EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/231/13

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4895 — MOL/Italiana Energia e Servizi) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata Test b'relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 231, 3.10.2007, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 231/15


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4895 — MOL/Italiana Energia e Servizi)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 231/13)

1.

Fil-25 ta' Settembru 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża MOL Hungarian Oil and Gas plc (“MOL”, ta' l-Ungerija), takkwista fi ħdan l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll kollu kemm hu ta' l-impriża Italiana Energia e Servizi S.p.A. (“IES”, ta' l-Italja), permezz ta' l-akkwist ta' ishma..

2.

L-attivitajiet tan-negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal MOL: l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta' żejt mhux maħdum, ta' gass naturali u ta' prodotti tal-gass; l-irfinar u t-tqegħid fuq is-suq ta' prodotti taż-żejt mhux maħdum sew bl-imnut kif ukoll bl-ingrossa. It-trasmissjoni ta' gass naturali, u l-produzzjoni u l-bejgħ ta' prodotti petrokimiċi;

għal IES: l-irfinar ta' żejt mhux maħdum u l-bejgħ sussegwenti ta' kull prodott ġej miż-żejt; il-bejgħ ta' fjuwils bl-imnut għall-vetturi; Il-bejgħ ta' bitum, u l-provvista ta' servizzi ta' catering f'toroq komuni.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu bil-feks (nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.4895 — MOL/Italiana Energia e Servizi, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


Top