EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0454

Kawża T-454/20: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2020 – Garment Manufacturers Association in Cambodia vs Il-Kummissjoni

ĠU C 287, 31.8.2020, p. 42–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/42


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2020 – Garment Manufacturers Association in Cambodia vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-454/20)

(2020/C 287/62)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Garment Manufacturers Association in Cambodia (Phnom Penh, il-Kambodja) (rappreżentanti: C. Ziegler u S. Monti, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/550 tat-12 ta’ Frar 2020 li jemenda l-Annessi II u IV tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-irtirar temporanju tal-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 fir-rigward ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mir-Renju tal-Kambodja parzjalment, b’mod partikolari fir-rigward tal-irtirar temporanju tal-preferenzi SĠP għall-kodiċi doganali kollha li qegħdin jaffettwaw lill-membri tal-GMAC, jiġifieri l-kodiċi SA msemmija fit-tabella fis-subparagrafu (1) tal-Artikolu 1, u l-kodiċi SA kollha msemmija fit-tabella fis-subparagrafu (2) tal-Artikolu 1, minbarra l-kodiċi SA 1212 93;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż rispettivi tagħha u dawk sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li r-Regolament ikkontestat jikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità u r-rekwiżit ta’ konsistenza bejn il-politiki u l-attivitajiet tal-Unjoni. Il-Kummissjoni allegatament naqset milli tevalwa b’mod xieraq il-proporzjonalità tal-irtirar parzjali temporanju tal-preferenzi doganali għas-setturi tal-ħwejjeġ, żraben u oġġetti tal-ivvjaġġar tal-Kambodja.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur tad-drittijiet proċedurali tar-rikorrenti minħabba n-nuqqas tal-Kummissjoni li tipprovdi raġuni xierqa skont l-Artikolu 296(2) TFUE, li jikkorrispondi ma’ ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba.


Top