Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/155/19

    Kawża C-203/07: Appell imressaq fis- 16 ta' April 2007 mir-Repubblika Ellenika kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim Istanza tal-Komunitajiet Ewropej (L-Ewwel Awla) tas- 17 ta' Jannar 2007 , fil-Kawża T-213/04, Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    ĠU C 155, 7.7.2007, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.7.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 155/10


    Appell imressaq fis-16 ta' April 2007 mir-Repubblika Ellenika kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim Istanza tal-Komunitajiet Ewropej (L-Ewwel Awla) tas-17 ta' Jannar 2007, fil-Kawża T-213/04, Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    (Kawża C-203/07)

    (2007/C 155/19)

    Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

    Partijiet

    Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: P. Milonopoulos u St. Trekli)

    Il-parti l-oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    Talbiet tar-rikorrenti

    Tiddikara ammissibbli t-talba preżenti għal annullament

    tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej fil-parti kkontestata

    tilqa' r-rikors skond it-talbiet tagħha

    tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż

    Motivi u argumenti prinċipali

    Ir-Repubblika Ellenika ssostni li l-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej interpretat b'mod żbaljat l-Artikoli 12, 13 u 15 tal-memorandum ta' ftehim inizjali, l-Artikolu 14 tal-memorandum addizzjonali u l-prinċipji ta' bona fede u ta' protezzjoni ta' l-aspettattivi leġittimi meta ddikjarat li l-obbligi ta' l-Istati Membri fil-proġetti Abuja I u Abuja II huma ddetermninati mill-aġir ta' kull Stat Membru u mhux li kienu ta' natura purament kuntrattwali u li huma ddeterminati mid-dispożizzjonijiet taż-żewġ memoranda msemmija, filwaqt li, barra minn hekk, li kieku interpretat tajjeb l-imsemmija dispożizzjonijiet ta' dawn il-ftehim il-Qorti tal-Prim'Istanza kellha tagħmilha aktar ċara li ma nħolqux obbligi finanzjarji fir-rigward tar-Repubblika Ellenika peress li din ta' l-aħħar kienet iffirmat u mhux irratifikat il-memorandum addizzjonali, u għalhekk ma kinitx approvatu u ma kinux sodisdafatti, fir-rigward tagħha, il-kundizzjonijiet partikolari kollha previsti sabiex ikun hemm l-obbligi ekonomiċi.

    Ir-Repubblika Ellenika issotni li l-Qorti tal-Prim'Istanza interpretat ħażin l-Artikolu 15 tal-memorandum ta' ftehim inizjali peress li ddikarat li qabel il-firma tal-memorandum addizzjonali, fl-24 ta' Frar 1997 fost il-parteċipanti impliċitament intlaħaq ftehim sabiex jiġi realizzat il-proġett u b'dan il-mod kien sustanzjalment ġie abrogat jew emendat l-imsemmi Artikolu 15 (1).


    Top