Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CA0634

Kawża C-634/21, SCHUFA Holding (Scoring): Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Diċembru 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Wiesbaden – il-Ġermanja) – OQ vs Land Hessen (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali – Regolament (UE) 2016/679 – Artikolu 22 – Deċiżjoni individwali awtomatizzata – Kumpanniji li jipprovdu informazzjoni kummerċjali – Tfassil awtomatizzat ta’ valur ta’ probabbiltà fir-rigward tal-kapaċità ta’ persuna li tonora impenji ta’ pagament fil-futur (“scoring”) – Użu ta’ dan il-valur ta’ probabbiltà minn terzi)

ĠU C, C/2024/913, 29.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/913/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/913/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2024/913

29.1.2024

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Diċembru 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Wiesbaden – il-Ġermanja) – OQ vs Land Hessen

(Kawża C-634/21 (1), SCHUFA Holding (Scoring))

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali - Regolament (UE) 2016/679 - Artikolu 22 - Deċiżjoni individwali awtomatizzata - Kumpanniji li jipprovdu informazzjoni kummerċjali - Tfassil awtomatizzat ta’ valur ta’ probabbiltà fir-rigward tal-kapaċità ta’ persuna li tonora impenji ta’ pagament fil-futur (“scoring”) - Użu ta’ dan il-valur ta’ probabbiltà minn terzi)

(C/2024/913)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Wiesbaden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: OQ

Konvenut: Land Hessen

fil-preżenza ta’: SCHUFA Holding AG

Dispożittiv

L-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data),

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

it-tfassil awtomatizzat, minn kumpannija li tipprovdi informazzjoni kummerċjali, ta’ valur ta’ probabbiltà bbażat fuq data personali dwar persuna u dwar il-kapaċità tagħha li tonora impenji ta’ pagament fil-futur jikkostitwixxi “deċiżjoni individwali awtomatizzata”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta jiddependi b’mod determinanti minn dan il-valur ta’ probabbiltà l-fatt li terz, li lilu jiġi kkomunikat l-imsemmi valur ta’ probabbiltà, jistabbilixxi, jeżegwixxi jew itemm relazzjoni kuntrattwali ma’ din il-persuna.


(1)   ĠU C 37, 24.1.2022.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/913/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top