This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62024CJ0341
Judgment of the Court (Third Chamber) of 11 September 2025.#Duca di Salaparuta SpA v Ministero dell’Agricoltura, della Sovranità Alimentare e delle Foreste and Others.#Request for a preliminary ruling from the Corte suprema di cassazione.#Reference for a preliminary ruling – Agriculture – Common organisation of the market in wine – Community framework for the protection of wine names – Regulation (EC) No 1493/1999 – Article 54 – Quality wines produced in specified regions (quality wines psr) – Regulation (EC) No 479/2008 – Article 43(2) and Article 51 – Regulation (EC) No 1234/2007 – Article 118k(2) and Article 118s – Regulation (EU) No 1308/2013 – Article 101(2) and Article 107 – Protection, under EU law, of quality wines psr recognised under national law – Conflict between a protected wine name and an earlier well-known mark containing a word identical to that name – Allegedly misleading name – Transitional regime – Automatic extension of protection – Complete nature of the system of protection – Legal certainty.#Case C-341/24.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Settembru 2025.
Duca di Salaparuta SpA vs Ministero dell’Agricoltura, della Sovranità Alimentare e delle Foreste et.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Agrikoltura – Organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid – Sistema Komunitarja ta’ protezzjoni tad-denominazzjonijiet ta’ nbejjed – Regolament (KE) Nru 1493/1999 – Artikolu 54 – Inbejjed ta’ kwalità prodotti f’reġjuni speċifiċi (‘inbejjed ta’ kwalità psr’) – Regolament (KE) Nru 479/2008 – Artikolu 43(2) u Artikolu 51 – Regolament (KE) Nru 1234/2007 – Artikolu 118k(2) u Artikolu 118s – Regolament (UE) Nru 1308/2013 – Artikolu 101(2) u Artikolu 107 – Protezzjoni, taħt id-dritt tal-Unjoni, tal-inbejjed ta’ kwalità psr irrikonoxxuti fid-dritt nazzjonali – Kunflitt bejn denominazzjoni ta’ nbejjed protetta u trade mark preċedenti magħrufa li tinkludi kelma identika għal din id-denominazzjoni – Denominazzjoni allegatament qarrieqa – Sistema tranżitorja – Estensjoni awtomatika tal-protezzjoni – Natura kompleta tas-sistema ta’ protezzjoni – Ċertezza legali.
Kawża C-341/24.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Settembru 2025.
Duca di Salaparuta SpA vs Ministero dell’Agricoltura, della Sovranità Alimentare e delle Foreste et.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Agrikoltura – Organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid – Sistema Komunitarja ta’ protezzjoni tad-denominazzjonijiet ta’ nbejjed – Regolament (KE) Nru 1493/1999 – Artikolu 54 – Inbejjed ta’ kwalità prodotti f’reġjuni speċifiċi (‘inbejjed ta’ kwalità psr’) – Regolament (KE) Nru 479/2008 – Artikolu 43(2) u Artikolu 51 – Regolament (KE) Nru 1234/2007 – Artikolu 118k(2) u Artikolu 118s – Regolament (UE) Nru 1308/2013 – Artikolu 101(2) u Artikolu 107 – Protezzjoni, taħt id-dritt tal-Unjoni, tal-inbejjed ta’ kwalità psr irrikonoxxuti fid-dritt nazzjonali – Kunflitt bejn denominazzjoni ta’ nbejjed protetta u trade mark preċedenti magħrufa li tinkludi kelma identika għal din id-denominazzjoni – Denominazzjoni allegatament qarrieqa – Sistema tranżitorja – Estensjoni awtomatika tal-protezzjoni – Natura kompleta tas-sistema ta’ protezzjoni – Ċertezza legali.
Kawża C-341/24.
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2025:693
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla)
11 ta’ Settembru 2025 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Agrikoltura – Organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid – Sistema Komunitarja ta’ protezzjoni tad-denominazzjonijiet ta’ nbejjed – Regolament (KE) Nru 1493/1999 – Artikolu 54 – Inbejjed ta’ kwalità prodotti f’reġjuni speċifiċi (‘inbejjed ta’ kwalità psr’) – Regolament (KE) Nru 479/2008 – Artikolu 43(2) u Artikolu 51 – Regolament (KE) Nru 1234/2007 – Artikolu 118k(2) u Artikolu 118s – Regolament (UE) Nru 1308/2013 – Artikolu 101(2) u Artikolu 107 – Protezzjoni, taħt id-dritt tal-Unjoni, tal-inbejjed ta’ kwalità psr irrikonoxxuti fid-dritt nazzjonali – Kunflitt bejn denominazzjoni ta’ nbejjed protetta u trade mark preċedenti magħrufa li tinkludi kelma identika għal din id-denominazzjoni – Denominazzjoni allegatament qarrieqa – Sistema tranżitorja – Estensjoni awtomatika tal-protezzjoni – Natura kompleta tas-sistema ta’ protezzjoni – Ċertezza legali”
Fil-Kawża C‑341/24,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Corte suprema di cassazione (il-Qorti tal-Kassazzjoni, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tat‑8 ta’ Mejju 2024, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑8 ta’ Mejju 2024, fil-proċedura
Duca di Salaparuta SpA
vs
Ministero dell’Agricoltura, della Sovranità alimentare e delle Foreste,
Consorzio volontario di tutela dei vini DOC Salaparuta,
Baglio Gibellina Srl,
Cantina Giacco Soc. coop. agricola,
Madonna del Piraino Soc. coop. agricola,
fil-preżenza ta’:
Botte di Vino di VH & C. Snc,
Baglio San Vito Srl, fi stralċ,
Romeo Vini di CZ & C. Sas,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),
komposta minn C. Lycourgos, President tal-Awla, S. Rodin, N. Piçarra, O. Spineanu-Matei u N. Fenger (Relatur), Imħallfin,
Avukat Ġenerali: M. Campos Sánchez-Bordona,
Reġistratur: A. Calot Escobar,
wara li rat il-proċedura bil-miktub,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
|
– |
għal Duca di Salaparuta SpA, minn S. de Bosio, R. Vaccarella, G. Vecchione, avvocati, u D. Philippe, avukat, |
|
– |
għal Consorzio volontario di tutela dei vini DOC Salaparuta, Baglio Gibellina Srl u Madonna del Piraino Soc. coop. agricola, minn F. Pacciani u S. Parlatore, avvocati, |
|
– |
għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn M. Auciello u M. Di Benedetto, avvocati dello Stato, |
|
– |
għall-Gvern Portugiż, minn P. Barros da Costa, J. Ramos u A. Ribeiro de Almeida, advogados, |
|
– |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn L. Di Masi, M. Konstantinidis u F. Thiran, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat‑3 ta’ April 2025,
tagħti l-preżenti
Sentenza
|
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas‑17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 26, p. 25), tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 tad‑29 ta’ April 2008 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1493/1999, (KE) Nru 1782/2003, (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 3/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2392/86 u (KE) Nru 1493/1999 (ĠU 2008, L 148, p. 1, u rettifika fil-ĠU 2008, L 220, p. 35), tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat‑22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU 2007, L 299, p. 1, u rettifika fil-ĠU 2013, L 97, p. 4), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 491/2009 tal‑25 ta’ Mejju 2009 (ĠU 2009, L 154, p. 1) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 1234/2007”), kif ukoll tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU 2013, L 347, p. 671, u rettifiki fil-ĠU 2014, L 189, p. 261; fil-ĠU 2016, L 130, p. 8; fil-ĠU 2020, L 1, p. 5; fil-ĠU 2022, L 195, p. 106; u fil-ĠU 2023, L 200, p. 51). |
|
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn il-kumpannija Duca di Salaparuta SpA u l-Ministero dell’ Agricoltura, della Sovranità alimentare e delle Foreste (il-Ministeru għall-Agrikoltura, għas-Sovranità tal-Ikel u għall-Foresti, l-Italja), il-Consorzio volontario di tutela dei vini DOC Salaparuta (il-Konsorzju Volontarju għall-Protezzjoni tal-Inbejjed DOK Salaparuta, l-Italja), kif ukoll il-kumpanniji Baglio Gibellina Srl, Cantina Giacco Soc. coop. agricola, Madonna del Piraino Soc. coop. agricola, Botte di vino di VH & C. snc, Baglio San Vito Srl, fi stralċ, u Romeo Vini di CZ & C. Sas, dwar talba għall-annullament u/jew għall-invalidità tar-reġistrazzjoni fil-livell tal-Unjoni Ewropea tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta “Salaparuta” kif ukoll tar-rikonoxximent fid-dritt Taljan tal-kelma “Salaparuta” bħala denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata, għar-raġuni li din id-denominazzjoni ta’ oriġini protetta u din id-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata joħolqu riskju ta’ kunflitt mat-trade marks preċedenti magħrufa rreġistrati għal inbejjed li Duca di Salaparuta hija l-proprjetarja tagħhom u li jinkludu kliem identiċi għall-imsemmija denominazzjoni ta’ oriġini protetta u denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata. |
Il-kuntest ġuridiku
Id-dritt internazzjonali
Il-Konvenzjoni ta’ Pariġi
|
3 |
Il-Konvenzjoni ta’ Pariġi għall-Protezzjoni tal-Proprjetà Industrijali ġiet iffirmata f’Pariġi fl‑20 ta’ Marzu 1883, irriveduta l-aħħar fi Stokkolma fl‑14 ta’ Lulju 1967 u emendata fit‑28 ta’ Settembru 1979 (Ġabra tat-Trattati tan-Nazzjonijiet Uniti, Vol. 828, Nru 11851, p. 305, iktar ’il quddiem il-“Konvenzjoni ta’ Pariġi”). L-Istati Membri kollha tal-Unjoni huma firmatarji ta’ din il-konvenzjoni. |
|
4 |
L-Artikolu 10a tal-imsemmija konvenzjoni jipprovdi: “1. Il-pajjiżi tal-Unjoni huma obbligati li jiżguraw liċ-ċittadini tal-pajjiżi tal-Unjoni protezzjoni effettiva kontra l-kompetizzjoni inġusta. 2) Kwalunkwe att ta’ kompetizzjoni li jmur kontra l-prattiċi onesti f’materji industrijali jew kummerċjali jikkostitwixxi att ta’ kompetizzjoni inġusta. 3) B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit dan li ġej:
[…]
|
Il-Ftehim ta’ Madrid
|
5 |
Skont l-Artikolu 3a tal-Ftehim ta’ Madrid dwar ir-repressjoni tal-indikazzjonijiet ta’ oriġini foloz jew qarrieqa dwar il-prodotti tal‑14 ta’ April 1891, kif ġie rivedut l-aħħar fi Stokkolma fl‑14 ta’ Lulju 1967 (Ġabra tat-Trattati tan-Nazzjonijiet Uniti, Vol. 828, Nru 11848, p. 163) (iktar ’il quddiem il-“Ftehim ta’ Madrid”): “Il-pajjiżi li għalihom japplika [l-Ftehim ta’ Madrid] jimpenjaw ruħhom ukoll li jipprojbixxu l-użu, il-wiri jew l-offerta għall-bejgħ ta’ kwalunkwe prodotti, tal-indikazzjonijiet kollha li jkollhom natura ta’ reklamar u li kapaċi jqarrqu bil-pubbliku dwar l-oriġini tal-prodotti, u li jidhru fuq sinjali, reklami, fatturi, listi tal-inbid, ittri jew dokumenti kummerċjali, jew fuq kwalunkwe tip ta’ komunikazzjoni kummerċjali oħra” [traduzzjoni mhux uffiċjali]. |
Il-Ftehim TRIPs
|
6 |
Il-Ftehim dwar Aspetti Relatati mal-Kummerċ tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali (iktar ’il quddiem il-“Ftehim TRIPs”), jikkostitwixxi l-Anness 1C tal-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), li ġie ffirmat f’Marrakech (il-Marokk) fil‑15 ta’ April 1994 u approvat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE tat‑22 ta’ Diċembru 1994 dwar il-konklużjoin f’isem il-Komunità Ewropea, fejn għandhom x’jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehim milħuq fil-Laqgħa ta’ negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986‑1994) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 21, p. 80). Huma partijiet fil-Ftehim TRIPs il-membri tal-WTO, fosthom l-Istati Membri kollha tal-Unjoni kif ukoll l-Unjoni nnifisha. |
|
7 |
L-Artikolu 2 ta’ dan il-ftehim, li jaqa’ taħt il-Parti I tiegħu, jistipula, fil-paragrafu 1 tiegħu: “Fir-rigward tal-Partijiet II, III u IV ta’ dan il-ftehim, il-Membri għandhom jikkonformaw ruħhom mal-Artikoli [1] sa 12 u mal-Artikolu 19 tal-[Konvenzjoni ta’ Pariġi]” [traduzzjoni mhux uffiċjali]. |
|
8 |
L-Artikolu 22(1) tal-imsemmi ftehim, li jaqa’ taħt il-Parti II tiegħu, jipprovdi: “Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, indikazzjonijiet ġeografiċi huma l-indikazzjonijiet li jidentifikaw prodott bħala li joriġina fit-territorju ta’ Membru, jew reġjun jew lokalità f’dak it-territorju, fejn ċerta kwalità, reputazzjoni jew karatteristika oħra tal-prodott tkun essenzjalment attribwibbli għall-oriġini ġeografika tiegħu.” |
Id-dritt tal-Unjoni
Ir-Regolament Nru 1493/1999
|
9 |
L-Artikolu 52(1) tar-Regolament Nru 1493/1999 kien jipprevedi: “Jekk Stat Membru juża l-isem ta’ reġjun speċifikat sabiex jiddisinja nbid ta’ kwalità psr [(prodotti f’reġjuni speċifiċi)] jew, fejn ikun xieraq, inbid intenzjonat għall-ipproċessar f’inbid ta’ kwalità psr, dak l-isem ma jistax jintuża biex jiddisinja prodotti fis-settur ta’ l-inbid mhux magħmula f’dak ir-reġjun u/jew prodotti mhux iddisinjati mill-isem bi qbil mad-dispożizzjonijiet tar-regoli relevanti Komunitarji u nazzjonali. […] […]” |
|
10 |
L-Artikolu 54 ta’ dan ir-regolament kien jipprovdi: “1. Inbejjed ta’ kwalità prodotti f’reġjuni speċifiċi (‘inbejjed ta’ kwalità psr’) għandha tfisser inbejjed li huma konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu u mad-dispożizzjonijiet Komunitarji u nazzjonali adottati f’dan ir-rigward […] 4. L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni [Ewropea] l-lista ta’ l-inbejjed ta’ kwalità psr li huma jkunu irrikonoxxew, għal kull wieħed minn dawn l-inbejjed ta’ kwalità psr, dettalji dwar id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirregolaw il-produzzjoni u l-manifattura ta’ dawk l-inbejjed ta’ kwalità psr. 5. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista fis-Serje ‘C’ tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.” |
|
11 |
Taħt it-titolu “Ismijiet ta’ ditti”, il-punt F tal-Anness VII tal-imsemmi regolament kien jistipula: “[…] 2. B’deroga mill-punt (b) ta’ l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, id-detentur ta’ trade mark (l-isem tad-ditta) rreġistrata għal inbid minn most ta’ l-għeneb li hija identika:
jista’, anki jekk ma jkunx intitolat li juża dan l-isem permezz ta’ l-ewwel subparagrafu tal-punt 1, ikompli juża dik it-trade mark (l-isem tad-ditta) sal-31 ta’ Diċembru 2002, li l-isem tad-ditta f’dak il-każ:
Inoltre, id-detentur ta’ l-isem ta’ ditta magħruf sewwa reġistrat għall-inbid jew il-most ta’ l-għeneb li fih kliem identiku għall-isem ta’ reġjun speċifiku jew għall-isem ta’ l-unità ġeografika iżgħar minn reġjun speċifiku jista’, anki jekk m’huwiex intitolat li juża dan l-isem permezz tal-punt 1, ikompli juża l-isem tad-ditta meta dan ikun jaqbel ma’ l-identità tad-detentur oriġinali jew ta’ min jipprovdi l-isem oriġinali, basta li l-isem tad-ditta ikun ġie reġistrat ta’ mill-anqas 25 sena qabel ir-rikonoxximent uffiċjali ta’ l-isem ġeografiku f’dak il-każ mill-Istat Membru produttur bi qbil mad-disposizzjonijiet Komunitarji relevanti fir-rigward ta’ l-inbejjed ta’ kwalità psr u basta li l-isem tad-ditta attwalment ikun ġie użat mingħajr interruzzjoni. L-ismijiet ta’ ditti li huma konformi mal-kondizzjonijiet ta’ l-ewwel u tat-tieni subparagrafi ma jistgħux jiġu invokati kontra l-użu ta’ l-ismijiet ta’ l-unitajiet ġeografiċi użati biex jiddeskrivu inbid ta’ kwalità psr jew l-inbid tal-mejda. […]” |
Ir-Regolament Nru 479/2008
|
12 |
Ir-Regolament Nru 1493/1999 tħassar bir-Regolament Nru 479/2008. Skont l-Artikolu 129(2)(e) ta’ dan ir-regolament tal-aħħar, il-Kapitolu IV tat-Titolu III tiegħu kien applikabbli mill‑1 ta’ Awwissu 2009, sakemm id-dispożizzjonijiet regolatorji adottati skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 113(1) tal-imsemmi regolament ma jipprevedux mod ieħor. |
|
13 |
Il-premessa 5 tar-Regolament Nru 479/2008 kienet tistipula li kien “jeħtieġ li jinbidel ir-reġim Komunitarju applikabbli għas-settur ta’ l-inbid”. |
|
14 |
Il-premessa 36 ta’ dan ir-regolament kienet tipprevedi: “Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, id-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi li diġà jeżistu fil-Komunità għandhom ikunu eżenti mill-applikazzjoni tal-proċedura l-ġdida ta’ eżaminar. Madankollu, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni t-tagħrif bażiku u l-atti li permezz tagħhom ikunu ġew rikonoxxuti fil-livell nazzjonali. Fin-nuqqas ta’ dan, il-prodotti kkonċernati għandhom jitilfu l-protezzjoni tagħhom bħala denominazzjonijiet ta’ l-oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi. Barra minn hekk, għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, għandu jkun limitat l-ambitu ta’ applikazzjoni għat-tħassir ta’ denominazzjonijiet ta’ l-oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi eżistenti.” |
|
15 |
L-Artikolu 43 tal-imsemmi regolament, intitolat “Raġunijiet għaċ-ċaħda tal-protezzjoni”, kien jipprevedi, fil-paragrafu 2 tiegħu: “Isem ma għandux ikollu protezzjoni ta’ denominazzjoni ta’ l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika fejn, fid-dawl tar-reputazzjoni u r-rikonoxximent ta’ trademark, il-protezzjoni aktarx li tista’ tiżgwida lill-konsumatur dwar l-identità vera ta’ l-inbid.” |
|
16 |
L-Artikolu 46 tal-istess regolament kien jipprevedi: “Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm aġġornat reġistru elettroniku ta’ denominazzjonijiet ta’ l-oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti għall-inbid. Dan għandu jkun aċċessibbli pubblikament.” |
|
17 |
L-Artikolu 50 tar-Regolament Nru 479/2008, intitolat “Kanċellazzjoni”, kien jistipula: “Konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 113(2), jista’ jiġi deċiż fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni jew minn talba debitament sostanzjata ta’ Stat Membru, ta’ pajjiż terz jew ta’ persuna fiżika jew ġuridika li għandha interess leġittimu, li l-protezzjoni ta’ denominazzjoni ta’ l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika tiġi kkanċellata jekk ma tkunx għadha żgurata l-konformità ta’ l-ispeċifikazzjoni tal-prodott korrispondenti. […]” |
|
18 |
L-Artikolu 51 ta’ dan ir-regolament, intitolat “Ismijiet ta’ nbejjed protetti diġà eżistenti” kien ifformulat kif ġej: “1. Ismijiet ta’ nbejjed li jkunu protetti skond l-Artikoli 51 u 54 tar-Regolament [Nru 1493/1999] u l-Artikolu 28 tar-Regolament [tal-Kummissjoni] (KE) Nru 753/2002 [tad‑29 ta’ April 1996 li jistabbilixxi ċerti regoli sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 rigward id-deskrizzjoni, id-denominazzjoni ta’ l-origini, il-preżentazzjoni u l-protezzjoni ta’ ċerti prodotti fis-settur ta’ l-inbid (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 35, p. 455)], għandhom ikunu protetti awtomatikament skond dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha telenkahom fir-reġistru li hemm provvediment dwaru fl-Artikolu 46 ta’ dan ir-Regolament. […] 4. L-Artikolu 50 m’għandux japplika fir-rigward ta’ l-ismijiet protetti eżistenti ta’ nbejjed imsemmijin fil-paragrafu 1. Jista’ jkun deċiż, sal‑31 ta’ Diċembru 2014, fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni u konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 113(2), li tiġi kkanċellata l-protezzjoni ta’ l-ismijiet protetti eżistenti ta’ nbejjed imsemmija fil-paragrafu 1 jekk huma ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 34.” |
|
19 |
Ir-Regolament Nru 479/2008 tħassar permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 491/2009 tal‑25 ta’ Mejju 2009 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU 2009, L 154, p. 1, u rettifika fil-ĠU 2011, L 313, p. 47), li emenda r-Regolament Waħdieni dwar l-OKS, b’effett mill‑1 ta’ Awwissu 2009. |
|
20 |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 491/2009 jipprevedi li r-riferimenti magħmula għar-regolament imħassar, jiġifieri r-Regolament Nru 479/2008, għandhom jinftiehmu bħala li saru għar-Regolament Nru 1234/2007, u għandhom jinqraw skont it-tabelli ta’ korrelazzjoni rispettivi li jinsabu fl-Anness XXII ta’ dan ir-regolament tal-aħħar. |
Ir-Regolament Nru 1234/2007
|
21 |
Għalhekk ir-Regolament Nru 1234/2007, b’applikazzjoni tar-Regolament Nru 491/2009 u b’effett mill‑1 ta’ Awwissu 2009, inkorpora r-Regolament Nru 479/2008. |
|
22 |
L-Artikolu 118k tar-Regolament Nru 1234/2007, intitolat “Raġunijiet għal ċaħda tal-protezzjoni”, kien jipprevedi, fil-paragrafu 2 tiegħu: “Isem m’għandux ikollu protezzjoni ta’ denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika fejn, fid-dawl tar-reputazzjoni u r-rikonoxximent ta’ trademark, il-protezzjoni x’aktarx li tista’ tiżgwida lill-konsumatur dwar l-identità vera tal-inbid.” |
|
23 |
L-Artikolu 118n ta’ dan ir-regolament kien jistipula: “Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm aġġornat reġistru elettroniku ta’ denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti għall-inbid. Dan għandu jkun aċċessibbli pubblikament.” |
|
24 |
L-Artikolu 118r tal-imsemmi regolament, intitolat “Kanċellazzjoni”, kien jipprovdi: “Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi […] li tikkanċella l-protezzjoni ta’ denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika jekk ma tkunx għadha żgurata l-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott korrispondenti. […]” |
|
25 |
L-Artikolu 118s tal-istess regolament, intitolat “Ismijiet ta’ nbejjed protetti eżistenti”, kien ifformulat kif ġej: “1. L-ismijiet ta’ nbejjed li jkunu protetti skont l-Artikoli 51 u 54 tar-Regolament [Nru 1493/1999] u l-Artikolu 28 tar-Regolament [Nru 753/2002] għandhom ikunu protetti awtomatikament taħt dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha telenkahom fir-reġistru previst fl-Artikolu 118n ta’ dan ir-Regolament. […] 4. L-Artikolu 118r m’għandux japplika fir-rigward tal-ismijiet protetti eżistenti ta’ nbejjed imsemmijin fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi sal‑31 ta’ Diċembru 2014, fuq l-inizjattiva tagħha stess u skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(4), li tikkanċella l-protezzjoni tal-ismijiet protetti eżistenti ta’ nbejjed imsemmija fil-paragrafu 1 jekk huma ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 118b.” |
Ir-Regolament Nru 1308/2013
|
26 |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 230(1) tar-Regolament Nru 1308/2013, ir-Regolament Nru 1234/2007 huwa mħassar, ħlief għad-dispożizzjonijiet tiegħu li, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 230(1) kif ukoll il-paragrafi 2 u 3 tar-Regolament Nru 1308/2013, jibqgħu japplikaw. Mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 232(1) ta’ dan ir-regolament isegwi li dan huwa applikabbli mill‑1 ta’ Jannar 2014, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet partikolari li dan l-Artikolu 232 jipprevedi. |
|
27 |
L-Artikolu 101(2) tar-Regolament Nru 1308/2013 jipprevedi: “Isem ma għandux ikun protett bħala denominazzjoni ta’ oriġini jew indikazzjoni ġeografika fejn, fid-dawl tar-reputazzjoni u l-fama ta’ trademark, il-protezzjoni tista’ tiżgwida lill-konsumatur dwar l-identità vera tal-inbid.” |
|
28 |
L-Artikolu 104 ta’ dan ir-regolament jipprovdi: “Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm reġistru elettroniku ta’ denominazzjonijiet protetti ta’ oriġini u ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi protetti għall-inbid li għandu jkun aċċessibbli għall-pubbliku. […]” |
|
29 |
L-Artikolu 106 tal-imsemmi regolament jipprevedi: “Il-Kummissjoni tista’, fuq inizjattiva proprja jew fuq talba debitament motivata minn Stat Membru, pajjiż terz jew persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu, tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jħassru l-protezzjoni ta’ denominazzjoni ta’ oriġini jew ta’ indikazzjoni ġeografika jekk ma tibqax tiġi żgurata l-konformità mal-ispeċifikazzjoni korrispondenti ta’ prodott. […]” |
|
30 |
L-Artikolu 107(1) u (3) tal-istess regolament huwa fformulat kif ġej: “1. Ismijiet ta’ nbejjed imsemmija fl-Artikoli 51 u 54 tar-Regolament [Nru 1493/1999] u l-Artikolu 28 tar-Regolament [Nru 753/2002] għandhom ikunu protetti awtomatikament skont dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tagħmel lista tagħhom fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 104 ta’ dan ir-Regolament. […] 3. L-Artikolu 106 ma għandux japplika għal ismijiet protetti eżistenti tal-inbejjed imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Sal‑31 ta’ Diċembru 2014, il-Kummissjoni tista’, fuq inizjattiva proprja, tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jħassru l-protezzjoni ta’ ismijiet protetti eżistenti ta’ nbejjed imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jekk dawn ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 93. […]” |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
|
31 |
Duca di Salaparuta hija kumpannija tal-inbid, stabbilita fi Sqallija (l-Italja), li hija proprjetarja ta’ diversi trade marks nazzjonali u tal-Unjoni, li diversi minnhom jinkludu l-kelma “Salaparuta”. |
|
32 |
Fit‑13 ta’ Lulju 1989, is-sinjal “Salaparuta” ġie rreġistrat bħala trade mark nazzjonali (Nru 511337). Fil‑25 ta’ Ottubru 2000, dan is-sinjal ġie rreġistrat ukoll bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea bħala trade mark verbali, għal prodotti li jaqgħu fil-klassi 33 tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal‑15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat (xarbiet alkoħoliċi). Dawn it-trade marks ġew imġedda minn dak iż-żmien. |
|
33 |
Il-kummerċjalizzazzjoni tal-inbejjed taħt it-trade marks Salaparuta ma għandhiex rabta mal-komun ta’ Salaparuta (l-Italja), li jinsab fi Sqallija. Fil-fatt, Duca di Salaparuta hija stabbilita barra minn dan il-komun, u l-għeneb użat ma joriġinax minnu. |
|
34 |
Id-decreto “Riconoscimento della denominazione di origine controllata dei vini ‘Salaparuta’ e approvazione del relativo disciplinare di produzione” (id-Digriet “Rikonoxximent tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata ‘Salaparuta’ u Approvazzjoni tal-Ispeċifikazzjonijiet tal-Prodott Relatati”) (GURI Nru 42 tal‑20 ta’ Frar 2006), irrikonoxxa, fuq livell nazzjonali, id-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata “Salaparuta” (iktar ’il quddiem id-“DOK ‘Salaparuta’”), li hija intiża sabiex tindika u tipproteġi sensiela ta’ nbejjed prodotti minn għeneb li joriġina minn vinji li jinsabu fuq artijiet li jinsabu fil-limiti territorjali tal-komun ta’ Salaparuta. |
|
35 |
Il-protezzjoni ta’ dawn l-inbejjed ġiet sussegwentement estiża fil-livell tal-Unjoni. B’mod partikolari, mill-proċess li għandha l-Qorti tal-Ġustizzja jsegwi li, konformement mal-Artikolu 54(4) tar-Regolament Nru 1493/1999, lista tal-inbejjed ta’ kwalità psr, li fihom id-DOK “Salaparuta”, ġiet ippubblikata, fit‑8 ta’ Awwissu 2009, mill-Kummissjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU 2009, C 187, p. 1) u li din id-DOK ġiet inkluża, b’effett mill‑1 ta’ Awwissu 2009, fir-reġistru elettroniku tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti (DOP) u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (IĠP) dwar l-inbejjed, bħala DOP PDO‑IT‑A0795 (iktar ’il quddiem id-“DOP “Salaparuta”). |
|
36 |
Fit‑8 ta’ Frar 2016, Duca di Salaparuta ppreżentat rikors quddiem it-Tribunale di Milano (il-Qorti Distrettwali ta’ Milano, l-Italja) intiż, fost l-oħrajn, sabiex tinkiseb in-nullità jew l-invalidità tad-DOP “Salaparuta” kif ukoll tad-DOK “Salaparuta”, għar-raġuni li dawn id-denominazzjonijiet huma qarrieqa u, fi kwalunkwe każ, jinterferixxu mat-trade mark Salaparuta, irreġistrata għall-inbid u li tinkludi kelma identika għall-imsemmija denominazzjonijiet, kif ukoll mat-trade marks l-oħra li din il-kumpannija hija l-proprjetarja tagħhom, li jinkludu din l-istess kelma, u huma kkunsidrati minnha bħala magħrufa. |
|
37 |
Permezz ta’ sentenza tas‑16 ta’ Frar 2021, dik il-qorti ċaħdet dan ir-rikors għar-raġuni li l-kunflitt bejn id-denominazzjoni protetta “Salaparuta” u t-trade mark preċedenti tal-istess isem kellu jiġi riżolt abbażi tar-regola ta’ preeminenza tad-denominazzjoni protetta fuq din it-trade mark, bla ħsara għall-possibbiltà għall-proprjetarju tal-imsemmija trade mark li jkompli jużaha taħt ċerti kundizzjonijiet. |
|
38 |
Duca di Salaparuta appellat minn dik is-sentenza quddiem il-Corte d’appello di Milano (il-Qorti tal-Appell ta’ Milano, l-Italja), li, permezz ta’ sentenza tal‑5 ta’ Mejju 2023, ikkonfermat is-sentenza mogħtija fl-ewwel istanza. Dik il-qorti, essenzjalment, ikkunsidrat li d-denominazzjonijiet ta’ nbejjed protetti skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1493/1999 ingħataw, awtomatikament, protezzjoni permezz tar-rikonoxximent ta’ DOP fil-livell tal-Unjoni. L-imsemmija qorti kkonkludiet li l-kunflitt bejn id-DOK “Salaparuta” u t-trade mark preċedenti li tinkludi kelma identika għal din id-denominazzjoni kellu jiġi solvut abbażi tar-Regolament Nru 1493/1999, b’mod partikolari tal-paragrafu (2)(b) tal-punt F tal-Anness VII tiegħu, li kien fis-seħħ fid-data tar-rikonoxximent ta’ din id-denominazzjoni ta’ nbejjed protetta fuq livell nazzjonali. Fil-fatt, dan l-anness kien jistabbilixxi kriterju ta’ supremazija tad-denominazzjoni protetta fuq din it-trade mark, bla ħsara għall-possibbiltà, għall-proprjetarju tagħha, li jkompli, taħt ċerti kundizzjonijiet, juża l-imsemmija trade mark. |
|
39 |
Duca di Salaparuta ppreżentat appell ta’ kassazzjoni minn dik is-sentenza quddiem il-Corte suprema di cassazione (il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni, l-Italja), li hija l-qorti tar-rinviju, billi sostniet, essenzjalment, li r-Regolament Nru 1493/1999 ma jirregolax tali kunflitti. |
|
40 |
Duca di Salaparuta ssostni f’dan ir-rigward li, kuntrarjament għal dak li sostniet il-qorti tal-appell, permezz tal-pubblikazzjoni tagħha, id-DOP “Salaparuta” ssostitwixxiet id-DOK bl-istess isem. Issa, fid-dawl tad-data effettiva tar-reġistrazzjoni tad-DOP “Salaparuta” fir-reġistru E-Bacchus, jiġifieri l‑1 ta’ Awwissu 2009, l-Artikolu 43(2) tar-Regolament Nru 479/2008, jew l-Artikolu 118k tar-Regolament Nru 1234/2007, jew inkella l-Artikolu 101(2) tar-Regolament Nru 1308/2013, għandu japplika. Issa, dawn id-dispożizzjonijiet jeskludu l-protezzjoni ta’ isem meta, fid-dawl tar-reputazzjoni u tal-fama ta’ trade mark preċedenti, il-konsumaturi jistgħu jiġu żgwidati fir-rigward tal-identità tal-inbid inkwistjoni. Barra minn hekk, hija ssostni li, fid-dawl tal-kundizzjonijiet previsti fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu (2) tal-punt F tal-Anness VII tar-Regolament Nru 1493/1999, hija tkun prekluża milli tuża t-trade mark Salaparuta, li tagħha hija proprjetarja, anki jekk tapplika s-sistema ta’ koeżistenza li tipprevedi din id-dispożizzjoni. |
|
41 |
Il-qorti tar-rinviju tindika, fl-ewwel lok, li għandha tiġi ddeterminata s-sistema ta’ protezzjoni applikabbli f’sitwazzjoni kkaratterizzata mill-eżistenza ta’ kunflitt bejn, minn naħa, trade marks magħrufa, irreġistrati matul is-sena 1989, u, min-naħa l-oħra, denominazzjoni ta’ nbejjed, protetta fuq livell nazzjonali matul is-sena 2006, li tinkludi kelma identika għal dik li tinsab f’dawn it-trade marks, segwita minn pubblikazzjoni u minn reġistrazzjoni ta’ din id-denominazzjoni fil-livell tal-Unjoni matul is-sena 2009. |
|
42 |
F’dan ir-rigward, dik il-qorti tistaqsi jekk għandux jitqies li d-DOK “Salaparuta” iżżomm l-effetti tagħha u li, għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu (2) tal-punt F tal-Anness VII tar-Regolament Nru 1493/1999 japplikawx, jew jekk din il-protezzjoni nazzjonali għandhiex, għall-kuntrarju, titqies li ġiet issostitwita bir-rikonoxximent tad-DOP “Salaparuta” fil-livell tal-Unjoni, b’tali mod li għandhom jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 43(2) tar-Regolament Nru 479/2008, jew id-dispożizzjonijiet ekwivalenti li jinsabu fl-Artikolu 118k tar-Regolament Nru 1234/2007 jew fl-Artikolu 101(2) tar-Regolament Nru 1308/2013, dwar ir-raġunijiet għal rifjut ta’ protezzjoni ta’ isem f’każ fejn, fid-dawl tar-reputazzjoni u tal-fama ta’ trade mark preċedenti, il-protezzjoni tista’ tqarraq bil-konsumatur fir-rigward tal-identità vera tal-inbid inkwistjoni. |
|
43 |
Fit-tieni lok, fil-każ li jiġi applikat ir-Regolament Nru 1493/1999, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk is-sistema ta’ protezzjoni prevista minn dan ir-regolament hijiex kompleta, inkwantu tkopri l-każijiet kollha ta’ koeżistenza bejn diversi sinjali, fosthom b’mod partikolari denominazzjonijiet ta’ nbejjed protetti, jew inkella jekk il-kunflitt bejn trade mark ta’ nbejjed magħrufa u denominazzjoni protetta mogħtija sussegwentement, li tinkludi kelma identika għal din it-trade mark, jistax jiġi solvut abbażi tal-prinċipju ġenerali li s-sinjali distintivi ma għandhomx ikunu qarrieqa. |
|
44 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Corte suprema di cassazione (il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
Fuq it-talba għal ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura
|
45 |
Permezz ta’ atti ppreżentati fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fl‑14 u fit‑28 ta’ April 2025, rispettivament, Duca di Salaparuta talbet li jiġi ordnat il-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura, skont l-Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja. |
|
46 |
Insostenn tat-talba tagħha, hija ssostni, essenzjalment, minn naħa, li, fil-konklużjonijiet tiegħu, l-Avukat Ġenerali bbaża ruħu fuq punti ta’ fatt u ta’ liġi żbaljati sabiex jirrispondi għad-domandi magħmula u, għaldaqstant, introduċa argumenti li ma kinux ġew diskussi bejn il-partijiet. Min-naħa l-oħra, Duca di Salaparuta ssostni li l-assenza ta’ seduta għas-sottomissjonijiet orali quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, minkejja t-talba tagħha f’dan is-sens, tikser id-dritt tagħha għal seduta pubblika, stabbilit fl-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl‑4 ta’ Novembru 1950. |
|
47 |
Skont l-Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull ħin, wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tordna l-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura, b’mod partikolari jekk hija tqis li ma għandhiex informazzjoni biżżejjed jew meta waħda mill-partijiet tippreżenta, wara l-għeluq ta’ din il-fażi, fatt ġdid ta’ natura li jeżerċita influwenza deċiżiva fuq id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, jew inkella meta l-kawża jkollha tiġi deċiża abbażi ta’ argument li ma ġiex diskuss bejn il-partijiet jew il-persuni kkonċernati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. |
|
48 |
F’dan ir-rigward, għandu madankollu jiġi rrilevat li l-kontenut tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali ma jistax jikkostitwixxi bħala tali fatt ġdid, inkella jkun possibbli għall-partijiet, permezz tal-invokazzjoni ta’ tali fatt, li jirrispondu għall-imsemmija konklużjonijiet. Issa, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali ma jistgħux jiġu diskussi mill-partijiet. Il-Qorti tal-Ġustizzja għalhekk kellha l-okkażjoni tenfasizza li, konformement mal-Artikolu 252 TFUE, ir-rwol tal-Avukat Ġenerali huwa li jippreżenta pubblikament, b’kull imparzjalità u b’indipendenza sħiħa, konklużjonijiet motivati dwar il-kawżi li, konformement mal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, jeħtieġu l-intervent tiegħu, sabiex jassistiha fit-twettiq tal-missjoni tagħha li hija li tiġi żgurata l-osservanza tad-dritt fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tat-Trattati. Skont ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 20 ta’ dan l-Istatut u l-Artikolu 82(3) tar-Regoli tal-Proċedura, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali għandhom itemmu l-fażi orali tal-proċedura. Barra mid-dibattitu bejn il-partijiet, il-konklużjonijiet jiftħu l-fażi tad-deliberazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja. Għalhekk din ma hijiex opinjoni intiża għall-imħallfin jew għall-partijiet li tirriżulta minn awtorità esterna għall-Qorti tal-Ġustizzja, iżda l-opinjoni individwali, motivata u espressa pubblikament, ta’ membru tal-istituzzjoni stess (sentenza tat‑8 ta’ Mejju 2025, Beevers Kaas,C‑581/23, EU:C:2025:323, punt 29 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
49 |
F’dan il-każ, il-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata, wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-provi prodotti minn Duca di Salaparuta ma jiżvelaw ebda fatt ġdid ta’ natura li jeżerċita influwenza deċiżiva fuq id-deċiżjoni li hija mitluba tagħti f’din il-kawża u li din tal-aħħar ma għandhiex tiġi deċiża abbażi ta’ argument li ma ġiex diskuss bejn il-partijiet jew il-persuni kkonċernati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Duca di Salaparuta fir-realtà tikkritika l-fondatezza ta’ ċerti siltiet tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, li ma jistax validament jiġġustifika t-talba tagħha għall-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura. Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha, fi tmiem il-fażijiet bil-miktub u orali tal-proċedura, l-elementi kollha neċessarji u għalhekk għandha biżżejjed informazzjoni sabiex tiddeċiedi. |
|
50 |
Min-naħa l-oħra, għandu jitfakkar li la l-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u lanqas l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ma jimponu obbligu assolut li tinżamm seduta pubblika u ma jirrikjedux neċessarjament li tinżamm seduta fil-proċeduri kollha. Dan huwa partikolarment il-każ meta l-kawża ma tqajjimx kwistjonijiet ta’ fatt jew ta’ dritt li ma jistgħux jiġu solvuti b’mod adegwat abbażi tal-proċess u tal-osservazzjonijiet bil-miktub tal-partijiet. L-Artikolu 76(2) tar-Regoli tal-Proċedura jipprevedi speċifikament li l-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tiddeċiedi li ma ssirx seduta għas-sottomissjonijiet orali jekk tqis, minn qari tan-noti jew tal-osservazzjonijiet ippreżentati matul il-fażi bil-miktub tal-proċedura, li għandha biżżejjed informazzjoni sabiex tkun tista’ tiddeċiedi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2021, Euro Box Promotion et (C‑357/19, C‑379/19, C‑547/19, C‑811/19 u C‑840/19, EU:C:2021:1034, punti 123 u 124 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
|
51 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ma hemmx lok li tintlaqa’ t-talba għal ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura. |
Fuq l-ammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari
|
52 |
Il-Gvern Taljan għandu dubji dwar il-ġurisdizzjoni tal-qrati nazzjonali sabiex jieħdu konjizzjoni ta’ tilwima li fiha l-kwistjoni tal-validità ta’ att tal-Unjoni hija inkwistjoni, billi jsostni li, inkwantu Duca di Salaparuta qiegħda tfittex li tiġi annullata jew invalidata r-reġistrazzjoni tad-DOP “Salaparuta”, li tikkostitwixxi att tal-Unjoni, il-ġurisdizzjoni sabiex tiġi annullata tali reġistrazzjoni hija f’idejn il-qrati tal-Unjoni skont l-Artikolu 263 TFUE. |
|
53 |
Barra minn hekk, dan il-gvern isostni li d-DOK “Salaparuta” qatt ma ġiet ikkontestata quddiem il-qrati nazzjonali u dan minkejja li Duca di Salaparuta ġiet informata bil-proċedura ta’ rikonoxximent nazzjonali u ġiet mistiedna tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha f’dan il-kuntest. |
|
54 |
Minn dan isegwi li dawn l-allegazzjonijiet huma intiżi, essenzjalment, li jikkontestaw l-ammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari. |
|
55 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat, minn naħa, li l-pubblikazzjoni tal-lista tad-denominazzjonijiet ta’ nbejjed protetti f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, skont l-Artikolu 54(4) u (5) tar-Regolament Nru 1493/1999, l-istess bħar-reġistrazzjoni fir-reġistru elettroniku tad-DOP u tal-IĠP dwar l-inbejjed, skont l-Artikolu 51(1) tar-Regolament Nru 479/2008, ma jistgħux, fid-dawl tan-natura awtomatika tal-protezzjoni tad-denominazzjonijiet ta’ nbejjed protetti, jitqiesu li jipproduċu effetti legali u għaldaqstant li jikkostitwixxu atti li jistgħu jiġu kkontestati fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE. |
|
56 |
Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja essenzjalment iddeċidiet li, konformement mal-Artikolu 54(5) tar-Regolament Nru 1493/1999, ir-reġistrazzjoni fir-reġistru elettroniku tad-DOP u tal-IĠP dwar l-inbejjed, magħmula mill-Kummissjoni f’dak li jirrigwarda d-denominazzjonijiet ta’ nbejjed protetti mill-Istati Membri bħala denominazzjonijiet ta’ oriġini qabel l‑1 ta’ Awwissu 2009, ma tistax titqies li hija intiża li tipproduċi effetti legali vinkolanti karatteristiċi tal-atti li jistgħu jiġu kkontestati (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑13 ta’ Frar 2014, L‑Ungerija vs Il‑Kummissjoni, C‑31/13 P, EU:C:2014:70, punt 63). |
|
57 |
Għaldaqstant, Duca di Salaparuta ma tistax tiġi kkritikata li ma ppreżentatx rikors kontra d-DOP “Salaparuta” direttament quddiem il-qorti tal-Unjoni. |
|
58 |
Barra minn hekk, bħalma rrileva, essenzjalment, l-Avukat Ġenerali fil-punt 41 tal-konklużjonijiet tiegħu, ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari huwa bbażat fuq djalogu bejn qorti u oħra, li l-bidu tiegħu jiddependi kompletament mill-evalwazzjoni ta’ fatt li tagħmel il-qorti nazzjonali tar-rilevanza u tan-neċessità tal-imsemmi rinviju (sentenzi tat‑12 ta’ Frar 2008, Kempter, C‑2/06, EU:C:2008:78, punt 42 u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tas‑16 ta’ Lulju 2015, Diageo Brands,C‑681/13, EU:C:2015:471, punt 59 u l-ġurisprudenza ċċitata). Għalkemm huwa minnu li hija biss il-Qorti tal-Ġustizzja li tista’ tiddikjara l-invalidità ta’ att tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, xorta jibqa’ l-fatt li, f’dan il-każ, il-qorti tar-rinviju tillimita ruħha, fil-kuntest tar-rinviju tagħha għal deċiżjoni preliminari għal interpretazzjoni, li titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tiffissa l-kuntest ġuridiku tal-Unjoni applikabbli għal kunflitt potenzjali bejn denominazzjoni ta’ nbejjed protetta u trade mark preċedenti magħrufa rreġistrata għall-inbid, li tinkludi kelma identika għal din id-denominazzjoni. |
|
59 |
Min-naħa l-oħra, hija l-qorti tar-rinviju, u mhux il-Qorti tal-Ġustizzja, li għandha tevalwa l-effett fuq it-tilwima fil-kawża prinċipali tal-assenza potenzjali, fid-data tar-rikonoxximent tad-DOK “Salaparuta”, ta’ kontestazzjoni tagħha minn Duca di Salaparuta. Fi kwalunkwe każ, tali assenza ma tistax tipprekludi lill-qorti tar-rinviju milli tadixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kuntest ta’ rinviju għal deċiżjoni preliminari għal interpretazzjoni, sabiex tiddetermina l-kuntest ġuridiku tal-Unjoni applikabbli għal kunflitt bħal dak imsemmi fil-punt preċedenti ta’ din is-sentenza. |
|
60 |
Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li t-talba għal deċiżjoni preliminari hija ammissibbli. |
Fuq id-domandi preliminari
|
61 |
Permezz tad-domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 51 tar-Regolament Nru 479/2008, l-Artikolu 118s tar-Regolament Nru 1234/2007 u l-Artikolu 107 tar-Regolament Nru 1308/2013 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li, rispettivament, l-Artikolu 43(2) tar-Regolament Nru 479/2008, l-Artikolu 118k tar-Regolament Nru 1234/2007 u l-Artikolu 101(2) tar-Regolament Nru 1308/2013 huma applikabbli għal kunflitt bejn denominazzjoni ta’ nbejjed protetta konformement mal-Artikolu 54 tar-Regolament Nru 1493/1999 u trade marks preċedenti magħrufa rreġistrati għal inbejjed, li jinkludu kliem identiku għal din id-denominazzjoni, jew jekk dan il-kunflitt għandux jiġi rregolat biss abbażi tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu (2) tal-punt F tal-Anness VII ta’ dan ir-regolament tal-aħħar. |
|
62 |
Qabel kollox, għandu jiġi rrilevat li r-Regolament Nru 1493/1999 kien jiddefinixxi, fl-Artikolu 54(1) tiegħu, l-inbejjed ta’ kwalità psr bħala nbejjed li jissodisfaw id-dispożizzjonijiet tat-Titolu VI ta’ dan ir-regolament u d-dispożizzjonijiet Komunitarji u nazzjonali adottati f’dan ir-rigward. |
|
63 |
L-Artikolu 54(4) u (5) tal-imsemmi regolament kien jipprevedi protezzjoni, taħt id-dritt tal-Unjoni, tal-inbejjed ta’ kwalità psr irrikonoxxuti fid-dritt nazzjonali. B’mod partikolari, l-Artikolu 54(4) tal-istess regolament kien jipprevedi li l-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni l-lista ta’ nbejjed ta’ kwalità psr li huma jkunu rrikonoxxew billi jindikaw, għal kull wieħed minn dawn l-inbejjed ta’ kwalità psr, ir-referenza għad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirregolaw il-produzzjoni u l-manifattura tagħhom. Skont l-Artikolu 54(5), il-Kummissjoni kellha tippubblika din il-lista fis-Serje C tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. |
|
64 |
F’dan il-każ, id-DOK “Salaparuta” taqa’ taħt il-kategorija tal-inbejjed ta’ kwalità psr, skont l-Artikolu 54(1) tar-Regolament Nru 1493/1999. Barra minn hekk, bħalma jsegwi mill-proċess li għandha l-Qorti tal-Ġustizzja, il-lista ta’ dawn l-inbejjed ġiet innotifikata lill-Kummissjoni u ppubblikata, skont l-Artikolu 54(5) ta’ dan ir-regolament, fit‑8 ta’ Awwissu 2009, fis-Serje C tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, bħala DOP “Salaparuta” (ĠU 2009, C 187, p. 1). |
|
65 |
Skont l-Artikolu 52(1) tar-Regolament Nru 1493/1999, l-isem tar-reġjun li fih jiġi prodott inbid ta’ kwalità psr ma setax jintuża sabiex jindika prodotti tas-settur tal-inbid li ma humiex ġejjin minn dan ir-reġjun u/jew li għalihom dan l-isem ma kienx ġie attribwit konformement mal-leġiżlazzjonijiet Komunitarji u nazzjonali applikabbli. L-istess japplika jekk Stat Membru kien b’mod partikolari ta l-isem ta’ komun lil inbid ta’ kwalità psr. Din id-dispożizzjoni kienet tistabbilixxi għalhekk regola intiża li tipproteġi d-denominazzjonijiet ġeografiċi minn użu tat-termini li jikkomponuhom minn kwalunkwe sinjal ieħor. |
|
66 |
Fir-rigward ta’ kunflitt eventwali bejn tali denominazzjoni protetta u trade mark preċedenti magħrufa li tinkludi kliem identiku għal din id-denominazzjoni, ir-Regolament Nru 1493/1999 kien jipprevedi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu (2) tal-punt F tal-Anness VII tiegħu, li tali kunflitt jista’ jiġi solvut b’applikazzjoni ta’ sistema ta’ koeżistenza bejn din id-denominazzjoni u din it-trade mark. |
|
67 |
B’mod partikolari, minn din id-dispożizzjoni kien jirriżulta li l-proprjetarju ta’ trade mark magħrufa u rreġistrata għal inbid jew għal most tal-għeneb li fih kliem identiku għall-isem ta’ reġjun speċifiku seta’ jkompli juża din it-trade mark meta tkun tikkorrispondi mal-identità tal-proprjetarju oriġinali tagħha jew ta’ min jipprovdi l-isem oriġinali, sakemm ir-reġistrazzjoni tal-imsemmija trade mark tkun saret mill-anqas 25 sena qabel ir-rikonoxximent uffiċjali tal-isem ġeografiku inkwistjoni mill-Istat Membru produttur, konformement mad-dispożizzjonijiet Komunitarji rilevanti fir-rigward tal-inbejjed ta’ kwalità psr u sakemm t-trade mark tkun effettivament intużat mingħajr interruzzjoni. Barra minn hekk, ġie ppreċiżat, fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu (2) tal-punt F tal-Anness VII tar-Regolament Nru 1493/1999, li dawn it-trade marks ma setgħux jiġu invokati kontra l-użu tal-ismijiet tal-unitajiet ġeografiċi użati b’mod partikolari għad-deskrizzjoni ta’ nbid ta’ kwalità psr. |
|
68 |
Minn dan jirriżulta li t-tieni u t-tielet subparagrafu tal-paragrafu (2) tal-punt F tal-Anness VII tar-Regolament Nru 1493/1999 kienu jistabbilixxu l-preeminenza ta’ denominazzjoni ta’ nbejjed protetta fuq trade marks preċedenti magħrufa, li jinkludu kliem identiku għal din id-denominazzjoni, billi jawtorizzaw, bla ħsara għall-osservanza tal-kundizzjonijiet li din id-dispożizzjoni kienet tipprevedi, it-tkomplija tal-użu ta’ tali trade marks. |
|
69 |
F’dan il-każ, peress li, bħalma jsegwi mid-deċiżjoni tar-rinviju, id-DOK “Salaparuta” ġiet irrikonoxxuta fit‑8 ta’ Frar 2006, jiġifieri taħt ir-Regolament Nru 1493/1999, u li din id-denominazzjoni ta’ nbejjed protetta kienet tikkorrispondi għal inbejjed ta’ kwalità psr, fis-sens tal-Artikolu 54(1) ta’ dan ir-regolament, kunflitt bejn tali denominazzjoni u trade marks preċedenti magħrufa rreġistrati għal inbejjed, li jinkludu kliem identiku għal din id-denominazzjoni, għandu jiġi rregolat abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-imsemmi regolament u, b’mod partikolari, abbażi tal-paragrafu (2) tal-punt F tal-Anness VII tiegħu. Tali konklużjoni hija barra minn hekk ikkorroborata mir-riferiment espress għall-Artikolu 54(4) u (5) tal-istess regolament fin-notifika u l-pubblikazzjoni tad-DOK “Salaparuta” fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, imsemmija fil-punt 64 ta’ din is-sentenza. |
|
70 |
Duca di Salaparuta madankollu invokat, quddiem il-qrati nazzjonali kif ukoll fl-osservazzjonijiet tagħha quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, l-applikazzjoni tal-Artikolu 43(2) tar-Regolament Nru 479/2008 jew dik tal-Artikolu 118k tar-Regolament Nru 1234/2007 jew ukoll dik tal-Artikolu 101(2) tar-Regolament Nru 1308/2013. Fil-fatt, hija tikkunsidra li, inkwantu reġistrazzjoni ġdida tad-DOP “Salaparuta” ġiet ippubblikata fit‑8 ta’ Awwissu 2009, huma dawn ir-regoli l-ġodda li huma applikabbli għall-kunflitt inkwistjoni fil-kawża prinċipali. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-qorti tar-rinviju tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-effett ta’ dawn id-dispożizzjonijiet għar-riżoluzzjoni ta’ tali kunflitt. |
|
71 |
F’dan ir-rigward, għandu qabelxejn jiġi rrilevat li, permezz tat-tliet dispożizzjonijiet imsemmija fil-punt preċedenti ta’ din is-sentenza, il-leġiżlatur tal-Unjoni ppreveda li ebda denominazzjoni ma għandha tkun protetta bħala denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika jekk, fid-dawl tar-reputazzjoni u tar-rikonoxximent ta’ trademark kummerċjali, il-protezzjoni tista’ tiżgwida lill-konsumatur dwar l-identità vera tal-inbid inkwistjoni. |
|
72 |
Barra minn hekk, għandu jiġi kkonstatat li, bħalma kienet tistabbilixxi l-premessa 5 tar-Regolament Nru 479/2008, is-sistema tal-Unjoni applikabbli għas-settur tal-inbid, permezz tal-imsemmi regolament, inbidlet fundamentalment sabiex jintlaħqu għanijiet marbuta, b’mod partikolari, mal-kwalità tal-inbejjed. Dan ir-regolament emenda u ħassar ir-Regolament Nru 1493/1999, u kien applikabbli mill‑1 ta’ Awwissu 2009. |
|
73 |
Għalkemm, ċertament, din is-sistema ġdida ta’ protezzjoni tad-denominazzjonijiet tissuġġetta kull applikazzjoni għall-protezzjoni ta’ denominazzjoni ta’ nbejjed għal eżami fil-fond li jsir f’żewġ stadji, jiġifieri fil-livell nazzjonali u sussegwentement fil-livell tal-Unjoni, u l-Kummissjoni għandha setgħa ta’ deċiżjoni ġenwina li tippermettilha jew li tagħti, jew li tirrifjuta l-protezzjoni tad-denominazzjoni ta’ oriġini jew tal-indikazzjoni ġeografika (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑13 ta’ Frar 2014, L‑Ungerija vs Il‑Kummissjoni, C‑31/13 P, EU:C:2014:70, punt 74), min-naħa l-oħra dan ma huwiex il-każ fir-rigward tad-denominazzjonijiet ta’ nbejjed diġà protetti skont l-Artikolu 54 tar-Regolament Nru 1493/1999. |
|
74 |
Fil-fatt, konformement ma’ din id-dispożizzjoni tal-aħħar, l-Istati Membri għaddew lill-Kummissjoni l-lista tal-inbejjed ta’ kwalità psr li huma kienu rrikonoxxew, billi indikaw, għal kull wieħed minnhom, ir-referenza għad-dispożizzjonijiet nazzjonali li kienu jirregolaw il-produzzjoni tagħhom u l-manifattura tagħhom. Sussegwentement, konformement mal-Artikolu 54(5) ta’ dan ir-regolament, u mingħajr ebda eżami addizzjonali min-naħa tal-Kummissjoni, din tal-aħħar sempliċement ippubblikat din il-lista fis-Serje C tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. |
|
75 |
Skont is-sistema tranżitorja prevista fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament Nru 479/2008, id-denominazzjonijiet ta’ nbejjed protetti konformement mal-Artikolu 54 tar-Regolament Nru 1493/1999 kienu “awtomatikament” protetti skont ir-Regolament Nru 479/2008. Dan l-Artikolu 51 kien jippreċiża, barra minn hekk, li l-Kummissjoni kienet tinkludi dawn id-denominazzjonijiet fir-reġistru elettroniku, aċċessibbli għall-pubbliku, tad-DOP u tal-IĠP dwar l-inbejjed. |
|
76 |
Bħalma kien rifless fil-premessa 36 tar-Regolament Nru 479/2008, l-għan tas-sistema tranżitorja prevista fl-Artikolu 51(1) tiegħu kien li jiġu esklużi d-denominazzjonijiet ta’ oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi li kienu diġà jeżistu fl-Unjoni mill-applikazzjoni tal-proċedura l-ġdida ta’ eżami, kif ukoll li jiġu limitati l-possibbiltajiet ta’ annullament ta’ dawn id-denominazzjonijiet u indikazzjonijiet, u dan għal raġunijiet ta’ ċertezza legali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑13 ta’ Frar 2014, L‑Ungerija vs Il‑Kummissjoni, C‑31/13 P, EU:C:2014:70, punt 57). |
|
77 |
L-istess protezzjoni awtomatika kienet żgurata skont l-Artikolu 118s tar-Regolament Nru 1234/2007 li huwa intiż li tinżamm, għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet ta’ nbejjed protetti qabel l‑1 ta’ Awwissu 2009 fid-dritt intern u, għaldaqstant, fil-livell tal-Unjoni skont l-Artikolu 54 tar-Regolament Nru 1493/1999 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑13 ta’ Frar 2014, L‑Ungerija vs Il‑Kummissjoni, C‑31/13 P, EU:C:2014:70, punti 56 u 58). |
|
78 |
Din l-istess sistema awtomatika ta’ protezzjoni tad-denominazzjonijiet ta’ nbejjed protetti konformement mal-Artikolu 54 tar-Regolament Nru 1493/1999 ġiet ikkonfermata mill-ġdid mil-leġiżlatur fl-Artikolu 107 tar-Regolament Nru 1308/2013, li ħassar ir-Regolament Nru 1234/2007, bla ħsara għall-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tiegħu, mill‑1 ta’ Jannar 2014. |
|
79 |
F’dan il-każ, minn dan isegwi li, fid-dawl tan-natura awtomatika tas-sistema ta’ protezzjoni prevista mir-Regolamenti Nru 479/2008, Nru 1234/2007 u Nru 1308/2013, denominazzjoni bħad-DOP “Salaparuta”, innotifikata u ppubblikata fis-Serje C tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, b’riferiment espress għall-Artikolu 54(4) u (5) tar-Regolament Nru 1493/1999, għandha titqies bħala l-estensjoni tad-denominazzjoni ta’ nbejjed protetta fuq livell nazzjonali, u mhux bħala r-riżultat ta’ reġistrazzjoni ġdida. |
|
80 |
Tali interpretazzjoni hija barra minn hekk sostnuta, kif sostniet il-Kummissjoni fl-osservazzjonijiet tagħha, mill-evoluzzjoni tar-regoli li rregolaw il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet ta’ nbejjed. Għalhekk, il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tipprevedi sistema ta’ rikonoxximent u ta’ protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi fis-settur tal-inbid ġiet adottata fi stadji suċċessivi. Il-Kummissjoni tenfasizza, ġustament, li r-Regolament Nru 1493/1999 kien jinkludi regoli bażiċi mhux iddettaljati, li ma kinux allinjati mas-sistema tal-indikazzjonijiet ġeografiċi diġà fis-seħħ fis-settur tal-ikel, liema regoli jaqgħu taħt fażi tranżitorja bejn il-protezzjoni mogħtija mill-Istati Membri u dik mogħtija fil-livell tal-Unjoni. |
|
81 |
Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li l-irtirar ta’ protezzjoni mogħtija lil denominazzjoni ta’ nbejjed, previst fl-Artikolu 50 tar-Regolament Nru 479/2008 u fid-dispożizzjonijiet ekwivalenti għal dan l-artikolu fir-Regolamenti Nri 1234/2007 u 1308/2013, ma kienx, bħala prinċipju, possibbli fir-rigward tad-denominazzjonijiet ta’ nbejjed protetti konformement mal-Artikolu 54 tar-Regolament Nru 1493/1999. |
|
82 |
Fil-fatt, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 51(4) tar-Regolament Nru 479/2008, bħal dispożizzjonijiet ekwivalenti fir-Regolamenti Nri 1234/2007 u 1308/2013, jiġifieri, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 118s(4) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 107(3) rispettivament, tali possibbiltà ta’ rtirar ma kinitx tapplika għal tali denominazzjonijiet. |
|
83 |
Madankollu, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 51(4) tar-Regolament Nru 479/2008, bħad-dispożizzjonijiet ekwivalenti fir-Regolamenti Nri 1234/2007 u 1308/2013, kien ħoloq eċċezzjoni għal din ir-regola fis-sens li seta’ jiġi deċiż, sal‑31 ta’ Diċembru 2014, fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tiġi rtirata l-protezzjoni mogħtija għad-denominazzjonijiet ta’ nbejjed protetti msemmija fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament Nru 479/2008 jekk dawn ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 34 ta’ dan ir-regolament. Il-leġiżlatur tal-Unjoni b’hekk illimita għal każijiet espressament previsti l-possibbiltajiet ta’ rtirar tad-denominazzjonijiet protetti li jaqgħu taħt is-sistema tranżitorja prevista mir-Regolament Nru 479/2008. |
|
84 |
Peress li din is-sistema tranżitorja tistabbilixxi estensjoni awtomatika tal-protezzjoni tad-denominazzjonijiet ta’ nbejjed protetti skont l-Artikolu 54 tar-Regolament Nru 1493/1999 u peress li tirregola, barra minn hekk, espressament, il-każijiet ta’ rtirar ta’ dawn id-denominazzjonijiet, għandu jiġi kkunsidrat li la l-Artikolu 43(2) tar-Regolament Nru 479/2008, la l-Artikolu 118k tar-Regolament Nru 1234/2007 u lanqas l-Artikolu 101(2) tar-Regolament Nru 1308/2013 ma japplikaw għal kunflitt bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali. |
|
85 |
Fil-fatt, l-Artikolu 43(2) tar-Regolament Nru 479/2008, l-Artikolu 118k tar-Regolament Nru 1234/2007 u l-Artikolu 101(2) tar-Regolament Nru 1308/2013 japplikaw għal applikazzjonijiet għal protezzjoni suġġetti għas-sistema l-ġdida stabbilita mir-Regolament Nru 479/2008, kif imsemmi fil-punt 73 ta’ din is-sentenza, u mhux għal denominazzjonijiet ta’ nbejjed protetti rrikonoxxuti taħt is-sistema tar-Regolament Nru 1493/1999. Bħalma jsegwi mit-titolu stess tal-artikoli li fihom jinsabu dawn id-dispożizzjonijiet, jiġifieri “Raġunijiet għaċ-ċaħda tal-protezzjoni” jew “Raġunijiet addizzjonali għaċ-ċaħda tal-protezzjoni”, l-imsemmija dispożizzjonijiet jipprevedu biss każ ta’ rifjut ta’ reġistrazzjoni ta’ denominazzjoni ġdida minħabba kunflitt ma’ trade mark preċedenti magħrufa, u mhux l-irtirar ta’ denominazzjoni li kienet diġà ġiet irreġistrata skont l-Artikolu 54(4) u (5) tar-Regolament Nru 1493/1999. |
|
86 |
Barra minn hekk, mill-formulazzjoni stess tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu (2) tal-punt F tal-Anness VII ta’ dan ir-regolament tal-aħħar isegwi li din id-dispożizzjoni tirrigwarda l-ipoteżi fejn it-trade mark magħrufa u rreġistrata għal inbid jew most tal-għeneb tinkludi kliem identiku għall-isem ta’ denominazzjoni, billi tipprevedi, taħt ċerti kundizzjonijiet, il-prinċipju ta’ koeżistenza bejn din it-trade mark u din id-denominazzjoni. Għaldaqstant, il-leġiżlatur tal-Unjoni neċessarjament ikkunsidra, fil-mument tal-adozzjoni tar-Regolament Nru 1493/1999, li tali denominazzjoni setgħet tiġi rreġistrata minkejja l-eżistenza ta’ trade mark preċedenti magħrufa. |
|
87 |
Barra minn hekk, għalkemm, fir-rigward tal-prodotti agrikoli u tal-ikel, l-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 tal‑14 ta’ Lulju 1992 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta’ l-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti ta’ l-ikel (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 13, p. 4), mhux applikabbli għall-prodotti tal-inbid, kien jipprevedi li denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika ma kellhomx jiġu rregistrati meta, fid-dawl tar-reputazzjoni ta’ trade mark, tal-fama tagħha u tat-tul ta’ żmien ta’ użu tagħha, ir-reġistrazzjoni setgħet tqarraq lill-konsumatur dwar l-identità vera tal-prodott, għandu jiġi rrilevat li l-leġiżlatur tal-Unjoni deliberament għażel li ma jirriproduċix dispożizzjoni simili fir-Regolament Nru 1493/1999. |
|
88 |
Konsegwentement, kunflitt bejn denominazzjoni ta’ nbejjed protetta fuq livell nazzjonali, protezzjoni estiża sussegwentement, b’mod awtomatiku, fil-livell tal-Unjoni, u trade marks preċedenti magħrufa rreġistrati għal inbejjed, li jinkludu kliem identiku għal din id-denominazzjoni, għandu jiġi solvut billi jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu (2) tal-punt F tal-Anness VII tar-Regolament Nru 1493/1999, peress li l-leġiżlatur tal-Unjoni kellu l-intenzjoni li tali denominazzjoni tkun tipprevali fuq l-imsemmija trade marks, filwaqt li ppreveda sistema ta’ koeżistenza bejn it-tnejn. |
|
89 |
Għandu jingħad ukoll li għandhom jiġu kkunsidrati bħala irrilevanti f’dan ir-rigward id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 22 tal-Ftehim TRIPS, tal-Artikolu 10a tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi u tal-Artikolu 3a tal-Ftehim ta’ Madrid, invokati minn Duca di Salaparuta u msemmija fid-deċiżjoni tar-rinviju, dwar in-natura allegatament inkompleta tal-protezzjoni stabbilita mir-Regolament Nru 1493/1999. |
|
90 |
Skont l-Artikolu 22(1) tal-Ftehim TRIPS, “indikazzjonijiet ġeografiċi” jfissru indikazzjonijiet li jservu sabiex jidentifikaw prodott bħala li joriġina mit-territorju ta’ Membru tal-WTO, jew minn reġjun jew lokalità ta’ dak it-territorju, fil-każijiet fejn kwalità, reputazzjoni jew karatteristika speċifika oħra tal-prodott tista’ tkun attribwita essenzjalment għal din l-oriġini ġeografika. |
|
91 |
Issa, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li, fid-dawl tan-natura u tal-istruttura ta’ dan il-ftehim, id-dispożizzjonijiet tiegħu ma għandhomx effett dirett. Għalhekk, dawn id-dispożizzjonijiet lanqas ma huma ta’ natura li joħolqu għall-individwi drittijiet li huma jistgħu jinvokaw direttament quddiem il-qorti bis-saħħa tad-dritt tal-Unjoni (sentenza tas‑27 ta’ Frar 2024, EUIPO vs The KaiKai Company Jaeger Wichmann,C‑382/21 P, EU:C:2024:172, punt 63 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
92 |
Fir-rigward tal-Artikolu 10a tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi, li jipprojbixxi, fost l-oħrajn, kwalunkwe fatt ta’ natura li joħloq konfużjoni mal-prodotti ta’ kompetitur, ir-regoli stabbiliti f’dan l-artikolu għandhom jitqiesu bħala li jipproduċu l-istess effetti bħal dawk prodotti mill-Ftehim TRIPS. F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li r-regoli stabbiliti minn ċerti artikoli ta’ din il-konvenzjoni huma inkorporati fil-Ftehim TRIPs, li ġie konkluż mill-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑27 ta’ Frar 2024, EUIPO vs The KaiKai Company Jaeger Wichmann,C‑382/21 P, EU:C:2024:172, punt 80 u l-ġurisprudenza ċċitata). B’mod iktar preċiż, dan il-ftehim kien jipprevedi, fl-Artikolu 2(1) tiegħu, li l-membri tal-WTO, fosthom l-Unjoni, għandhom jikkonformaw mal-Artikoli 1 sa 12 u 19 tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi f’dak li jirrigwarda l-Partijiet II sa IV tal-imsemmi ftehim, li jkopru l-Artikoli 9 sa 62 tiegħu. |
|
93 |
Fir-rigward tal-Ftehim ta’ Madrid, mill-Artikolu 3a tiegħu jirriżulta li l-pajjiżi li għalihom japplika dan il-ftehim jintrabtu li jipprojbixxu l-użu, fir-rigward tal-bejgħ, tal-wiri jew tal-offerta tal-prodotti, tal-indikazzjonijiet kollha li għandhom natura ta’ reklamar u li jistgħu jqarrqu bil-pubbliku dwar l-oriġini tal-prodotti. Issa, peress li din id-dispożizzjoni hija essenzjalment paragunabbli mal-Artikolu 22 tal-Ftehim TRIPS, hija għandha wkoll titqies li ma għandhiex effett dirett, u għalhekk ma hijiex ta’ natura li toħloq għall-individwi drittijiet li huma jistgħu jinvokaw direttament quddiem il-qorti bis-saħħa tad-dritt tal-Unjoni. |
|
94 |
Fi kwalunkwe każ, dawn id-dispożizzjonijiet tad-dritt internazzjonali ma jistgħux jinvalidaw il-konklużjoni dwar in-natura kompleta tas-sistema prevista fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu (2) tal-punt F tal-Anness VII tar-Regolament Nru 1493/1999. |
|
95 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għad-domandi preliminari għandha tkun li l-Artikolu 51 tar-Regolament Nru 479/2008, l-Artikolu 118s tar-Regolament Nru 1234/2007 u l-Artikolu 107 tar-Regolament Nru 1308/2013 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-Artikolu 43(2) tar-Regolament Nru 479/2008, l-Artikolu 118k tar-Regolament Nru 1234/2007 u l-Artikolu 101(2) tar-Regolament Nru 1308/2013 ma humiex applikabbli għal kunflitt bejn denominazzjoni ta’ nbejjed protetta konformement mal-Artikolu 54 tar-Regolament Nru 1493/1999 u trade marks preċedenti magħrufa rreġistrati għal inbejjed, li jinkludu kliem identiku għal din id-denominazzjoni, liema kunflitt għandu jiġi rregolat biss abbażi tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu (2) tal-punt F tal-Anness VII ta’ dan ir-regolament tal-aħħar. |
Fuq l-ispejjeż
|
96 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
|
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
L-Artikolu 51 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 tad‑29 ta’ April 2008 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1493/1999, (KE) Nru 1782/2003, (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 3/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2392/86 u (KE) Nru 1493/1999, l-Artikolu 118s tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat‑22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 491/2009 tal‑25 ta’ Mejju 2009, u l-Artikolu 107 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007, |
|
għandhom jiġu interpretati fis-sens li: |
|
l-Artikolu 43(2) tar-Regolament Nru 479/2008, l-Artikolu 118k tar-Regolament Nru 1234/2007, kif emendat bir-Regolament Nru 491/2009, u l-Artikolu 101(2) tar-Regolament Nru 1308/2013 ma humiex applikabbli għal kunflitt bejn denominazzjoni ta’ nbejjed protetta konformement mal-Artikolu 54 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas‑17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid, u trade marks preċedenti magħrufa rreġistrati għal inbejjed, li jinkludu kliem identiku għal din id-denominazzjoni, liema kunflitt għandu jiġi rregolat biss abbażi tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu (2) tal-punt F tal-Anness VII ta’ dan ir-regolament tal-aħħar. |
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: it-Taljan.