This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020TN0456
Case T-456/20: Action brought on 16 July 2020 — LA v Commission
Kawża T-456/20: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2020 – LA vs Il-Kummissjoni
Kawża T-456/20: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2020 – LA vs Il-Kummissjoni
ĠU C 287, 31.8.2020, p. 43–43
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
31.8.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 287/43 |
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2020 – LA vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-456/20)
(2020/C 287/63)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: LA (rappreżentant: M. Velardo, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-20 ta’ Ġunju 2019, li permezz tagħha r-rikorrenti ma ġietx inkluża fil-lista tal-kandidati ammessi għall-fażi suċċessiva maċ-Ċentru ta’ Evalwazzjoni tal-kompetizzjoni EPSO/AD/371/19; |
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-24 ta’ Settembru 2019, li permezz tagħha ġiet miċħuda t-talba għal eżami mill-ġdid; |
— |
tannulla d-deċiżjoni tas-6 ta’ April 2020 li permezz tagħha ġie miċħud ir-rikors amministrattiv ippreżentat skont l-Artikolu 90 II tar-Regolamenti tal-Persunal. |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni.
|
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza.
|
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tal-prinċipju magħqud ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet (Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali).
|
4. |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq eċċezzjoni ta’ illeġittimità tal-avviż ta’ kompetizzjoni skont l-Artikolu 277 TFUE.
|