This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62023CN0171
Case C-171/23, UP CAFFE: Request for a preliminary ruling from the Upravni sud u Zagrebu (Croatia) lodged on 20 March 2023 — UP CAFFE d.o.o. v Ministarstvo financija Republike Hrvatske
Kawża C-171/23, UP CAFFE: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upravni sud u Zagrebu (il-Kroazja) fl-20 ta’ Marzu 2023 – UP CAFFE d.o.o. vs Ministarstvo financija Republike Hrvatske
Kawża C-171/23, UP CAFFE: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upravni sud u Zagrebu (il-Kroazja) fl-20 ta’ Marzu 2023 – UP CAFFE d.o.o. vs Ministarstvo financija Republike Hrvatske
ĠU C 179, 22.5.2023, p. 18–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 179/18 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upravni sud u Zagrebu (il-Kroazja) fl-20 ta’ Marzu 2023 – UP CAFFE d.o.o. vs Ministarstvo financija Republike Hrvatske
(Kawża C-171/23, UP CAFFE)
(2023/C 179/28)
Lingwa tal-kawża: il-Kroat
Qorti tar-rinviju
Upravni sud u Zagrebu
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: UP CAFFE d.o.o.
Konvenut: Ministarstvo financija Republike Hrvatske
Domanda preliminari
Id-dritt tal-Unjoni jobbliga lill-awtoritajiet u lill-qrati nazzjonali jiddeterminaw it-taxxa fuq il-valur miżjud dovuta (u mhux jiċħdu t-talba għar-rimbors tat-taxxa) meta elementi oġġettivi tal-każ ineżami juru li twettqet evażjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud bl-inkorporazzjoni ta’ kumpannija ġdida, jiġifieri bit-terminazzjoni tal-kontinwità fiskali tan-negozju preċedenti, f’sitwazzjoni fejn il-persuna taxxabbli taf jew setgħet tkun taf li pparteċipat f’tali azzjoni u fil-każ li l-leġiżlazzjoni nazzjonali ma tipprevedix, fil-mument li fih iseħħ il-fatt taxxabbli, tali determinazzjoni?