EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0615

Kawża C-615/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Szegedi Törvényszék (l-Ungerija) fl-4 ta’ Ottubru 2021 – Napfény-Toll Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

ĠU C 11, 10.1.2022, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Szegedi Törvényszék (l-Ungerija) fl-4 ta’ Ottubru 2021 – Napfény-Toll Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

(Kawża C-615/21)

(2022/C 11/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Szegedi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Napfény-Toll Kft.

Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

Domanda preliminari

Il-prinċipju ta’ ċertezza legali, kif ukoll il-prinċipju ta’ effettività, li jagħmlu parti mid-dritt Komunitarju, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li ma tħalli lill-imħallef ebda marġni ta’ diskrezzjoni, bħal dik tal-Artikolu 164(5) tal-az adózás rendjéről szóló 2003. évi XCII. törvény (il-Liġi XCII tal-2003 li tistabbilixxi Kodiċi tal-Proċedura Fiskali), kif ukoll il-prattika li hija bbażata fuq din il-leġiżlazzjoni, li abbażi tagħhom, fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud, it-terminu li permezz tiegħu jiġi preskritt id-dritt tal-amministrazzjoni fiskali li tistabbilixxi t-taxxa huwa sospiż għat-tul kollu tal-istħarriġ ġudizzjarju, ikun xi jkun in-numru ta’ proċeduri fiskali amministrattivi rrepetuti, mingħajr limitu għat-tul akkumulat tas-sospensjonijiet meta jsiru diversi stħarriġ ġudizzjarju wara xulxin, inkluż fil-każ fejn il-qorti li tiddeċiedi dwar deċiżjoni tal-awtorità fiskali meħuda fil-kuntest ta’ proċedura repetuta wara deċiżjoni ġudizzjarja preċedenti tikkonstata li l-awtorità fiskali ma kkonformatx ruħha mad-direttivi li jinsabu f’din id-deċiżjoni ġudizzjarja, fi kliem ieħor, meta l-proċedura ġudizzjarja l-ġdida tkun seħħet minħabba l-awtorità ġudizzjarja?


Top