Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62024CN0661

Kawża C-661/24, Académie Fiscale et: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour constitutionnelle (il-Belġju) fid-9 ta’ Ottubru 2024 – Ordre des barreaux francophones et germanophone, Académie Fiscale ASBL, UA, vzw Liga voor Mensenrechten, Ligue des droits, humains ASBL, JU, LV, Ministry of Privacy vs Premier ministre/Eerste Minister

ĠU C, C/2025/376, 27.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/376/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/376/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/376

27.1.2025

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour constitutionnelle (il-Belġju) fid-9 ta’ Ottubru 2024 – Ordre des barreaux francophones et germanophone, Académie Fiscale ASBL, UA, vzw Liga voor Mensenrechten, Ligue des droits, humains ASBL, JU, LV, Ministry of Privacy vs Premier ministre/Eerste Minister

(Kawża C-661/24, Académie Fiscale et)

(C/2025/376)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Qorti Kostituzzjonali

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ordre des barreaux francophones et germanophone, Académie Fiscale ASBL, UA, vzw Liga voor Mensenrechten, Ligue des droits humains ASBL, JU, LV, Ministry of Privacy

Konvenut: Premier ministre/Eerste Minister

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (1), moqri flimkien mal-Artikoli 7, 8 u 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens:

a)

li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi obbligu għall-operaturi ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika li jżommu u li jipproċessaw id-data ta’ traffiku msemmija f’din il-leġiżlazzjoni fil-kuntest tal-provvista ta’ dan in-network jew ta’ dan is-servizz, matul perijodu ta’ erba’ jew tnax-il xahar, skont il-każ, sabiex jieħdu l-miżuri xierqa, proporzjonati, preventivi u ta’ rimedju b’mod li jiġu evitati l-frodi u l-użu illeċitu tan-networks tagħhom u sabiex jiġi evitat li l-utenti finali jsofru dannu jew inkonvenjenza, kif ukoll sabiex tiġi stabbilita frodi jew l-użu illeċitu tan-network jew tas-servizz jew li jkunu jistgħu jiġu identifikati l-awturi u l-oriġini tagħhom;

b)

li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lil dawn l-operaturi li jżommu u jipproċessaw id-data ta’ traffiku kkonċernata lil hinn mit-termini msemmija iktar ’il fuq, f’każ ta’ frodi speċifika identifikata jew ta’ użu illeċitu tan-network speċifiku identifikat, għaż-żmien neċessarju għall-analiżi tagħha u għar-riżoluzzjoni tagħha jew għaż-żmien neċessarju għall-ipproċessar ta’ dan l-użu illeċitu;

c)

li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, mingħajr ma tipprevedi l-obbligu li tintalab opinjoni preliminari jew li tiġi nnotifikata awtorità indipendenti, tippermetti lil dawn l-operaturi li jżommu u li jipproċessaw data oħra minbarra dik imsemmija fil-liġi, sabiex tiġi pprovata frodi jew l-użu illeċitu tan-network jew tas-servizz, jew li jiġi identifikat l-awtur jew l-oriġini tagħhom;

d)

li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, mingħajr ma tipprevedi l-obbligu li tintalab opinjoni preliminari jew li tiġi nnotifikata awtorità indipendenti, tippermetti lil dawn l-operaturi li jżommu u li jipproċessaw għal żmien ta’ tnax-il xahar id-data ta’ traffiku li jqisu neċessarja sabiex jiġu ggarantiti s-sigurtà u l-funzjonament tajjeb tan-networks u tas-servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi tagħhom, u b’mod partikolari sabiex jinkixef u jiġi analizzat ksur potenzjali jew reali għal din is-sigurtà, inkluż l-identifikazzjoni tal-oriġini ta’ dan il-ksur u, fil-każ ta’ ksur speċifiku tas-sigurtà tan-network, għall-perijodu neċessarju sabiex jiġi pproċessat?

2)

L-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58, moqri flimkien mal-Artikoli 7, 8 u 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens:

a)

li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lill-operaturi tan-networks mobbli li jżommu u jipproċessaw id-data ta’ lokalizzazzjoni, mingħajr ma l-leġiżlazzjoni tiddeskrivi preċiżament liema data hija koperta, fil-kuntest tal-provvista ta’ dan in-network jew ta’ dan is-servizz, matul perijodu ta’ erba’ jew tnax-il xahar, skont il-każ, meta dan ikun neċessarju għall-funzjonament tajjeb u għas-sigurtà tan-network jew tas-servizz, jew sabiex jinkixfu jew jiġu analizzati l-frodi jew l-użu illeċitu tan-network;

b)

li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lil dawn l-operaturi li jżommu jew jipproċessaw id-data ta’ lokalizzazzjoni lil hinn mit-termini ċċitati iktar ’il fuq, f’każ ta’ ksur speċifiku, ta’ frodi speċifika jew ta’ użu illeċitu speċifiku?

3)

Jekk, abbażi tar-risposti mogħtija għall-ewwel jew għat-tieni domanda preliminari, il-Cour constitutionnelle tasal għall-konklużjoni li ċerti dispożizzjonijiet tal-loi du 20 juillet 2022“relative à la collecte et à la conservation des données d’identification et des métadonnées dans le secteur des communications électroniques et à la fourniture de ces données aux autorités” (il-Liġi tal-20 ta’ Lulju 2022“dwar il-ġbir u ż-żamma ta’ data ta’ identifikazzjoni u ta’ metadata fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika u dwar il-provvista ta’ din id-data lill-awtoritajiet”) jiksru obbligu jew iktar li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet imsemmija f’dawn id-domandi, tista’ żżomm provviżorjament l-effetti tad-dispożizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq tal-Liġi tal-20 ta’ Lulju 2022 sabiex tiġi evitata inċertezza legali u sabiex id-data miġbura u miżmuma qabel tkun għadha tista’ tintuża għall-għanijiet previsti mil-liġi?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 514.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/376/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top