Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CA0338

Kawża C-338/21, Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid (Terminu ta’ trasferiment – Traffikar tal-bniedem): Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-30 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid vs S.S., N.Z., S.S (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Regolament (UE) Nru 604/2013 – Determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli għall-eżami ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali – Artikolu 27 – Rikors ippreżentat kontra deċiżjoni ta’ trasferiment meħuda fir-rigward ta’ applikant għal ażil – Artikolu 29 – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ trasferiment – Terminu għat-trasferiment – Sospensjoni tat-terminu sabiex jitwettaq it-trasferiment – Direttiva 2004/81/KE – Permess ta’ residenza maħruġ liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma vittmi tat-traffikar tal-bniedem jew kienu s-suġġett ta’ għajnuna għall-immigrazzjoni illegali u li jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti – Artikolu 6 – Perijodu ta’ riflessjoni – Projbizzjoni ta’ eżekuzzjoni ta’ miżura ta’ tneħħija – Rimedji ġudizzjarji)

ĠU C 179, 22.5.2023, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 179/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-30 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid vs S.S., N.Z., S.S

(Kawża C-338/21 (1), Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid (Terminu ta’ trasferiment – Traffikar tal-bniedem))

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (UE) Nru 604/2013 - Determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli għall-eżami ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali - Artikolu 27 - Rikors ippreżentat kontra deċiżjoni ta’ trasferiment meħuda fir-rigward ta’ applikant għal ażil - Artikolu 29 - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ trasferiment - Terminu għat-trasferiment - Sospensjoni tat-terminu sabiex jitwettaq it-trasferiment - Direttiva 2004/81/KE - Permess ta’ residenza maħruġ liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma vittmi tat-traffikar tal-bniedem jew kienu s-suġġett ta’ għajnuna għall-immigrazzjoni illegali u li jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti - Artikolu 6 - Perijodu ta’ riflessjoni - Projbizzjoni ta’ eżekuzzjoni ta’ miżura ta’ tneħħija - Rimedji ġudizzjarji)

(2023/C 179/03)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

Konvenuti: S.S., N.Z., S.S

Dispożittiv

L-Artikolu 29(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida, moqri flimkien mal-Artikolu 27(3) ta’ dan ir-regolament,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li l-preżentata ta’ talba għal reviżjoni ta’ deċiżjoni li tirrifjuta li tagħti lil ċittadin ta’ pajjiż terz permess ta’ residenza bħala vittma tat-traffikar tal-bniedem tinvolvi s-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ta’ trasferiment adottata preċedentement li tirrigwarda lil dan iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz, iżda li

jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li tali sospensjoni twassal għas-sospensjoni jew l-interruzzjoni tat-terminu għat-trasferiment tal-imsemmi ċittadin ta’ pajjiż terz.


(1)  ĠU C 431, 25.10.2021.


Top