EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0709

Kawża T-709/20: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2020 – OJ vs Il-Kummissjoni

ĠU C 28, 25.1.2021, p. 65–66 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/65


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2020 – OJ vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-709/20)

(2021/C 28/96)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: RJ (rappreżentant: H. von Harpe, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) tal-1 ta’ Settembru 2020, bir-referenza Ares(2020)s. 5088474, u l-atti kollha relatati magħha;

tiftaħ mill-ġdid il-kompetizzjoni EPSO/AD/380/19 intiża li tiġi stabbilita lista ta’ riżerva għall-Kummissjoni Ewropea għar-reklutaġġ ta’ amministraturi (AD7/AD9) fil-kooperazzjoni internazzjonali u fl-immaniġġjar tal-għajnuna lil pajjiżi mhux tal-UE, konformement mar-regoli u, b’mod partikolari, b’perijodu raġonevoli li jippermetti lill-applikant jirreġistra;

sussidjarjament, terġa’ torganizza l-kompetizzjoni miftuħa EPSO/AD/380/19 intiża li tiġi stabbilita lista ta’ riżerva għall-Kummissjoni għar-reklutaġġ ta’ amministraturi (AD7/AD9) fil-kooperazzjoni internazzjonali u fl-immaniġġjar tal-għajnuna lil pajjiżi mhux tal-UE, konformement mar-regoli u, b’mod partikolari, b’terminu raġonevoli għat-tressiq ta’ applikazzjonijiet; u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) li tirrifjuta li tippermetti lir-rikorrent jipparteċipa fit-testijiet ta’ mistoqsijiet b’għażla ta’ tweġibiet bil-kompjuter wara l-perijodu tal-ittestjar stabbilit fil-kompetizzjoni miftuħa EPSO/AD/380/19.

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv: inugwaljanza fit-trattament

Il-konvenut aġixxa b’mod li jikkostitwixxi inugwaljanza fit-trattament. Huwa ma qabbilx sitwazzjonijiet paragunabbli. Minħabba l-ħidma tiegħu bħal delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea, ir-rikorrent kien suġġett għal restrizzjonijiet ta’ sigurtà u ta’ mobbiltà li ma ppermettewlux jivvjaġġa barra mill-pajjiż fi żmien qasir. Barra minn hekk, fl-assenza tiegħu, ma kien hemm ħadd min jieħu ħsieb uliedu.

Kien meħtieġ perijodu twil ta’ ppjanar minn qabel sabiex jivvjaġġa barra mill-pajjiż tal-impjieg tiegħu. L-EPSO kien imissu evalwa u qies debitament dan. Minflok, l-EPSO jqabbel is-sitwazzjoni tar-rikorrent fil-post ta’ impjieg tiegħu ma’ applikanti oħra li, iżda, jgħixu f’pajjiżi b’sitwazzjoni ta’ sigurtà ħafna aħjar. Ir-riżultat huwa li kandidati bħar-rikorrent ikunu żvantaġġati b’mod kostanti minħabba sitwazzjoni ta’ sigurtà li ma humiex responsabbli għaliha.

2.

It-tieni motiv: ksur tad-dmir ta’ premura

Barra minn hekk, il-konvenut kiser id-dmir ta’ premura tiegħu fil-konfront tar-rikorrent. Fi kwalunkwe każ, ir-rikorrent kien espost għal riskju ta’ sigurtà ikbar fil-post ta’ impjieg tiegħu. Minflok ma evalwa dan u minflok ma għamilha kemm jista’ jkun faċli għar-rikorrent li jipparteċipa fil-proċedura ta’ selezzjoni, l-EPSO insista fuq il-perijodi fissi u stretti għall-ittestjar.

B’hekk, ir-rikorrent kien obbligat jieħu riskji ta’ sigurtà kunsiderevoli u possibbilment jikser regoli lokali. Dan imur kontra d-dmir ta’ premura fil-konfront tar-rikorrent li, bħala impjegat, kien jaqa’ wkoll fil-portata tal-protezzjoni tad-dmir ta’ premura.


Top