Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023CN0383

    Kawża C-383/23, ILVA: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vestre Landsret (id-Danimarka) fil-21 ta’ Ġunju 2023 – Anklagemyndigheden vs ILVA A/S

    ĠU C 304, 28.8.2023, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.8.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 304/13


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vestre Landsret (id-Danimarka) fil-21 ta’ Ġunju 2023 – Anklagemyndigheden vs ILVA A/S

    (Kawża C-383/23, ILVA)

    (2023/C 304/16)

    Lingwa tal-kawża: id-Daniż

    Qorti tar-rinviju

    Vestre Landsret

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Anklagemyndigheden

    Konvenut: ILVA A/S

    Domandi preliminari

    1)

    Il-kelma “impriża” li tinsab fl-Artikolu 83(4) sa (6) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (1), għandha tinftiehem bħala impriża fis-sens tal-Artikoli 101 u 102 TFUE, moqrija flimkien mal-premessa 150 tar-Regolament 2016/679, u tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, fis-sens li l-kelma “impriża” tkopri kull entità li teżerċita attività ekonomika, indipendentement mill-istatus ġuridiku tagħha u mill-mod kif inhi ffinanzjata?

    2)

    Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija fl-affermattiv: l-Artikolu 83(4) sa (6) tar-Regolament 2016/679 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fl-impożizzjoni ta’ multa fuq impriża, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni d-dħul mill-bejgħ annwali totali tal-entità ekonomika li l-impriża tagħmel parti minnha, jew inkella d-dħul mill-bejgħ annwali totali tal-impriża nnifisha biss?


    (1)  ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2.


    Top