Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0459

    Kawża C-459/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (il-Portugall) fis-26 ta’ Lulju 2021 – The Navigator Company S.A., Navigator Pulp Figueira S.A. vs Autoridade Tributária e Aduaneira

    ĠU C 11, 10.1.2022, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.1.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 11/13


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (il-Portugall) fis-26 ta’ Lulju 2021 – The Navigator Company S.A., Navigator Pulp Figueira S.A. vs Autoridade Tributária e Aduaneira

    (Kawża C-459/21)

    (2022/C 11/18)

    Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: The Navigator Company S.A., Navigator Pulp Figueira S.A.

    Konvenut: Autoridade Tributária e Aduaneira

    Domanda preliminari

    Il-prinċipju ta’ ekwivalenza jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tal-VAT bħal dik prevista fl-Artikolu 21(1) tal-Código do Imposto sobre o Valor Acrescentado (il-Kodiċi dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud) (CIVA), miżmuma bis-saħħa tal-klawżola ta’ standstill, li tipprevedi l-esklużjoni totali jew sa 50 % tad-dritt għal tnaqqis tal-VAT sostnuta fuq spejjeż marbuta ma’ vetturi, spejjeż ta’ ċaqliq u ta’ soġġorn u spejjeż ta’ rappreżentanza, li fir-rigward tagħhom, fil-kuntest tat-taxxa fuq id-dħul [tal-persuni ġuridiċi], huwa ammess teħid inkunsiderazzjoni integrali bħala nfiq (bla ħsara għal kontroll a posteriori u suġġett għal ċerti kundizzjonijiet), jew, permezz tal-applikazzjoni ta’ tassazzjoni awtonoma, tnaqqis reali bħala nfiq b’perċentwali ogħla minn 50 %?


    Top