This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62023CN0187
Case C-187/23, Albausy: Request for a preliminary ruling from the Amtsgericht Lörrach (Germany) lodged on 23 March 2023 — in the probate proceedings P. M. J. T., testator
Kawża C-187/23, Albausy: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Lörrach (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Marzu 2023 – Proċeduri ta’ suċċessjoni P. M. J. T., testatur
Kawża C-187/23, Albausy: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Lörrach (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Marzu 2023 – Proċeduri ta’ suċċessjoni P. M. J. T., testatur
ĠU C 235, 3.7.2023, p. 11–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
3.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 235/11 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Lörrach (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Marzu 2023 – Proċeduri ta’ suċċessjoni P. M. J. T., testatur
(Kawża C-187/23, Albausy (1))
(2023/C 235/16)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Lörrach
Partijiet fil-kawża prinċipali
Partijiet interessati: E. V. G.-T., P. T., F. T., G. T.
Domandi preliminari
1) |
Il-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 67(1) tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni (2) għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri wkoll kontestazzjonijiet imqajma fil-proċedura għall-ħruġ taċ-Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni stess, li ma jistgħux jiġu eżaminati mill-qorti, u li għalhekk ma jkoprix biss kontestazzjonijiet imqajma fi proċeduri differenti? |
2) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: Il-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 67(1) tar-Regolament Nru 650/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni ma jistax jinħareġ anki jekk il-kontestazzjonijiet ikunu tqajmu fi proċedura għall-ħruġ ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni iżda jkunu diġà ġew eżaminati fil-proċedura għall-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ wirt taħt id-dritt Ġermaniż? |
3) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: Il-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 67(1) tar-Regolament Nru 650/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri l-kontestazzjonijiet kollha, anki jekk ma jkunux ġew issostanzjati u ma tkun ġiet prodotta ebda prova formali tal-fatti invokati? |
4) |
Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda: B’liema forma għandha l-qorti tagħti r-raġunijiet li wassluha sabiex tiċħad il-kontestazzjonijiet u toħroġ iċ-Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni? |
(1) L-isem ta’ din il-kawża huwa isem fittizju li ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-kawża.
(2) ĠU 2012, L 201, p. 107, rettifiki fil-ĠU 2012, L 344, p. 3, u fil-ĠU 2013, L 60, p. 140.