Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/247/40

Kawża T-249/04: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat- 12 ta' Settembru 2007 — Combescot vs Il-Kummissjoni ( Servizz pubbliku — Uffiċjali — Turment morali — Obbligu ta' assistenza — Rapport ta' żvilupp tal-karriera għas-sena 2001/2002 — Rikors għal annullament — Nuqqas ta' interess ġuridiku — Rikors għal kumpens )

ĠU C 247, 20.10.2007, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/26


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2007 — Combescot vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-249/04) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Turment morali - Obbligu ta' assistenza - Rapport ta' żvilupp tal-karriera għas-sena 2001/2002 - Rikors għal annullament - Nuqqas ta' interess ġuridiku - Rikors għal kumpens’)

(2007/C 247/40)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Philippe Combescot (Popayan, Il-Kolombja) (rappreżentanti: A. Maritati u V. Messa, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Joris u M.Velardo, aġenti, assistiti minn S. Corongiu, avukat)

Suġġett tal-Kawża

Minn naħa, ir-rikonoxximent ta' l-illegalità ta' l-aġir tas-superjuri ġerarkiċi tar-rikorrent, ir-rikonoxximent tad-dritt ta' dan ta' l-aħħar għal assistenza u għall-annullament tar-rapport ta' żvilupp tal-karriera tar-rikorrent għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2001 sal-31 ta' Diċembru 2002 u, minn naħa l-oħra, il-ħlas ta' kumpens għad-danni subiti mir-rikorrent

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 217 ta' 28.8.2004.


Top