This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021CA0612
Case C-612/21, Gmina O.: Judgment of the Court (Seventh Chamber) of 30 March 2023 (request for a preliminary ruling from the Naczelny Sąd Administracyjny — Poland) — Gmina O. v Dyrektor Krajowej Informacji Skarbowej (Reference for a preliminary ruling — Taxation — Value added tax (VAT) — Directive 2006/112/EC — Article 2(1)(a) and (c) — Supply of goods and services for consideration — Article 9(1) — Meanings of ‘taxable person’ and ‘economic activity’ — Municipality which organises the installation of renewable energy on its territory for its residents who own immovable property and who have expressed the wish to be equipped with renewable energy systems — Their contribution amounting to 25 % of the subsidisable costs, without being able to exceed a maximum value agreed between the municipality and the interested property owner — Reimbursement of the municipality by a subsidy from the competent provincial authority of 75 % of the subsidisable costs — Article 13(1) — Municipalities not subject to tax for the activities or transactions carried out as public authorities)
Kawża C-612/21, Gmina O.: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-30 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny – il-Polonja) – Gmina O. vs Dyrektor Krajowej Informacji Skarbowej (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Taxxa – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 2(1)(a) u (ċ) – Kunsinna ta’ merkanzija u provvista ta’ servizzi mwettqa bi ħlas – Artikolu 9(1) – Kunċetti ta’ “persuna taxxabbli” u ta’ “attività ekonomika” – Komun li jorganizza l-iżvilupp ta’ enerġija rinnovabbli fit-territorju tiegħu għall-benefiċċju tar-residenti tiegħu, proprjetarji ta’ proprjetà immobbli, li jkunu wrew ix-xewqa li jiġu mgħammra b’sistemi ta’ enerġija rinnovabbli – Parteċipazzjoni tagħhom li tammonta għal 25 % tal-ispejjeż li jistgħu jiġu ssussidjati, mingħajr ma tista’ taqbeż valur massimu li jaqblu fuqu l-komun u l-proprjetarju interessat – Rimbors lill-komun b’sussidju tal-provinċja kompetenti li ma jeċċedix 75 % tal-ispejjeż li jistgħu jiġu ssussidjati – Artikolu 13(1) – Nuqqas ta’ ssuġġettar għat-taxxa tal-komuni għall-attivitajiet jew it-tranżazzjonijiet imwettqa minnhom bħala awtoritajiet pubbliċi)

ĠU C 179, 22.5.2023, p. 4–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 179/4 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-30 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny – il-Polonja) – Gmina O. vs Dyrektor Krajowej Informacji Skarbowej
(Kawża C-612/21 (1), Gmina O.)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 2(1)(a) u (ċ) - Kunsinna ta’ merkanzija u provvista ta’ servizzi mwettqa bi ħlas - Artikolu 9(1) - Kunċetti ta’ “persuna taxxabbli” u ta’ “attività ekonomika” - Komun li jorganizza l-iżvilupp ta’ enerġija rinnovabbli fit-territorju tiegħu għall-benefiċċju tar-residenti tiegħu, proprjetarji ta’ proprjetà immobbli, li jkunu wrew ix-xewqa li jiġu mgħammra b’sistemi ta’ enerġija rinnovabbli - Parteċipazzjoni tagħhom li tammonta għal 25 % tal-ispejjeż li jistgħu jiġu ssussidjati, mingħajr ma tista’ taqbeż valur massimu li jaqblu fuqu l-komun u l-proprjetarju interessat - Rimbors lill-komun b’sussidju tal-provinċja kompetenti li ma jeċċedix 75 % tal-ispejjeż li jistgħu jiġu ssussidjati - Artikolu 13(1) - Nuqqas ta’ ssuġġettar għat-taxxa tal-komuni għall-attivitajiet jew it-tranżazzjonijiet imwettqa minnhom bħala awtoritajiet pubbliċi)
(2023/C 179/05)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Naczelny Sąd Administracyjny
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Gmina O.
Konvenut: Dyrektor Krajowej Informacji Skarbowej
Dispożittiv
L-Artikolu 2(1), l-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud,
għandhom jiġu interpretati fis-sens li:
ma jikkostitwixxix kunsinna ta’ oġġetti u provvista ta’ servizzi suġġetti għat-taxxa fuq il-valur miżjud il-fatt li komun jikkunsinna u jinstalla, permezz ta’ impriża, sistemi ta’ enerġija rinnovabbli għall-benefiċċju tar-residenti proprjetarji tagħha li jkunu wrew ix-xewqa li jiġu mgħammra bihom, fejn tali attività ma tkunx intiża sabiex jinkiseb dħul fuq bażi kontinwa u, min-naħa ta’ dawn ir-residenti, tagħti lok biss għal ħlas li jkopri mhux iktar minn kwart tal-ispejjeż sostnuti, waqt li l-bilanċ ikun iffinanzjat minn fondi pubbliċi.