EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/162/10

Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4768 — CRH/Cementbouw) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU C 162, 14.7.2007, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 162/18


Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4768 — CRH/Cementbouw)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 162/10)

1.

Fl-10 ta' Lulju 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża CRH Nederland B.V. (“CRH”, l-Olanda), propjetà ta' CRH plc Group (“CRH plc”, l-Irlanda) takkwista, fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll kollu ta' l-impriża Cementbouw B.V. (“Cementbouw”, l-Olanda), permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet tan-negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għall-impriża CRH: il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' materjal tal-bini (bħal konkos, materjal ta' kisi ta' uċuh, konkos diġà mħallat) u prodotti għall-industrija tal-kostruzzjoni (bħal prodotti tal-konkos pre-cast, briks, u madum);

għall-impriża CRH plc: il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' materjali u prodotti għall-industrija tal-kostruzzjoni;

għall-impriża Cementbouw: kummerċ bl-ingorssa ta' konkos u materjali oħra ta' twaħħil u l-produzzjoni ta' konkos diġà mħallat.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni sabet li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skond il-proċedura stipulata fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Dawn l-osservazzjonijiet għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (faks nru. (32-2)296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4768 — CRH/Cementbouw, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni,

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


Top