EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0411

Kawża C-411/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fil-5 ta’ Lulju 2021 – Instituto do Cinema e do Audiovisual, I.P. vs NOWO Communications, S.A.

ĠU C 452, 8.11.2021, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 452/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fil-5 ta’ Lulju 2021 – Instituto do Cinema e do Audiovisual, I.P. vs NOWO Communications, S.A.

(Kawża C-411/21)

(2021/C 452/03)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Instituto do Cinema e do Audiovisual, I.P.

Konvenut: NOWO Communications, S.A.

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 10(2) tal-Lei n.o 55/2012, de 6 de setembro (il-Liġi Nru 55/2012 tas-6 ta’ Settembru), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-miżata prevista fiha hija intiża biex jiġu ffinanzjati esklużivament il-promozzjoni u t-tixrid ta’ xogħlijiet ċinematografiċi u awdjoviżivi Portugiżi, tista’ toħloq diskriminazzjoni indiretta tal-provvista ta’ servizzi bejn Stati Membri meta mqabbel mal-provvista ta’ servizzi nazzjonali korrispondenti, fejn il-provvista ta’ servizzi bejn Stati Membri ssir iktar diffiċli mill-provvista ta’ servizzi purament interna fi Stat Membru, u tikser, minħabba f’hekk, l-Artikolu 56 TFUE?

2)

Il-fatt li jeżistu sistemi identiċi jew simili għal dik prevista fil-Liġi Nru 55/2012 fi Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea jista’ jbiddel ir-risposta li għandha tingħata lill-ewwel domanda?


Top