Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0661

    Kawża C-661/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Cassatie (il-Belġju) fl-4 ta’ Novembru 2021 – Verbraeken J. en Zonen BV, PN

    ĠU C 84, 21.2.2022, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 84, 21.2.2022, p. 8–8 (GA)

    21.2.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 84/22


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Cassatie (il-Belġju) fl-4 ta’ Novembru 2021 – Verbraeken J. en Zonen BV, PN

    (Kawża C-661/21)

    (2022/C 84/29)

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Hof van Cassatie

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Verbraeken J. en Zonen BV, PN

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 13(1)(b)(i) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, l-Artikoli 3(1)(a) u 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE, u l-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009 (3) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-fatt li impriża li tikseb awtorizzazzjoni għat-trasport fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea skont ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 u r-Regolament (KE) Nru 1072/2009 u għaldaqstant tkun stabbilixxiet stabbiliment effettiv u stabbli f’dan l-Istat Membru jimplika neċessarjament li ġiet prodotta l-prova inkonfutabbli li s-sede tagħha hija stabbilita f’dan l-Istat Membru fis-sens tal-Artikolu 13(1) tal-imsemmi Regolament (KE) Nru 883/2004 għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-iskema ta’ sigurtà soċjali applikabbli u l-awtoritajiet tal-Istat Membru tal-impjieg huma marbuta b’din il-konstatazzjoni?

    2)

    Il-qorti nazzjonali tal-Istat Membru tal-impjieg li tikkonstata li l-awtorizzazzjoni għat-trasport bi-triq inkwistjoni nkisbet b’mod frawdolenti tista’ ma tiħux inkunsiderazzjoni din l-awtorizzazzjoni jew l-awtoritajiet tal-Istat Membru tal-impjieg għandhom, minħabba l-konstatazzjoni ta’ frodi, l-ewwel jitolbu l-irtirar ta’ din l-awtorizzazzjoni lill-awtoritajiet li jkunu ħarġuha?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72.

    (2)  ĠU 2009, L 300, p. 51.

    (3)  ĠU 2009, L 300, p. 72, rettifika fil-ĠU 2018, L 241, p. 14.


    Top