Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/231/11

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4918 — Carlyl/Applus) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata Test b'relevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 231, 3.10.2007, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.10.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 231/13


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.4918 — Carlyl/Applus)

    Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2007/C 231/11)

    1.

    Fil-25 ta' Settembru 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Carlyl Europe Partners III LP., proprjetà ta', u immexxija minn, The Carlyl Group (“Carlyl”, ta' l-Istati Uniti) takkwista skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll kollu kemm hu ta' l-impriża Applus Servicios Technológicos, S.L. (“Applus”, ta' Spanja) permezz ta' xiri ta' ishma.

    2.

    L-attivitajiet tan-negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

    għal Carlyle: grupp globali ta' investiment ta' ekwità privata,

    għal Applus: spezzjonijiet ta' vetturi fi Spanja, ittestjar u ċertifikazzjoni ta' inġinerija, ittestjar u spezzjoni ta' natura mhux distruttiva, assistenza teknika u konsulenza.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fin-Notifika.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

    Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu bil-feks (nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.4918 — Carlyl/Applus, fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

    J-70

    B-1049 Bruxelles/Brussel


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

    (2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


    Top