l-Artikolu 29 tat-Trattat UE attwali.

    (34)  Jissostitwixxi l-Artikolu 36 tat-Trattat UE attwali.

    (35)  Jissostitwixxi wkoll l-Artikolu 33 tat-Trattat UE attwali.

    (36)  L-Artikolu 63 punti 1 u 2 tat-Trattat KE jiġu sostitwiti mill-Artikolu 63 (1) u (2) tat-TFUE u l-Artikolu 64(2) jiġi sostitwit mill-Artikolu 63(3) tat-TFUE.

    (37)  Jissostitwixxi l-Artikolu 31 tat-Trattat UE attwali.

    (38)  Jissostitwixxi l-Artikolu 30 tat-Trattat UE attwali.

    (39)  Jissostitwixxi l-Artikolu 32 tat-Trattat UE attwali.

    (40)  L-Artikolu 117a (1), (nnumerat mill-ġdid 140) jieħu l-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 121.

    (41)  L-Artikolu 117a (2), (nnumerat mill-ġdid 140) jieħu t-tieni frażi ta' l-Artikolu 122(2).

    (42)  L-Artikolu 117a (3), (nnumerat mill-ġdid 140) jieħu l-paragrafu 5 ta' l-Artikolu 123.

    (43)  L-Artikolu 118a (1), (nnumerat mill-ġdid 141) jieħu l-paragrafu 3 ta' l-Artikolu 123.

    (44)  L-Artikolu 118a (2) (nnumerat mill-ġdid 141) jieħu l-ewwel ħames inċiżi tal-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 117.

    (45)  Sostitwit, fis-sustanza, mit-tieni frażi tat-tieni sub-paragrafu ta' l-Artikolu 188 D(1), tat-TFUE.

    (46)  It-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 jissostitwixxi, fis-sustanza l-Artikolu 178 tat-Trattat KE

    (47)  Sostitwit, fis-sustanza, mill-Artikolu 9 A (1) u (2), tat-Trattat UE (nnumerat mill-ġdid 14).

    (48)  Sostitwit, fis-sustanza, mill-Artikolu 9 A (1) sa (3) tat-Trattat UE (nnumerat mill-ġdid 14).

    (49)  Sostitwit, fis-sustanza, mill-Artikolu 8 A(4) tat-Trattat UE (nnumerat mill-ġdid 11).

    (50)  Sostitwit, fis-sustanza, mill-Artikolu 9 A(1) tat-Trattat UE (nnumerat mill-ġdid 14).

    (51)  Sostitwit, fis-sustanza, mill-Artikolu 9 A(4) tat-Trattat UE (nnumerat mill-ġdid 14).

    (52)  Sostitwit, fis-sustanza, mill-Artikolu 9 C(1) tat-Trattat UE (nnumerat mill-ġdid 16) u l-Artikoli 249 B u 249 C tat-TFUE (nnumerati mill-ġdid 290 u 291).

    (53)  Sostitwit, fis-sustanza, mill-Artikolu 9 C (2) u (9) tat-Trattat UE (nnumerat mill-ġdid 16).

    (54)  Sostitwit, fis-sustanza, mill-Artikolu 9 C (4) u (5) tat-Trattat UE (nnumerat mill-ġdid 16).

    (55)  Sostitwit, fis-sustanza, mill-Artikolu 9 D (1) tat-Trattat UE (nnumerat mill-ġdid 17).

    (56)  Sostitwit, fis-sustanza, mill-Artikolu 9 D (3) u (7) tat-Trattat UE (nnumerat mill-ġdid 17).

    (57)  Sostitwit, fis-sustanza, mill-Artikolu 9 D (6) tat-Trattat UE (nnumerat mill-ġdid 17).

    (58)  Sostitwit, fis-sustanza, mill-Artikolu 252a tat-TFUE (nnumerat mill-ġdid 295).

    (59)  Sostitwit, fis-sustanza, mill-Artikolu 9 F tat-Trattat UE (nnumerat mill-ġdid 19).

    (60)  Sostitwit, fis-sustanza, mill-ewwel sub-paragrafu ta' l-Artikolu 9 F(2) tat-Trattat UE (nnumerat mill-ġdid 19).

    (61)  L-ewwel frażi ta' l-ewwel sub-paragrafu tiġi sostitwita, fis-sustanza, mit-tieni sub-paragrafu ta' l-Artikolu 9 F(2) tat-Trattat UE (nnumerat mill-ġdid 19).

    (62)  Jissostitwixxi, fis-sustanza, it-tielet inċiż ta' l-Artikolu 202 tat-Trattat KE.

    (63)  Sostitwit, fis-sustanza, mill-Artikolu 256a(2) tat-TFUE (nnumerat mill-ġdid 300).

    (64)  Sostitwit, fis-sustanza, mill-Artikolu 256a(4) tat-TFUE (nnumerat mill-ġdid 300).

    (65)  Sostitwit, fis-sustanza, mill-Artikolu 256a (3) u (4)tat-TFUE (nnumerat mill-ġdid 300).

    (66)  Sostitwit, fis-sustanza, mill-Artikolu 268 (4) tat-TFUE (nnumerat mill-ġdid 310).

    (67)  Jissostitwixxi ukoll l-Artikoli 27 A sa 27 E, 40 sa 40 B u 43 sa 45 tat-Trattat UE attwali.

    (68)  Sostitwit, fis-sustanza, mill-Artikolu 46 A tat-Trattat UE (nnumerat mill-ġdid 47).

    (69)  Sostitwit, fis-sustanza, mill-Artikolu 49 C tat-Trattat UE (nnumerat mill-ġdid 52).

    (70)  Sostitwit, fis-sustanza, mill-Artikolu 49 B tat-Trattat UE (nnumerat mill-ġdid 51).

    (71)  Sostitwit, fis-sustanza, mill-Artikolu 53 tat-Trattat UE (nnumerat mill-ġdid 55).


    Top