EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62022CN0104
Case C-104/22: Request for a preliminary ruling from the Markkinaoikeus (Finland) lodged on 15 February 2022 — Lännen MCE Oy v Berky GmbH, Senwatec GmbH & Co. KG
Kawża C-104/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Markkinaoikeus (il-Finlandja) fil-15 ta’ Frar 2022 – Lännen MCE Oy vs Berky GmbH u Senwatec GmbH & Co. Kg
Kawża C-104/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Markkinaoikeus (il-Finlandja) fil-15 ta’ Frar 2022 – Lännen MCE Oy vs Berky GmbH u Senwatec GmbH & Co. Kg
ĠU C 171, 25.4.2022, p. 19–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 171, 25.4.2022, p. 17–17
(GA)
25.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/19 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Markkinaoikeus (il-Finlandja) fil-15 ta’ Frar 2022 – Lännen MCE Oy vs Berky GmbH u Senwatec GmbH & Co. Kg
(Kawża C-104/22)
(2022/C 171/24)
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż
Qorti tar-rinviju
Markkinaoikeus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Lännen MCE Oy
Konvenuti: Berky GmbH u Senwatec GmbH & Co. Kg
Domandi preliminari
Il-kumpannija A hija stabbilita fl-Istat Membru X, fejn hija għandha s-sede tagħha, u għamlet użu fuq sit internet, f’reklamar jew bħala kelma prinċipali, minn sinjal li huwa identiku għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea tal-kumpannija B.
1) |
Fis-sitwazzjoni msemmija hawn fuq, jista’ jitqies li r-reklamar huwa intiż għal konsumaturi jew kummerċjanti fl-Istat Membru Y, li fit-territorju tiegħu l-kumpannija B għandha s-sede tagħha, u l-qorti għat-trade marks tal-Unjoni fl-Istat Membru Y għandha ġurisdizzjoni, skont l-Artikolu 125(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea (1), sabiex tieħu konjizzjoni ta’ azzjoni għall-kontrafazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni meta r-reklamar ippubblikat elettronikament, jew is-sit internet ta’ min jirreklama li jinkludi l-link li jwassal għar-reklamar, ma jispeċifikawx – mill-inqas mhux b’mod espliċitu – iż-żona ġeografika tal-kunsinna tal-prodotti, jew ma jeskludux b’mod espliċitu Stat Membru miż-żona ta’ kunsinna? Jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni n-natura tal-prodotti li għalihom jirreferi r-reklamar, kif ukoll l-argument ibbażat fuq il-fatt li s-suq għall-prodotti tal-kumpannija A huwa allegatament dinji u, għaldaqstant, allegatament ikopri t-territorju kollu tal-Unjoni, inkluż l-Istat Membru Y? |
2) |
Jista’ jitqies li r-reklamar imsemmi hawn fuq huwa intiż għal konsumaturi jew kummerċjanti fl-Istat Membru Y meta dan ikun ippubblikat fuq is-sit internet ta’ magna tat-tiftix li jopera taħt id-dominju nazzjonali tal-ogħla livell ta’ dan l-Istat Membru Y? |
3) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel jew għat-tieni domanda, liema huma l-elementi l-oħra li, fejn xieraq, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jiġi stabbilit jekk ir-reklamar huwiex intiż għal konsumaturi jew kummerċjanti fl-Istat Membru Y? |