Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/155/25

    Kawża C-219/07: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d'État (Il-Belġju) fis- 27 ta' April 2007 — VZW de Nationale Raad van Dierenkwekers en Liefhebbers u VZW Andibel vs vs Il-Belġju

    ĠU C 155, 7.7.2007, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.7.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 155/13


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d'État (Il-Belġju) fis-27 ta' April 2007 — VZW de Nationale Raad van Dierenkwekers en Liefhebbers u VZW Andibel vs vs Il-Belġju

    (Kawża C-219/07)

    (2007/C 155/25)

    Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Raad van State (Il-Belġju)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: VZW de Nationale Raad van Dierenkwekers en Liefhebbers u VZW Andibel.

    Konvenut: l-Istat Belġjan

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 30 tat-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, tal-25 ta' Marzu 1957, minnu nnfisu jew flimkien mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 (1) tad-9 ta' Diċembru 1996, dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom, għandu jiġi interpretat fis-sens li projbizzjoni ta' importazzjoni u ta' kummerċjalizzazzjoni ta' annimali, adottata b'implementazzjoni ta' l-Artikolu 3a(1) tal-Liġi ta' l-14 ta' Awwissu 1986 dwar il-protezzjoni u l-benesseri ta' l-annimali, mhijiex iġġustifikata fir-rigward ta' mammiferi importati minn Stat Membru ieħor ta' l-Unjoni Ewropea, li jaqa' taħt il-kategorija B, Ċ jew D imsemmija fir-Regolament jew mhux imsemmija fir-Regolament, meta dawn il-mammiferi huma miżmuma f'dan l-Istat Membru skond il-leġiżlazzjoni ta' dan l-Istat Membru u li din il-leġiżlazzjoni hija konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament ?

    2)

    L-Artikolu 30 tat-Trattat KE jew ir-Regolament Nru 338/97 jipprekludi leġiżlazzjoni ta' Stat Membru li tipprojbixxi, skond leġiżlazzjoni fis-seħħ dwar il-benesseri ta' l-annimali, kull użu kummerċjali ta' kampjuni oħra minbarra dawk il-kampjuni li huma msemmija espliċitament fil-leġiżlazzjoni nazzjonali meta l-għan ta' protezzjoni ta' dawn l-ispeċi, hekk kif imsemmi mill-Artikolu 30 tat-Trattat KE, jista' jintlaħaq b'mod daqstant effiċjenti permezz ta' miżuri li huma inqas restrittivi minn kummerċ intrakomunitarju?


    (1)  ĠU 1997 L 61, p. 1.


    Top