EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CA0256

Kawża C-256/22 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-8 ta’ Frar 2024 – Pilatus Bank plc vs BĊE, Il-Kummissjoni Ewropea, Pilatus Holding ltd. (Appell – Politika ekonomika u monetarja – Superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu – Regolament (UE) Nru 1024/2013 – Kompiti speċifiċi ta’ superviżjoni fdati lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) – Irtirar ta’ awtorizzazzjoni – Rikors għal annullament – Inammissibbiltà – Rappreżentanza ta’ parti – Mandat mogħti lill-avukat – Rappreżentant awtorizzat b’mod irregolari)

ĠU C, C/2024/2275, 2.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2275/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2275/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/2275

2.4.2024

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-8 ta’ Frar 2024 – Pilatus Bank plc vs BĊE, Il-Kummissjoni Ewropea, Pilatus Holding ltd.

(Kawża C-256/22 P) (1)

(Appell - Politika ekonomika u monetarja - Superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu - Regolament (UE) Nru 1024/2013 - Kompiti speċifiċi ta’ superviżjoni fdati lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) - Irtirar ta’ awtorizzazzjoni - Rikors għal annullament - Inammissibbiltà - Rappreżentanza ta’ parti - Mandat mogħti lill-avukat - Rappreżentant awtorizzat b’mod irregolari)

(C/2024/2275)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Pilatus Bank plc (rappreżentant: O. Behrends, Rechtsanwalt)

Partijiet oħra fil-proċedura: Pilatus Holding ltd., Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: M. Puidokas u E. Yoo, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn A. Nijenhuis, A. Steiblytė u M. D. Triantafyllou, u sussegwentement minn A. Steiblytė u D. Triantafyllou, aġenti)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-2 ta’ Frar 2022, Pilatus Bank u Pilatus Holding vs BĊE (T-27/19, EU:T:2022:46) hija annullata.

2)

Ir-rikors ippreżentat fil-Kawża T-27/19 huwa miċħud bħala inammissibbli.

3)

Pilatus Bank plc hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) relatati mal-proċedura fl-ewwel istanza u ma’ dik tal-appell.

4)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha relatati mal-proċedura fl-ewwel istanza kif ukoll ma’ dik tal-appell.


(1)   ĠU C 237, 20.6.2022.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2275/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top