Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CA0183

    Kawża C-183/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-10 ta’ Marzu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Saarbrücken – il-Ġermanja) – Maxxus Group GmbH & Co. KG vs Globus Holding GmbH & Co. KG (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Trade marks – Direttiva (UE) 2015/2436 – Artikolu 19 – Użu ġenwin ta’ trade mark – Oneru tal-prova – Talba għal revoka minħabba nuqqas ta’ użu – Regola proċedurali nazzjonali li tobbliga lill-parti li tressaq it-talba tagħmel riċerka fis-suq dwar l-użu tat-trade mark)

    ĠU C 171, 25.4.2022, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 171, 25.4.2022, p. 13–14 (GA)

    25.4.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 171/14


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-10 ta’ Marzu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Saarbrücken – il-Ġermanja) – Maxxus Group GmbH & Co. KG vs Globus Holding GmbH & Co. KG

    (Kawża C-183/21) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Trade marks - Direttiva (UE) 2015/2436 - Artikolu 19 - Użu ġenwin ta’ trade mark - Oneru tal-prova - Talba għal revoka minħabba nuqqas ta’ użu - Regola proċedurali nazzjonali li tobbliga lill-parti li tressaq it-talba tagħmel riċerka fis-suq dwar l-użu tat-trade mark)

    (2022/C 171/18)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Landgericht Saarbrücken

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Maxxus Group GmbH & Co. KG

    Konvenut: Globus Holding GmbH & Co. KG

    Dispożittiv

    L-Artikolu 19 tad-Direttiva (UE) 2015/2436 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2015 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi regola proċedurali ta’ Stat Membru li, fi proċedimenti ta’ talba għal revoka minħabba nuqqas ta’ użu ta’ trade mark, timponi fuq il-parti li tressaq it-talba l-obbligu li twettaq riċerka fis-suq dwar l-eventwali użu ta’ din it-trade mark mill-proprjetarju tagħha u li tippreżenta f’dan ir-rigward, sa fejn huwa possibbli, osservazzjonijiet issostanzjati insostenn tat-talba tagħha.


    (1)  ĠU C 228, 14.6.2021.


    Top