This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021CN0665
Case C-665/21 P: Appeal brought on 5 November 2021 by MKB Multifunds BV against the order of the General Court (Eighth Chamber) delivered on 6 September 2021 in Case T-277/20, MKB Multifunds v Commission
Kawża C-665/21 P: Appell ippreżentat fil-5 ta’ Novembru 2021 minn MKB Multifunds BV mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-6 ta’ Settembru 2021 fil-Kawża T-277/20, MKB Multifunds vs Il-Kummissjoni
Kawża C-665/21 P: Appell ippreżentat fil-5 ta’ Novembru 2021 minn MKB Multifunds BV mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-6 ta’ Settembru 2021 fil-Kawża T-277/20, MKB Multifunds vs Il-Kummissjoni
ĠU C 11, 10.1.2022, p. 19–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
10.1.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 11/19 |
Appell ippreżentat fil-5 ta’ Novembru 2021 minn MKB Multifunds BV mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-6 ta’ Settembru 2021 fil-Kawża T-277/20, MKB Multifunds vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-665/21 P)
(2022/C 11/26)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Appellant: MKB Multifunds BV (rappreżentanti: J.M.M. van de Hel, R Rampersad, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi
Talbiet
MKB Multifunds titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
tiddikjara l-appell ta’ MKB Multifunds fondat u ammissibbli; |
— |
tiċħad id-digriet tal-Qorti Ġenerali; |
— |
tissostitwixxi s-sentenza tal-Qorti Ġenerali b’dik tagħha u tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, u |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-proċedura sostnuti minn MKB Multifunds. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Il-Qorti Ġenerali ddeċidiet b’mod żbaljat li t-talbiet ta’ MKB Multifunds huma inammissibbli. L-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali tinkludi żball ta’ liġi. MKB Multifunds tifformula l-aggravji li ġejjin:
L-ewwel aggravju: Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fil-punti 36 sa 28 tad-digriet billi ma applikatx l-Artikolu 36 tal-Protokoll Nru 3 fuq l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-Artikolu 51 TUE. Skont il-Qorti Ġenerali, l-ebda valur probatorju ma jista’ jirriżulta mid-dikjarazzjonijiet ta’ MKB Multifunds, peress li “hija biss dikjarazzjoni”. Il-Qorti Ġenerali ma tatx raġunijiet għalfejn id-dikjarazzjonijiet ta’ MKB Multifunds huma inaffidabbli. Konsegwentement, id-digriet jagħti motivazzjoni insuffiċjenti.
It-tieni aggravju: Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fil-punt 30 tad-digriet fl-interpretazzjoni tagħha tal-kunċett ta’ parti interessata kif stabbilit fl-Artikolu 1(h) tar-Regolament 2015/1589 (1). L-interpretazzjoni tal-Qorti Ġenerali hija essenzjalment dik li MKB Multifunds għandha tipprova li kienet effettivament attiva fis-settur tal-fond ta’ fondi, u għalhekk kienet kompetitriċi diretta ta’ DVI, u għaddiet minn konsegwenzi konkreti. Dan ma huwiex konsistenti mal-ġurisprudenza stabbilita, li minnha jirriżulta li impriża tkun parti interessata sa fejn tkun i) kompetitriċi (potenzjali) li ma tkunx attiva fl-istess suq, u ii) l-interessi tagħha jkunu jistgħu jiġu ppreġudikati bl-għoti illegali tal-għajnuna. Minħabba l-iżball ta’ liġi, il-Qorti Ġenerali applikat eżami wisq strett u naqset milli tirrikonoxxi li MKB Multifunds tal-inqas hija kompetitriċi potenzjali ta’ DVI u li MKB Multifunds argumentat b’mod suffiċjenti li l-interessi tagħha kienu ġew ippreġudikati bl-għoti illegali tal-għajnuna.
It-tielet aggravju: Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fil-punti 53 sa 55 tad-digriet billi applikat eżami wisq strett tal-kunċett ta’ “inċidenza individwali” fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE. Il-konsegwenza ta’ dan kienet li l-Qorti Ġenerali naqset milli tirrikonoxxi li MKB Multifunds kienet ressqet argumenti konkreti li minnhom jirriżulta li d-deċiżjoni taffettwa lil MKB Multifunds minħabba ċerti karatteristiċi partikolari għaliha jew minħabba sitwazzjoni fattwali li tikkaratterizzaha fir-rigward tal-oħrajn kollha.
(1) Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta' Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2015, L 248, p. 9).