EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/155/04

Kawża C-361/05: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) ta' l- 24 ta' Mejju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Immaniġġjar ta' l-iskart — Direttivi 75/442/KEE u 1999/31/KE — Miżbliet illegali u mhux ikkontrollati — Miżbliet ta' Níjar, Hoyo de Miguel u Cueva del Mojón)

ĠU C 155, 7.7.2007, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 155/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) ta' l-24 ta' Mejju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja

(Kawża C-361/05) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Immaniġġjar ta' l-iskart - Direttivi 75/442/KEE u 1999/31/KE - Miżbliet illegali u mhux ikkontrollati - Miżbliet ta' Níjar, Hoyo de Miguel u Cueva del Mojón)

(2007/C 155/04)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: I. Martínez del Peral u M. Konstantinidis, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentanti: I. del Cuvillo Contreras u M. Muñoz Pérez, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikoli 4, 9 u 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE tal-15 ta' Lulju 1975 dwar l-iskart (ĠU L 194 p. 39), kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 91/156/KEE tat-18 ta' Marzu 1991 (ĠU L 78 p. 32) u ta' l-Artikolu 14 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta' April 1999 dwar ir-rimi ta' skart f'terraferma (ĠU L 182 p. 1) — Miżbliet ta' Níjar, Hoyo de Miguel u Cueva del Mojón, li jinsabu f'La Mojonera.

Dispożittiv

1)

Billi ma ħax, fit-terminu preskritt, il-miżuri neċesarji sabiex jiżgura l-applikazzjoni, fil-konfront tal-miżbliet ta' Níjar, Hoyo de Miguel u Cueva del Mojón (provinċja ta' Almerija) ta' l-Artikoli 4, 9 u 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE tal-15 ta' Lulju 1975 dwar l-iskart, kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 91/156/KEE tat-18 ta' Marzu 1991 u ta' l-Artikolu 14 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta' April 1999 dwar ir-rimi ta' skart f'terraferma, ir-Renju ta' Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi imposti fuqu minn dawn id-dispożizzjonijiet.

2)

Ir-Renju ta' Spanja huwa ordnat ibati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 296 tas-26.11.2005.


Top