Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/199/61

Kawża T-458/04: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat- 3 ta' Lulju 2007 — Au Lys de France vs Il-Kummissjoni ( Kompetizzjoni — Pożizzjoni dominanti — Suq tal-provvistà ta' siti għall-operat ta' negozji bl-imnut fl-ajruport ta' Roissy-Charles-de-Gaulle miżmum mill-operatur Aéroports de Paris — Ċaħda ta' ilment — Talba għal annullament — Nuqqas ta' interess Komunitarju )

ĠU C 199, 25.8.2007, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 199/33


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-3 ta' Lulju 2007 — Au Lys de France vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-458/04) (1)

(“Kompetizzjoni - Pożizzjoni dominanti - Suq tal-provvistà ta' siti għall-operat ta' negozji bl-imnut fl-ajruport ta' Roissy-Charles-de-Gaulle miżmum mill-operatur Aéroports de Paris - Ċaħda ta' ilment - Talba għal annullament - Nuqqas ta' interess Komunitarju’)

(2007/C 199/61)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Au Lys de France (Raincy, Franza) (rappreżentant: L. Lesourd, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment P. Oliver u O. Beynet, u wara P. Oliver, aġenti)

Parti intervenjenti in sostenn tal-konvenuta: Aéroports de Paris (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: H. Calvet u O.Billard, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Settembru 2004, li tagħlaq il-każ fir-rigward ta' l-ilment imressaq mir-rikorrenti kontra l-impriża pubblika Aéroports de Paris għall-ksur ta' l-Artikolu 82 KE (Każ COMP/D3/38.666 Au Lys de France/Aéroports de Paris).

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Au Lys de France hija ordnata tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 45, 19.2.2005.


Top