Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TA0306

    Kawża T-306/22: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Marzu 2023 – Fun Factory vs EUIPO – I Love You (love you so much) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea love you so much – Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea I LOVE YOU SINCE FOREVER – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) ta’ Regolament (UE) 2017/1001”)

    ĠU C 179, 22.5.2023, p. 41–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.5.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 179/41


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Marzu 2023 – Fun Factory vs EUIPO – I Love You (love you so much)

    (Kawża T-306/22) (1)

    (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea love you so much - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea I LOVE YOU SINCE FOREVER - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) ta’ Regolament (UE) 2017/1001”)

    (2023/C 179/59)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Fun Factory GmbH (Brême, il-Ġermanja) (rappreżentant: K.-D. Franzen, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Klee u T. Frydendahl, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: I Love You, Inc. (Lewes, Delaware, l-Istati Uniti)

    Suġġett

    Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-22 ta’ Marzu 2022 (Każ R 1464/2021-4).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


    (1)  ĠU C 284, 25.7.2022.


    Top