Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/231/10

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4906 — CPI Europe Fund/Corpus/Real Estate Portfolio) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata Test b'relevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 231, 3.10.2007, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.10.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 231/12


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.4906 — CPI Europe Fund/Corpus/Real Estate Portfolio)

    Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2007/C 231/10)

    1.

    Fl-24 ta' Settembru 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni, li tikkonsisti f'żewġ transazzjonijiet interrelatati, skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tiegħu l-impriżi CPI Capital Partners Europe L.P. u CPI Capital Partners Europe (NFR) L.P. (li flimkien jagħmlu “CPI Europe Fund”, fir-Renju Unit), propjetà ta' Citibank International plc, u Corpus Immobiliengruppe GmbH & Co. KG (“Corpus”, il-Ġernanja) jakkwistaw fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, kontroll konġunt ta' 149 propjetà u erba' kumpaniji ta' proprjetà immobbli (ZBI Invest 1 AG, ZBI Wohnen GmbH, DIB Vermögensverwaltungs AG und GbR Erfurt) (li flimkien jiffurmaw “Real Estate Portfolio”). Wara, l-impriża CitCor Commercial Properties GmbH & Co. KG, ikkontrollata b'mod konġunt minn CPI Europe Fund und Corpus takkwista erba' proprjetajiet ta' negozju.

    2.

    L-attivitajiet tan-negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

    CPI Europe Fund — Fond ta' proprjetà immobbli

    Corpus — Ġestjoni ta' investment, ġestjoni ta' l-assi inkluż il-manutenzjoni, il-bejgħ u l-iżvilupp residenzjali;

    Real Estate Portfolio — 149 proprjetà residenzjali eżistenti u għal kumpaniji ta' proprjetà immobbli

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fin-Notifika.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

    Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (fax nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4906 — CPI Europe Fund/Corpus/Real Estate Portfolio, fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

    J-70

    B-1049 Bruxelles/Brussel


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

    (2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


    Top