Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/235/05

    Kawża C-231/05: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat- 18 ta' Lulju 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus — Il-Finlandja) — Oy AA (Libertà ta' stabbiliment — Artikoli 43 KE, 56 KE u 58 KE — Leġiżlazzjoni fiskali dwar it-taxxa tad-dħul — Tnaqqis, għal kumpannija, ta' somom imħallsa bħala għajnuna finanzjarja fi ħdan il-gruppi — Obbligu, għal kumpannija benefiċjarja ta' l-għajnuna, li jkollha wkoll l-uffiċċju reġistrat tagħha fl-Istat Membru kkonċernat)

    ĠU C 235, 6.10.2007, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.10.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 235/3


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-18 ta' Lulju 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus — Il-Finlandja) — Oy AA

    (Kawża C-231/05) (1)

    (Libertà ta' stabbiliment - Artikoli 43 KE, 56 KE u 58 KE - Leġiżlazzjoni fiskali dwar it-taxxa tad-dħul - Tnaqqis, għal kumpannija, ta' somom imħallsa bħala għajnuna finanzjarja fi ħdan il-gruppi - Obbligu, għal kumpannija benefiċjarja ta' l-għajnuna, li jkollha wkoll l-uffiċċju reġistrat tagħha fl-Istat Membru kkonċernat)

    (2007/C 235/05)

    Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

    Qorti tar-rinviju

    Korkein hallinto-oikeus

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Oy AA

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Korkein hallinto-oikeus — Interpretazzjoni ta' l-Artikoli 43, 56 u 58 KE — Leġiżlazzjoni fiskali dwar it-taxxa fuq id-dħul — Possibbiltà ta' tnaqqis minn kumpannija tas-somom imħallsa bħala għajnuna finanzjarja fi ħdan il-gruppi bil-kundizzjoni li l-kumpannija li tirċievi l-għajnuna jkollha hija wkoll l-uffiċċju reġistrat tagħha fl-Istat Membru kkonċernat.

    Dispożittiv

    L-Artikolu 43 KE ma jipprekludix sistema stabbilita mil-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru, bħal dik in kwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li kumpannija sussidjarja, residenti f'dan l-Istat Membru, tista' tnaqqas mid-dħul taxxabbli tagħha għajnuna finanzjarja fi ħdan il-gruppi mogħtija minnha favur il-kumpannija parent tagħha biss meta din ta' l-aħħar ikollha l-uffiċċju reġistrat tagħha f'dan l-istess Stat Membru.


    (1)  ĠU C 193, 6.8.2005.


    Top